Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum 'Ma kienx faċli insibu bilanċ bejn konsumatur u dawk tal-linji tal-ajru' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "il bogħod minn dak li qed iseħħ fil- Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa din il-gazzetta intervistat, għall-ewwel darba, lill-Membru Parlamentari Ewropew (MEP) Josianne Cutajar - Għawdxija li ħarġet għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għall-ewwel darba u ġiet eletta. Fil-fatt l-ewwel mistoqsija tal-ILLUM kienet kif - mill-unanimità tal-politika lokali spiċċat għamlet daqstant suċċess. X'inhi r-riċetta għas-suċċess elettorali tagħha? Hi tibda billi tgħid illi l-ewwel u qabel kollox hemm id-determinazzjoni - minkejja li ħafna, anke hi, kienu jiddubitaw li titla' u kienu jgħidulha li din tista' tkun l-ewwel tarġa biex tkun kandidat għal elezzjoni ġenerali. "Jiena kkontestajt għal dijn l-elezzjoni għax dejjem xtaqt nagħti servizz f 'din il-pjattaforma - il-Parlament Ewropew - ma ħriġtx għal raġunijiet oħrajn jew qistha bħala tarġa." Cutajar tgħid lil din il-gazzetta illi kandidat għandu jikkontesta elezzjoni għax nemmen li kapaċi jagħti servizz fl-entità li se jkun elett fiha, mhux bħala tarġa. "Morna l-każini, il-pjazzez. Bqajna qrib in-nies.. Ġieli qsamna bejn Malta u Għawdex erba' darbiet ..." L-akbar biża' tal-Għawdxin dwar il-mina ... U la semmiet kemm kellha taqsam bejn il-gżejjer, din il-gazzetta ħatfitha fil-kelma u fakkritha fil-mina. Il-kunċett huwa tajjeb - imma Josianne Cutajar temmen li l-prezz ambjentali li se jħallas pajjiżna huwa ġust għal xi ħaġa li jista' jkollha alternattivi oħrajn? Taħseb li hemm alternattivi aħjar, minflok inkomplu neqirdu l-it li għad fadal? "Il-qerda ambjentali u l-qerda tal- karatteristiċi li jagħmlu lil Għawdex dak li hi, hija l-akbar biża'. Ħafna Għawdxin ma jridux li l-gżira ssir ġungla tal-konkrit. Minn naħa l-oħra aħna nbatu minn insularità doppja u b'link permanenti hawn bosta li jkunu lesti jinvestu," sostniet Cutajar. Hija żiedet tgħid li l-kunsiderazzjoni m'għandhiex tkun biss ekonomika imma fakkret li link permanenti jagħmel il-ħajja ta' pazjenti li jkollhom bżonn imorru għall- appuntament Malta iktar faċli. L-ILLUM tfakkar li kien hemm il- ħelikopter xi darba. Tirrikonoxxi għalkemm tfakkar li ma kienx vijabbli. "Il-mina m'għandhiex tiġi a skapitù ta' proġetti oħra. Għandna nużaw aħjar l-ibħra ta' mdwarna ukoll. Irridu naraw kif min se jagħmel ix-xogħol iħalli l-inqas impatt ambjentali." Hija tammetti li kif inhu eżatt Għawdex mhux se jibqa', "imma dan il-proġett m'għandux ikisser il-karattersitika ta' Għawdex jekk ikollna pjan maħsub u fit- tul," tgħid Cutajar. Imma hemm pjan maħsub u fit-tul? "Jiena nemmen li l-pjan m'għandux ikun hemm biss fir-rigward tal-mina imma jkun hemm pjan b'mod kontinwu." 'J'Alla ma jkollniex bżonn mekkaniżmi għall-ugwaljanza' Indawwru s-suġġett - in-nisa u l-politika. Taħseb li wasal iż-żmien li wieħed mill- partiti l-kbar f 'Malta jkollu Kap mara - biex ikollna PM jew Kap tal-Oppożizzjoni mara? "Jiena nixtieq nara iva li jkollna nisa f 'karigi għoljin, mhux neċessarjament Kap. Għandna eżempju ċar ta' Ramona Attard li għadha kif inħatret President tal-Partit Laburista." L-MEP fakkret li issa hemm ir-reserved seating mechanism, imdaħħal minn dan il-Gvern u li jaċċerta illi jkun bilanċ tas- sessi fil-Parlament. Tisħaq ukoll li hemm bżonn illi n-nisa jkunu preparati sabiex in- numru ta' nisa li joħorġu għall-elezzjoni jkun akbar. "J'Alla ma jkollniex bżonn dan il- mekkaniżmu u biż-żmien tiġi naturali li tintlaħaq l-ugwaljanza." Naqbżu għall-immigrazzjoni - kwistjoni taħraq li dwarha l-MEPs Maltin jaqilgħu kritika - fosthom Josianne Cutajar li kienet astjeniet fuq vot dwar l-immigrazzjoni - xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb lokalment. X'taħseb li huma s-soluzzjonijiet? Ma taħsibx li soluzzjoni bħal tal-Captain Morgan ma kinitx waħda tajba u li fil-fatt ma solviet xejn? "L-immigrazzjoni ilna niddiskutuha snin twal. Semmejna soluzzjonijiet li mhumiex fit-tul - fil-passat ukoll kellna soluzzjonijiet ta' rilokazzjonijiet mhumiex ippjanati u bla obbligu. Jekk ma jkollniex pjan fit-tul mill- Unjoni Ewropea se nibqgħu hekk, kulħadd irid jara x'se jagħmel skont iċ-ċirkostanzi - bħal ma ġara waqt il-pandemija," fakkret Cutajar. Waqt l-agħar tal-pandemija Malta flimkien mal-Italja għalqu l-fruntieri fuq il-premessa li minħabba l-Covid-19 Malta ma setgħetx tibqa' meqjusa bħala 'port sigur'. Tfakkar illi se jiġi ippubblikat il-Patt tal- Immigrazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u li l-Ambaxxatur Ġermaniz għall-UE Michael Clauss "qal ċar u tond li jqis sistema mandatorja ta' rilokazzjoni essenzjali fil- Ftehim il-Ġ̇did dwar il-Migrazzjoni – dan jawgura tajjeb fid-dawl tal-Presidenza Ġermaniza." Qalet ukoll li Malta tistenna iktar solidarjetà u tfakkar illi minn dawk li jiġu Malta 39% biss għandhom dritt għall- protezzjoni u allura dawk li m'għandhomx dritt jkunu pajjiżna għandhom jintbagħtu lura. Hija tgħid li dan mhux każ li għax ma rriduhomx imma każ ta' kemm tiflaħ Malta. "Aħna qed naċċettaw numri għoljin ħafna meta tikkunsidra ras għal ras u tqabbel ma' pajjiżi oħrajn. Għandna naraw kif il- proċess li permezz tiegħu min m'għandux dritt għal protezzjoni ikun ripatrijat, ikun aktar mgħaġġel." Filwaqt li din il-gazzetta tfakkar li dan ilu jingħad - u taqbel - tfakkarha li l-problema hija wkoll ta' razziżmu, nuqqas ta' tolleranza u żoni li saru problematiċi minħabba żieda f 'daqqa fil-popolazzjoni, sokor u nies li jispiċċaw, xi minn daqqiet mingħajr skop (idleness). Hi taqbel u tikkundanna kull tip ta' razziżmu. "it-tħassib tan-nies fi żmien il- pandemija jew it-tħassib fuq kemm pajjiż żgħir bħal tagħna jiflaħ ngħadru imma għandna nindirizzawh mhux ninfexxew ngħajjru u ninsulentaw. Niakru dejjem li l-valur tal-ħajja qiegħed hemm u għandu jkun rispettat dejjem." Tisħaq li hemm bżonn ta' diskussjoni matura. Issemmi l-astensjoni. "Jekk hemm żewġ prinċipji: wieħed li ma tistax taqbel miegħu u l-ieħor li ma tistax ma taqbilx, is-soluzzjoni hija astensjoni. Astenjoni fil-Parlament Ewropew huwa vot minnu nnifsu," tgħid Cutajar. Appellat biex qabel jiġġudikaw in-nies jkunu jafu għalfejn MEP kun astjena. L-importanza ta' tisħiħ tal-Gwardja tal- Kosta Libjana "Flimkien mar-rilokazzjoni mandatorja u l-impenn lejn riptarijazzjoni (li jidher li l-Kummissarju Ewropea qed tagħti ħafna prijorità minħabba li fuq tal-aħħar jidher Kienet parti minn Task Force tal-UE dwar it-Turiżmu, tirrispondi dwar l-immigrazzjoni, il-Libja, l-abort, in-nisa, Robert Abela u aktar. Il-gazzetta ILLUM tintervista lill-MEP Josianne Cutajar Jekk hemm żewġ prinċipji: wieħed li ma tistax taqbel miegħu u l-ieħor li ma tistax ma taqbilx, is- soluzzjoni hija astensjoni. Astenjoni fil-Parlament Ewropew huwa vot minnu nnifsu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020