Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
13 intervista illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 bejn il-bżonnijiet tal- tal-ajru' li hemm kunsens ġenerali bejn il-pajjiżi membri), hemm ir-realta' tas-sitwazzjoni fil-Libja," tgħid Cutajar mal-ILLUM. Hija tfakkar illi Malta qed tagħmel din is-sejħa speċifika biex l-UE tgħin lill-pajjiżi Afrikani, biex l-immigranti ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn pajjizhom, kif ukoll enfasi diretta fuq il-kunflitt Libjan. "Il- Prim Ministru Malti kien l-ewwel mexxej ta' pajjiż Ewropew li żar il-Libja minn meta l-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali (GNA) immexxi minn Sarraj beda jikseb aktar kontroll. Iċ-ċrieki kriminali li jitraffikaw il- bnedmin u li s'issa joperaw b'impunità max- xtajtiet Libjani, hekk kif jieħdu l-okkażjoni minn sitwazzjoni diżastruża ta' sigurtà u infurzar riżultat tal-kunflitt, jistgħu jiġu ristretti jekk il-Gwardja tal-Kosta Libjana tkun imsaħħa." Hija temmet tappella għal soluzzjoni Ewropea komuni dwar il-Libja li ddeskrivitha bħala "partikolarment kumplikata" għall-fatt li forzi Ewropej differenti jinsabu wara forzi opposti fil- Libja u jfornu l-armi bir-riżultat li l-kunflitt qajla jidher riesaq lejn tmiemu. L-Abort: 'Jiena l-estremitajiet idejquni' U ladarba qed issemmi kwistjonijiet jaħaqru bħall-immigrazzjoni u qed issemmi l-valur tal-ħajja, din il-gazzetta staqsietha dwar l-abort. Taqbel jew le? Filwaqt li tirrikonoxxi li dan huwa suġġett sensittiv hi tgħid li jdejjaqha l-fatt li dan is-suġġet jippolarizza tant lil Maltin. "Jiena l-estremitajiet idejquni. Hemm bżonn diskussjoni matura ħafna fuq dan is-suġġett. Fil-verità d-diskussjoni diġa' bdiet," tgħid Cutajar. Filwaqt li tammetti wkoll li hija parti minn grupp politiku (Soċjalisti u Demokratiċi) li jaqbel mal-abort tgħid illi fuq dan is-suġġet hi tixtieq tagħmel żewġ punti. L-ewwelnett tgħid li m'għandniex niġġudikaw u nkissru persuna, għaliex bl- għajnuna tgħid illi tista' fil-fatt tgħin mara tevità li tagħmel abort. Tfakkar ukoll li mara li tagħmel abort tkun trawmatizzata. Tinsisti fuq l-importanza tal-edukazzjoni sesswali filwaqt li tfakkar ukoll illi l-fatti qed juru li minkejja li huwa llegali f 'pajjiżna nisa Maltin diġa' qed jagħmlu abort. Hi kienet qed tirreferi għal statitstika li ħareġ kemm il-Gvern Ingliż kif ukoll l-għaqda Woman on Web - li jirreġsitraw persuni Maltin li għamlu abort fir-Renju Unit jew inkella li ordnaw pilloli abortivi. Mal-ILLUM, Lara Dimitijevic kienet qalet illi għalkemm l-abort f 'Malta jibqa' tabù, mir-riċerka li għamlet il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, jirriżulta li f 'Malta hawn bejn 300 u 400 mara li jew wettqu l-abort barra minn Malta jew inkella ordnaw il-pillola abortiva minn fuq l-internet. Covid-19 u l-ivjaġġar: 'Ma kienx faċli issib bilanċ bejn il-konsumatur' Induru għal suġġett ieħor: It-turiżmu. Josianne Cutajar kienet parti mit-Task Force tal-UE dwar it-turiżmu. Hija qalet illi dan it-task force kien, fost oħrajn, qed jimbutta għal soluzzjonijiet li mbagħad ġew adottati, tal-vouchers u l-posponiment ta' titjiriet kif ukoll il-perjodu ta' żmien li fih inti intitolat tieħu flusek lura ta' titjira li ġiet ikkanċellata. "Ma kienx suġġett faċli dan għax inti l-liġi tal-UE tgħidlek li 'sebat ijiem wara kanċellament trid tieħu flusek lura tal-ħlas għall-vjaġġ u f 'każ ta' package holiday trid teħodhom f '14-il jum. Issa f 'dan il-każ ma kienx possibbli u kellek l-linji tal-ajru jfakkru li l-pandemija mhix tort tagħhom u jipprovaw minn kollox biex ma jfallux u minn naħa l-oħra l-konsumatur li kien ippanikkjat dwar flusu." Hi tgħid li kien hemm, anke mill-S&D li telqu mill-pożizzjoni illi jiġri x'jiġri l-konsumatur l-ewwel u daqshekk. "Jiena xtaqt għax emmint li hekk huwa l-aħajr illi jinstab bilanċ u għalhekk l-airlines joħorġu vouchers u jieħdu nifs il-konsumaturi imma l-linja tal-arju wkoll." Hija qalet illi b'hekk ġie aċċertat li dik il- linja tal-ajru tibqa' tagħti servizz u topera. Qalet illi grazzi għal dan it-task force il- pożizzjoni tas-Soċjalisti traddbet it aktar u waslet għall-għarfien tal-bżonn ta' bilanċ. Tispjega wkoll kif għaddej xogħol fuq id-Digital Services Act illi fiha qed tipparteċipa f 'diskussjoni dwar l-użu ta' apps bħal Airbnb, Uber u oħrajn u kif dawn se joperaw dejjem aktar bi trasparenza. Robert Abela, elezzjoni ġenerali u r-reputazzjoni ta' Malta Wasalna fit-tmiem tal-intervista. L-ILLUM tistaqsi kif tiġġudika lil Robert Abela u l-ewwel xhur tiegħu bħala Prim Ministru. Hija tgħid illi dak ta' Abela kien bidu diffiċli bi sfidi kbar. "Minn sfidi kbar li ma kienx qed jistenna bħall-pandemija u diffikultajiet politiċi tal-pajjiż meta sar Prim Ministru, filwaqt li fl-istess ħin il-PM Abela kompla miexi b'kontinwità fl-oqsma ekonomiċi u soċjali." Cutajar tgħid illi filwaqt li fil-Partit Laburista saret bidla fit-tmexxija u wara d-deċiżjoni kulħadd - skont hi - beda jiġbed ħabel wieħed, "il-PN maqsum f 'elf biċċa." Ħierġa għall-elezzjoni? "Ħafna qed jistaqsuni imma jiena nemmen bis-sħiħ li l-poplu vvutali biex nirrapreżentah fil- Parlament Ewropew u nemmen li dan il- mandat għandi nagħmlu." U fl-aħħar - ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Kemm tħoss li hemm sħaba fuq pajjiżna? U kemm taħseb li nistgħu nnaddfu r-reputazzjoni? Hi tammetti li kien hemm impatt ħażin fuq pajjiżna. "Jiena nappella għall-policy makers, ġurnalisti u nies oħrajn biex nagħtu l-istampa kollha. Jekk se nsemmu isem pajjiżna ejja nsemmu kollox, mhux il-pożittiv inħalluh barra. Insemmu ir- rikonoxximent li qed jieħu dan il-Gvern dwar ir-riformi fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, insemmu wkoll it-tifħir li qala' u għadu qed jaqla' fuq l-ekonomija u l-passi 'l quddiem fid-drittijiet ċivili." "Ma nkunux selettivi. Ejja nippromovu ċ-ċirkostanzi pożittivi wkoll," ittemm tgħid Josianne Cutajar. RITRATT: JAMES BIANCHI