Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 il-kuntratt mal-VGH Due Diligence huwa l-proċess li permezz tiegħu ikun studjat il-passat ta' persuna qabel tingħata kariga jew tender. 1 - L-NAO fir-rapport jgħid li proċess bħal dan jeħtieġ due diliġence li huwa estensiv. Jgħid illi huwa raġovevoli li wieħed jistenna illi fi proċess ta' evalwazjoni bħal din ikun hemm element ta' due diligence fuq kull min juri interess "u aktar u aktar fuq min ikun il-bidder preferut." L-NAO jisħaq illi f 'dan il-każ id-due diligence kienet "fqira". 2 - L-NAO jistaqsi kif ċerti mistoqsijiet ma sarux - bħal per eżempju kif il-proġett, skont il-VGH , ma kienx se jkun vijabbli jekk mhux bit-turiżmu mediku fuq strateġija bbażata fuq emfitewsi ta' 99 sena - meta oriġinarjament ir-Rikjesta għall- Proposti kienet tgħid li l-emfitewsi kien ta' 30 sena. 3 - Ir-rapport jistaqsi kif jista' jkun li ma sarux mistoqsijiet fuq il-vijabbilità ta' proġett massiċċ bħal dan meta kien ċar li l-kumpanija lanqas biss kellha 'set up' u mitlubin jagħtu kuntatti ngħata numru u tal-mobile u email personali ta' direttur minflok numru tal-uffiċċju. 4 - Ir-rapport ifakkar - illi l-kumpanija VGH li kellha tagħmel dan il-proġett multi miljunarju u kbir kienet iffurmata sitt ijiem biss qabel ħarġet ir-Rikjesta tal-Proposti (RfP). Jiġifieri l-VGH ġiet iffurmata nhar it-13 ta' Mejju 2015 u l-R(f)P ħarġet fid-19 ta' Mejju 2015 Ir-rapport tal-Awditur huwa skjaċċanti wkoll fejn jirrigwarda r-rapport ta' vijabbilità tal-proġett. 1 - Ir-rapport jgħid illi l-opinjoni ġenerali tal-NAO dwar ir-rapport ta' vijabbilità kien illi dan "jikkostitwixxi analiżi superfiċjali tal-konċessjoni possibbli ta' tliet sptarijiet pubbliċi." 2 - L-NAO jagħti r-raġunijiet u jgħid illi ma kien hemm l-ebda ħsieb kritiku u analiżi indipendenti u li dan kien evidenti fir-rapport. Hu qal illi dan ir-rapport ta' vijabbilità kien biss repetizzjoni tal-intenzjoni għall-użu aħjar tas-siti hekk kif espress mill-Ministeru. 3 - Ipoġġi aktar dubju fuq l-integrità tal-proċess. Hu jikkwota l-minuti ta' laqgħa ta' Projects Malta f 'Awwissu 2014 u allura bosta xhur qabel biss inħarġet Rikjesta għall-Proposti (RfP). Jispjega kif dawn juru illi l-Gvern kien diġa' deċiż kif se jsir il-proġett u n-natura tal-konċessjoni ħafna qabel ma fil-fatt kien sar studju ta' vijabbilità. 4 - "L-istudju ta' vijabbilità suppost kien evalwazzjoni estensiva interna u iktar konsultazzjoni esterna. Minkejja dan l-NAO ma kinitx provduta b'informazzjoni jew dokuementazzjoni li tistudja dawn l-istadji kruċjali fil-proċess ta' deċiżjonijiet. Dan tefa' aktar dubji fuq il-proċess superfiċjali u mhux komplet li kellu jiddetermina l-vijabbilità tal-proġett," isostni l-Awditur f 'punt 5.2.27. Punt ieħor li dwaru l-NAO wera' tħassib serju kien in-nuqqas ta' awtorizazzjoni għall-konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi. 1 - Ir-rapport jisħaq illi ta' tħassib kbir kien "li ma kienx hemm awtoriżazzjoni Ministerjali għal din il-konċessjoni. Dan jirriżulta fis- sitwazzjoni assurda fejn tliet sptarijiet jiġu mgħoddija lil terzi mingħajr ħadd ma jassumi responsabilità għal din id-deċiżjoni" - jisħaq l-Awditur Ġenerali. 1 - L-Awditur Ġenerali kien skjett ukoll dwar in-natura ta' ġarr tar-riskju. Huwa jġib diversi eżempji u anke każi fil-Qorti li juru illi f 'privatizzazzjoni l-bilanċ tar-riskju dejjem imur mill-Gvern ( p u b b l i k u ) għall-privat. Jiġifieri l-Gvern jagħtik il-proprjetà u l-ishma imma mbagħad tħallas inti jekk tfalli. Dan jissejjaħ 'Services Concession' 2 - Fil-każ tal-VGH l-NAO jisħaq illi minkejja li din kienet 'services concession' ir-riskju baqa' b'mod qawwi kontra l-Gvern, "bil-VGH iggarantita dħul mill-Gvern irrispettivament mill-bidliet fil- prezzijiet determinati mis-suq filwaqt li r-riżosra umana baqgħet f 'idejn il-Gvern - bil-Gvern fil- fatt iħallas il-pagi tal-ħaddiema f 'dawn l-isptarijiet (xi ħaġa li ma tiġrix f 'privatizzazzjoni ta' din il- kwalità). Interessanti kif fid- Dikjarazzjoni ta' Unur iffirmata minn Ram Tumuluri huwa ddikjara li huma (inkluż hu) qatt ma kienu f 'sitwazzjonijiet ta' falliment u qatt ma kienu misjuba ħatja fuq każi li jirrelataw il-ġudizzju professjonali tagħhom. Ram Tumuluri kien imexxi kumpanija oli falliet - hu jgħid li ma fallietx - iswed fuq l-abjad hemm deċiżjoni mil-Qorti tal-British Columbia fil-Kanada li ssib lil Tumuluri ħati illi fil-lukanda li kien imexxi - u allura li kien qed jidher għaliha hu (Nikita Lake Lodge) insterqu flus ta' bookings li kienu saru minn klijenti. Due dilgence - 'Faqar' Rapport ta' vijabilitá "fqir" ukoll Bla awtorizzazzjoni Ministerjali! Ir-riskju fuq il-Gvern...minflok fuq il-privat Gidba!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020