Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum Bidu ta' Żodjaku ta Leo Mill-Ħamis 23 ta' Lulju sas-Sibt 22 ta' Awissu Il-Ħames sena tiegħi b'dan l-artiklu ta' 'L-OROSKOPJU' Xi kultant tieqaf taħseb u tgħid ''Kif għaddew ħames snin?" Iva din il-ġimgħa taħbat propju il-ħames sena minn mindu jien bdejt inwassal lilkom dan l-artiklu. Kemm dwar l-oroskopju kif ukoll ir-rokna ta' nformazzjoni dwar iż-żodjaki u aktar. Nista' ngħid li din il-paġna bdiet tikber u tikber, grazzi għalikom il-qarreja ta' din il-gażżetta li s-segwu ta' kull ġimgħa. Fost il-paġni nteressanti li jitwasslu lilkom din hi waħda minn dawk il-paġni tant segwiti. Dan kompla jimlini b'kuraġġ sabiex kemm nista' nwassal dak it-taghrif interessanti dwar kull żodjaku u dwar dak kollu li għandu x'jaqsam f 'dan il-qasam. Għandi xewqa kbira minn għandkom dwar ir-rakkonti li jien kont inwassal u li kienu tant segwiti minnkom. Għalhekk ser nara kif ser nibda nżewwaq fix-xhur li ġejjin. Dan dejjem jekk ikun hemm aċċess ta' spazju. Jien ser nerġa nitlob lilkhom qarreja ta' din il-paġna sabiex tiktbuli l-kummenti tagħkom, l-idejat tagħkom u anke s-suġġerimenti tagħkom u x'tixtiequ ssibu aktar f 'din il- paġna. Kull ma' għandkom tagħmlu huwa li jew tibagħtu SMS fuq 79495804, jew ittra postali fl-indrizz, PaulJon (ILLUM), PO Box 27 Paola. Kull min iwieġeb ser jingħata rigal ta' apprezzament. Nagħlaq billi ngħidilkom grazzi mill-qalb ta' dawn il-ħames snin u nwedkom li nkompli nagħtikom servizz dettaljat dwar l-oroskopju u dak kollu li jkun hemm bżonn. GRAZZI. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu, minħabba dak li int għaddej minnu fil-preżent. Imma din ser tkun fażi u ser toħroġ minnha, basta tagħraf timxi b'moħħok biex b'hekk terġa taqbad ir-ritmu ta' stabilta' li tant hi bżonjuża. Għaraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' fehema soda. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun iffiser aktar impenn ta' responsabilita' fil-madwar kollu tiegħek. Hekk int ser tagħraf turi kemm int responsabbli. Minn naħa l-oħra int issa ser tagħraf kemm huwa importanti li ttejjeb il-madwar tiegħek, dan sabiex tagħraf aħjar dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Pisces huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun iffiser aktar impenn fil-karriera tiegħek. Hekk li minn issa int ser tagħti spinta kemm biex int ittejjeb iżjed ħidmietek u ovvjament sabiex twessa' aktar ħiltek. Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b'mod għaqli sabiex b'hekk tkabbar dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Aries huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun iffiser impenn ta' preparazzjoni f 'dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista ttejjeb aktar il-kapaċitajiet tiegħek. Persuna ser tavviċinak u ser toffrilek oppurtunita'. Għaraf li tieħu parir sew qabel tagħmel xi pass lejn din l-oppurtunita'. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Taurus huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun iffiser aktar impenn dwar il-proġetti li issa trid tibda twettaq. Fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazjonjiet delikati xorta waħda int kapaċi tasal fejn vera tixtieq tasal. Iżda għaraf li timxi iżjed b'moħħok. Għalhekk irrefletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Gemini huma magħrufin għas-sensittivta' li joffru. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun ifisser aktar impenn lejn dak li verament tixtieq għalik. Hekk li issa din il-fażi ser tagħtik iċ-ċans ta' dawra kompluta madwarek kemm mill-lat kif tibda tippreżenta lilek, kemm kif torganiżża il-madwar tiegħek iżda wkoll fid-dehra tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Cancer huma magħrufin għal-burdata stabbli tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser jagħmlek tkun tħossok persuna aktar dixxiplinata. Din is-sitwazzjoni ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqek ma' persuni ġodda bil-probabilta' ta' proġetti ġodda. Biss int trid tagħraf li tkun imħejji sew u li int lest tkun kapaċi għal dan it-twettiq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa Gemini. Virgo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu ta' żodjaku ta Leo għalik Libra ser iwasslek għal-fażi ta' trankwillita' sabiex int kemm tista' tiprova żomm lilek taħt sitwazzjoni kajmana. Prova għaraf dak li int esperjenzajt fil-passat sabiex ma' terġax tirrepeti u hekk tkun tista' tħares aktar b'fiduċja u stabilta' lejn dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Libra huma magħrufin għal-bilanċ li huma kapaċi iwettqu. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser jagħmlek tagħraf kemm huwa mportanti li minn issa tibda toħroġ iżjed bil-qawwa kollha tiegħek. Għalkemm uħud minn madwarek m'humiex jaraw li sejjer jirnexillek twettaq dan il-pass kbir li int sejjer tagħmel. Imma ibqa żgur li ser tħalli lill kulħadd sorpriż. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf li dan huwa il-mument fejn tagħraf li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' madarek sejra lura u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Iżda jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta' pjan finanzjaru dan ikun ferm utli għalik għall istabilita'. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa Capricorn. Scorpio huma magħrufin għal- istabilita' tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser jagħmlek iddur dawra madwarek. Għalhekk f 'dan il-perjodu int għandek tosserva aktar dak kollu li jibda jseħħ madwarek sabiex b'hekk int tkun tista' tanaliżża dak kollu li jkun għaddej u min hemm int tkun tista' tieħu direzzjoni ideali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu ta' żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tbiddel l-istil ta' madwarek. Ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq għalik u kemm biex int tagħraf lilek aktar. Għalhekk tajjeb li tgħamel riflessjoni dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020