Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
20 opinjoni Aktar investiment fl-Edukazzjoni IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol D in il-ġimgħa bħala Ministeru kellna żewġ okkażjonijiet li fihom rajna aktar investiment għaddej fis-settur edukattiv. Wieħed huwa investiment infra- strutturali u ieħor investiment f 'riżorsi edukattivi. L-investi- ment f 'dan is-settur huwa varju u kollu għandu l-importanza tiegħu. Kemm dak l-investiment li permezz tegħu naraw ħolqien ta' spazji edukattivi u wkoll dak l-investiment li permezz tiegħu nkunu qed insaħħu t-tagħlim – għal kull età. Żort il-proġett taċ-Ċentru tar-Riżorsi fil-kampus tal- MCAST b'investiment ta' €10 miljun, kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020 (ERDF), u proġett li mistenni jkun lest sal-bidu tas- sena skolastika 2021-2022. Dan huwa proġett interessanti ferm, kemm bħala binja imma wkoll bħala kunċett. L-investiment huwa importanti biex inkomplu niżviluppaw l-ambjent fiżiku kif ukoll ninvestu fl-istudenti u fl-edukaturi tagħna. U dan iċ-ċentru huwa eżempju ta' kif nibnu spazji għat-tagħlim bl-aħħar teknoloġija biex jibbenefikaw minnu uliedna u ulied uliedna. Dan mhuwiex biss investiment f 'binja imma rridu noħolqu spazju li fih l-edukaturi u l-istudenti joħolqu xogħol kreattiv u innovattiv, spazju li jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni lil hinn mill- klassi. Iktar ma jgħaddi żmien, iżjed qed naraw li bosta studenti jagħżlu korsijiet vokazzjonali u għalhekk ninsab verament kuntent li l-MCAST qed tieħu l-passi u d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex istituzzjoni bħalha tibqa' dejjem tikber u timxi 'l quddiem. Iċ-ċentru, f 'binja mifruxa fuq erba' sulari jinsab fl-aħħar fażi tiegħu. Se jkollu fih diversi faċilitajiet u servizzi għall- istudenti fosthom żewġ spazji għal esebizzjoni, auditorju, 14-il uffiċċju għad-diretturi u għall- maniġers, żewġ boardrooms, sittax-il klassi, kafetterija, librerija maqsuma fuq żewġ sulari kif ukoll spazju fejn wieħed jista' jaħdem u jistudja, kamra tal-proġetti u kamra tal-logħob. Binja li fiha se jkun hemm faċilitajiet adekwati għat- tħejjija tal-istudenti li se jkunu speċjalizzati f 'oqsma vokazzjonali speċifiċi kif meħtieġ mill-industrija. L-istrategija tagħna hija li nkomplu noħolqu opportunitajiet ta' investiment fit-taħrig vokazzjonali li jiffaċilita l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa. Bħala pajjiż għandna nkomplu niffukaw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet li jtejbu l-impjegabbiltà. Se jkollu wkoll Ċentru tar- Riżorsi tal-Librerija u t-Tagħlim li se toffri varjetà ta' riżorsi u ta' teknoloġiji utli tal-informazzjoni għall-istudenti u għall-edukaturi, u wkoll Taqsima ta' Għajnuna fit-Tagħlim biex din taħdem mill- qrib mal-istituti tal-MCAST ħalli jiġi żgurat li l-istudenti jirċievu l-appoġġ akkademiku neċessarju ħalli jiksbu l-ħiliet akkademiċi u jsiru indipendenti fl-istudji tagħhom. Persważ li meta jinfetaħ, se jkun minjiera ta' opportunitajiet għall-istudenti kollha li jattendu l-MCAST, kemm fuq bażi full time u wkoll fuq bażi part-time u wkoll għall-edukaturi kollha tagħhom. + + + Investiment ieħor huwa fit- tagħlim. Kif dejjem ngħid, qatt ma huwa tard li titgħallem, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek u l-età tiegħek. U hawnhekk inħares lejn it-Tagħlim Tul il-Ħajja, forsi magħruf aħjar bħala Lifelong Learning. Dan kiseb importanza kbira matul dawn l-aħħar snin, speċjalment minħabba li t-tagħlim dejjiemi għandu diversi implikazzjonijiet marbuta miegħu. Jiswa għall-prospetti tal-karriera, il-qagħda personali u wkoll l-inklużjoni soċjali. It-tagħlim tul il-ħajja huwa xi ħaġa li tiswa għall- individwu b'mod personali. Aħna dan ninkoraġġuħ sew, għax nemmnu li t-tagħlim m'għandux età. U fiż-żminijiet li ninsabu fihom, hemm il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni biex dawk kollha li jixtiequ jkomplu t-tagħlim tagħhom, jagħmlu dan. Għalija bħala l-ministru responsabbli u wkoll għall- Ministeru għall-Edukazzjoni, din hija prijorità, li naraw li jkun hemm aktar li jersqu lejn xi kors jew ieħor biex ikabbru l-għarfien tagħhom, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom. Dan rajnieħ meta din il-ġimgħa nidejt 'l fuq minn 450 kors għall- adulti għas-sena akkademika 2020/2021. Aħna bħala Gvern ninsabu kommessi fit-tisħiħ tal- edukazzjoni għall-adulti biex dawn ikollhom opportunità jtejbu l-ħiliet tagħhom, jilħqu l-għanijiet personali, u jżidu ċ-ċans għall- impjegabilità. F'dinja moderna li għaddejja minn żvilupp kontinwu, l-edukazzjoni ma tistax tibqa' limitata sal-età obbligatorja - l-iżviluppi kontinwi permezz tal- edukazzjoni huma ta' importanza fundamentali. It-tagħlim mhux biss jissoda l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-iżvilupp personali, imma saħansitra s-sostenibbiltà, il-kompetittività u l-impjegabilità. Din is-sena kien hemm ukoll żviluppi marbuta mal- korsijiet imħabbra. Ittieħdu ċerta deċiżjonijiet wara li kienu analizzati l-impatt tagħhom kemm fuq l-istudenti kif ukoll fuq l-edukaturi. Dawn id-deċiżjonijiet ġabu xi tibdil fil-mod kif jopera t-Tagħlim tul il-Ħajja. Imma huma bidliet li se jkunu ta' benefiċċju għas-settur edukattiv. Ħabbarna li għall-ewwel darba numru ta' korsijiet se jingħataw kompletament onlajn. Din hija aħbar li zgur li se tintlaqa' tajjeb u hija riflessjoni ta' dak li ġara fil-ġimgħat tal-COVID-19. Bl-għeluq tal-iskejjel it-tagħlim tradizzjonali fil-klassijiet mar fuq livell ta' tagħlim onlajn – xi ħaġa li kienet suċċess u mfaħħra minn bosta, ankè minn entitajiet internazzjonali. Dan is-suċċess wassal biex it-tagħlim onlajn imur ukoll għal numru ta' korsijiet fil-prospett tal- Lifelong Learning li tnieda. Apparti hekk, minn din is- sena, l-età tal-applikanti għall- korsijiet tniżżlet għal 15-il sena. Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura preventiva kontra t-tluq bikri mis-sistema edukattiva, u se jkunu offruti lezzjonijiet b'rata raġonevoli ħafna għal dawk l-istudenti li ma jistgħux iħallsu għal-lezzjonijiet privati bi preparazzjoni għall-eżamijiet tas-SEC. Din hija prijorità oħra. U qed nagħmlu minn kollox biex nagħtu l-opportunitajiet kollha lill- istudenti kollha. Aħna ma rridu naraw lil ħadd iħossu maqtugħ minn sħabu jew mis-sistema edukattiva sempliċiment għax ma jkollux il-mezzi. ll-korsijiet se jibdew f 'Ottubru 2020 sa Jannar 2021 jew Mejju 2021, u l-applikazzjonijiet infetħu fil-15 ta' Lulju u għandhom miuħin sas-7 ta' Awwissu 2020. Ninkoraġixxi lil dawk kollha li jixtiequ jkomplu jkabbru l-oriżżonti tagħhom, biex ma jaqtgħux qalbhom u japplikaw. Aħna bħala gvern se nkomplu għaddejjin bl-investiment. Mhux biss investiment fil-bini, imma investiment ukoll fit-tagħlim, żewġ elementi li qed nimpenjaw ruħna fihom biex naraw li dejjem intejbu lil dan is-settur tant importanti.