Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Delia u dawk kollha li vvutaw kontra Delia fl- Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Magħhom jingħaqad forsi bl-akbar toqol l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Jiġifieri meta ngħidu li r-ribelli għandhom jirreżenjaw m'aħniex qed nitkellmu dwar tnejn minn nies insinjifikanti - imma l-biċċa l-kbira tal-Grupp Parlamentari, ħafna mill- membri tal-Eżekuttiv u eks Prim MInistru. Dan apparti dawk kollha li qed jopponuh u għadhom m'għamlux il-pożizzjoni tagħhom waħda pubblika jew inkella dawk li esprimew ruħhom u huma eks Kandidati u persuni fil- midja. Kieku kellu jkeċċi lir-ribelli kollha u dawk kollha li qed jikkritikawh u jitolbuh iwarrab ikun - konxjament - qed joħloq il-qasma fil-Partit Nazzjonalista u jagħti fuq platt tal-fidda l-Oppożizzjoni lir- ribelli, ikisser kull ċans diġa' improbabbli, li jnaqqas id-distakk u jispiċċa miġġieled ma' predeċessur. Imma apparti minn hekk ikun qed joħloq problema fil-kandidatura tal-partit fuq livelli distrettwali. Ħafna minn dawk li huma kontra Delia - tħobbhom jew le - huma nies b'esperjenza, kuntatti, ħażen politiku u b'segwaċi. Filwaqt li l-uċuħ żgħażagħ huma importanti ħafna - jekk l-esperjenza tiġi mibdula b'inesperjenza biss, dan se jaffetwa l-vot lill-PN. Mhux kulħadd irid jivvota lil xi ħadd bla kuntatti u esperjenza - kemm minħabba raġunijiet politiċi u anke minħabba raġunijiet purament personali (inti jekk trid li xi ħadd jgħinek jew jaqdik f 'xi ħaġa personali se tmur għand min għandu l-esperjenza, il-kuntatti u li huwa influwenti.) Din it-triq ma tantx tidher li tista' tittieħed, probabbilment għaliex il-kollateral ikun qawwi, tant li talba minn membru tal- Eżekuttiv biex tittieħed azzjoni kontra dawk id-Deputati li vvutaw kontra Delia baqgħet fuq l-ixkaffa. Jitlaq Delia: Ħsara żgur, imma skont kif jitlaq! Xenarju ieħor huwa Adrian Delia jitlaq hu. Dan huwa xenarju li jinqasam fi tnejn: Jew Delia jitlaq għax ma jkunx jiflaħ għall- pressjoni li qed issir fuqu jew jitlaq wara xi forma ta' ehim u b'xi forma ta' dinjità. Nibdew mnn l-aħħar. Jekk Delia jitlaq wara diskussjonijiet dwar strateġija li tarah joħroġ u jitlaq mill-kariga b'mod dinjituż, il- ħsara elettorali għalkemm hemmhekk tista' tkun ħafna inqas dannuża. Hemm ħafna modi kif jista' jilgħab xenarju bħal dan: Ikun hemm qbil dwar Kap suċċessur li jmur għall- elezzjoni li jmiss jew Kap suċċessur li jieħu l-kariga wara l-elezjoni ġenerali. Jista' jkun ukoll illi Delia jaċċetta li jibqa' f 'kariga fil- partit li hija inqas importanti imma li Delia jaċċetta biex jagħmel spazju għal Kap ġdid. Tista' tkun il-kariga ta' Segretarju Ġenerali, Viċi Kap jew inkella Kap Eżekuttiv tal-partit. Delia jista' wkoll jaqbel li joħroġ għall- elezzjoni tal-MEPs li jmiss, fejn ikun mistenni li jiġi elett - u jkun qed isegwi l-passi ta' Alfed Sant. Il-PN xorta se jitlef aktar demm, imma b'wieħed minn dawn ix-xenarji dan it-telf ikun xi it jew wisq ikkontrollat. Iżda jekk Delia jċedi taħt il-pressjoni enormi, voti kontrieh u l-fatt li dawn il-voti għamlu l-pożizzjoni tiegħu mhux tenibbli - it- telf ta' demm ikun kbir. Ironikament għal Delia dan jaf ikun l-aqwa xenarju biex jippreserva fit-tajjeb ismu fl-istorja politika u allura għall- posetrità. B'hekk Delia jkun meqjus bħala l-politiku li ma tħalliex jaħdem, "il-vittma" imma li rriżenja għaliex ħadd mhu akbar mill-partit u allura "l-irġulija". B'elezzjoni mhux wisq 'il bogħod Delia jaf, kif qed juru s-sondaġġi, li l-Partit Nazzjonalista se jitlef bil-kbir - u jekk dawk li jappoġġjawh ma jivvutawx jitlef b'numri akbar. Meta dan iseħħ Delia jkun jista' jirrijinforza l-argument li mhux hu kien fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja. Dawk li jappoġġjawh - li mhumiex it imma lanqas nafu li huma ħafna - jħossuhom traduti li l-Kap li eleġġew ġie "tradut" u "sfurzat jitlaq" u allura l-ħsara elettorali tkun kbir ħafna. Jinqasam il-partit: L-agħaq xenarju possibbli Fl-agħar xenarju posibbli jinqasam il-PN u dawk id-Deputati li vvutaw kontra Adrian Delia jitilqu għal rashom u jiffurmaw partit ġdid. Dan ix-xenarju huwa remot hekk kif dawn id-Deputati diġa' pubblikament għamluha ċara li ma jridux jitilqu mill-PN. Naturalment kieku jiġri hekk l-effett elettorali jkun wieħed illi permezz tiegħu l-PN, inizzjalment isir it-tielet l-akbar partit fil-Parlament u allura ma jibqax l-Oppożizzjoni u eventwalment il-vot diġa' ħafna iżgħar tal-PN jerġa' jinqasam. Meta wieħed jiakar illi ir-ribelli ma jridux jaħdmu ma' Delia u allura koalizzjoni mhijex possibli, dan ix-xenarju jħalli lill-Partit Nazzjonalista mifluġ u mkisser elettoralment. Tinstab soluzzjoni u l-PN ikompli fejn ħalla Dan ix-xenarju, bħall-ewwel, huwa daqstant improbabbli. Huwa marbut mal- ewwel xenarju fil-fatt għaliex ir-ribelljoni interna issa tant eskalat u daħlet 'il ġewwa li huwa verament diffiċli li jinsab kompromess li huwa dejjiemi u li jissupera d-dubji, r-rabja, l-isfiduċja u s-suspett li hemm bejn iż-żewġ fazzjonijiet. Biex isir realtà dan ix-xenarju bilfors li jrid iċedi xi ħadd - jew inkella kulħadd iċedi biċċa. Biex dan isir iżda u biex il-proċess ta' fejqan ikun komplut iridu jgħaddu snin u żgur elezzjioni ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020