Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
06 analiżi IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum JITLAQ, IĊEDU, JINQASAM JEW JIRRANĠAW... FEJN SEJJER IL-PN MINN HAWN? F'dawn il-jiem kompliet tiżviluppa l-kriżi politika li qed tibla' lill-Partit Nazzjonalista u thedded l-eżistenza tiegħu kif nafuha. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ix-xenarji politiċi li jistgħu jiżviluppaw fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Nazzjonalista kompla dieħel f 'dik li tista' tissejjaħ kriżi politika bla preċedent fl-aħħar snin u li tista' titqabbel biss mal- qasma fil-Partit Laburista - b'Dom Mintoff jieħu r-riegni tal-Malta Labour Party u Pawlu Boffa joħloq il-Malta Workers' Party - u allura l-qasma bejn il-Mintoani u l-Boffisti. Imma minn dan l-avveniment għaddew ħafna snin, 71 sena b'kollox u allura għal ħafna ġenerazzjonijiet, anke ta' anzjani din ta' bħalissa hija l-eqreb li qatt raw fil-politika Maltija ta' partit li jinqasam u ribelljoni kontra l-istess kap tal-partit. Iżda dik hija l-istorja. X'jista' jkun il-futur? Il-gazzetta ILLUM se tanalizza xinhuma x-xenarji politiċi li jistgħu jiżviluppaw fil-PN minn ġimgħa għall-oħra, jew ġurnata għall- oħra, hekk kif l-agħar kriżi li ffaċċja f 'ħafna snin tkompli tikkumplika ruħha. X'inhuma s-soluzzjonijiet? U x'inhu l-impatt ta' kull waħda minnhom? Kollox jibqa' kif inhu: Imma status quo huwa possibbli? Ir-risposta sempliċi hija li ma jistax ikun li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma u l-istatus quo f 'dan il-punt huwa xenarju improbabbli ħafna. Għaliex? Kieku kellna nużaw lingwaġġ metaforiku ngħidu li s-susa daħlet wisq 'il ġewwa. Wara snin ta' attentati li fallew - u li ħafna minnhom baqgħu jeżistu fid-dinja tal- konġetturi u l-konspiraziji l-moviment fil- Partit Nazzjonalista li huwa kontra Delia ħa pass deċiżiv permezz ta' sfiduċja fih mill-Grupp Parlamentari. Minkejja dubji u mistoqsijiet ta' fejn se tasal u jekk din ir-ribelljoni hix se tmut mewta naturali, bħal dawk kollha ta' qabilha, mal-ħin u mal-ġranet kien hemm indikazzjoni ċara ta' eskalazzjoni. Din l-eskalazzjoni laħqet punt definittiv (a point of no return) meta din il-ġimgħa Delia reġa' ġie sfiduċjat għat- tieni darba, din id-darba mill-Eżekuttiv tal- Partit u allura organu li fih hemm Deputati, MEPs, pero' wkoll uffiċjali tal-partit u rappreżentanti tal-fergħat (MŻPN, Team Start, APAN ...). 47 ivvutaw kontra Delia u 35 favurih. Din mhux biss kienet it-tieni sfiduċja iżda sfiduċja li fiha ta sehem importanti l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi, figura politika rispettata fil-PN b'mod ġenerali. Id-dħul ta' Gonzi fix-xena kienet indikazzjoni ta' kemm eskalat din ir- ribelljoni u kemm qed ixxeqleb aktar lejn in-naħa ta' kontra Delia. Wara li Gonzi indika proposta għal elezzjoni ta' Kap tal- PN u wara dan l-Eżekuttiv, kien ċar illi kien hemm orkestrazzjoni ta' pressjoni: Bdiet b'ittra ħarxa minn Louis Galea li saħansitra wissa lil Delia biex ma jabbużax mil-lealtà tat-tesserati, jirriżenja u l-PN jagħżel Kap ġdid u kompliet b'Richard Muscat li jmexxi l-Kummissjoni li tagħżel il-kandidati tal-PN. Il-midja tradizzjonalment aktar qrib il-Partit Nazzjonalista wkoll ħarġu - editorjalment - kontra Delia. Dan x'ifisser? Ifisser li issa l-affari eskalat b'mod illi m'hemmx fiduċja reċiproka imma hemm sens ta' sfiduċja u suspetti, jekk mhux mibgħeda wkoll bejn iż-żewġ gruppi. Kien Delia stess, waqt programm televiżiv nhar it-Tlieta, li sostna illi m'għadx għandu fiduċja f 'nies li semmihom b'isimhom (Claudette Buttigieg, Jason Azzopardi ...) u huwa ċarissimu li ħafna minn dawk li daru kontrih ukoll it għad għandhom ħeġġa li jaħdmu miegħu. Dan ifisser li anke jekk Delia jgħaddi minn kull test minn issa 'l quddiem (Kunsill Ġenerali u/jew elezzjoni fost it-tesserati) xorta se jkollu problema serja biex jiffunzjona, kemm bħala Kap tal-Oppożizzjoni u anke bħala Kap tal-partit. Bl-affarijiet jibqgħu kif inhuma għaż- żmien li ġej il-kriżi fil-PN issir aktar fonda u tikkumplika aktar ruħha b'partit li jmur għal elezzjoni ġenerali mifni bi ġlied intern u firda, li iżda mhix firda "uffiċjali". Elettoralment dan huwa xenarju ikrah għall-PN - li jidħol f 'kampanja elettorali b'Kap sfiduċjat u allura jkollu l-ġlied intern amplifikat ħafna iktar waqt il-kampanja. Ir-ribelli jitilqu mill-partit: Imma hemm tant ribelli! Meta ngħidu u nirreferu għar-ribelli rridu nidentifikaw min huma dawn in-nies li qed nirreferu għalihom. L-ewwel u qabel kollox għandek 17- il Deputat li vvota kontra Adrian Delia u sfiduċjawh quddiem il-President. B'kollox 16-il Deputat sfiduċjawh quddiem il-President tar-Repubblika: Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Chris Said, erese Comidini Cachia, Beppe Fenech Adami, Mario De Marco, David ake, Hermann Schiavone, Kristy Debono, Ivan Bartolo (9 Distrett), Ivan Bartolo (11 Distrett) , Ryan Callus, Claudio Grech, Claudette Buttigieg u Karl Gouder. Stephen Spiteri kien ivvota kontra Delia fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari l-ġimgħa l-oħra, imma astjena milli jisfiduċjah quddiem il-President George Vella. Ma' dawn jingħaqdu l-uniċi żewġ MEPs tal-PN: David Casa u Roberta Metsola kif ukoll it-tmexxija tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. Iżda mal-ġranet fix-xena daħal b'forza kbira Louis Galea li talbu jwarrab wara li kien Delia stess li reġa' daħħlu fil-partit bħala riformatur, Richard Muscat, Michael Axiak li kien ikkunsdrat bħala persuna leali lejn