Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum IS-SAĦĦA MHIX GĦALL-BEJGĦ! SPTARIJIET IL-PRIVATIZZAZZJONI TA' CARMEL BORG U JOE GRAVINA Fil-kuntest Ewropew u internaz- zjonali, il-kriżi finanzjarja tal- 2008 saħħet l-għajta tal-ħassie- ba, funzjonarji, u politiċi li jħaddnu l-politika tas-suq, li s-servizz pubbliku m'huwiex sostenibbli u, allura, jeħtieġ il-krozzi tal-privat biex iserrħu l-għotor tas-servizz ħali u inef- fiċjenti li jagħtu l-ħaddiema 'tal- gvern'. F'Malta, din il-mewġa favur il-privatizazzjoni tal-ġid komuni qabdet l-għeruq, u riċentament sabet il-milja tagħha fil-qasam tas-saħħa, bil-privatizazzjoni ta' tliet assi pubbliċi li storikament meddew it-triq għas-servizz tas- saħħa pubbliku li għandna llum; servizz li ta riżultati eċċellenti f'diversi oqsma tal-operat mediku kif, per eżempju, jixhdu dawn l-aħħar erba' xhur tal-pandemija. Bil-privatizazzjoni fil-qasam tas-saħħa nimu l-finanzjament privat jew it-trasferiment ta' assi u funzjonijiet minn entitajiet pubbliċi għal dawk privati, fejn l-għan ta' dawn tal-aħħar, għalkemm mhux dejjem, ikun li jagħmlu l-qligħ mill-ispazji li jakkwistaw u s-servizzi li joffru, f'isimhom jew f'isem l-awtoritajiet pubbliċi. L-entitajiet privati li jeżistu biex jagħmlu l-profitt mis-saħħa jvarjaw minn kumpaniji żgħar għal korporazzjonijiet ġganteski li joperaw globalment. Ir-repertorju tal-privatizazzjoni huwa wieħed wiesa' u jvarja minn privatizazzjoni tal-finanzjament tal-kura u tas- servizzi, għall-privatizazzjoni tal-immaniġjar tas-saħħa jew tal- investiment f'oqsma differenti tas- settur. Il-mewġa Ewropeja u internazzjonali favur il- privatizazzjoni, inkluża dik tas- saħħa, għandha l-għeruq fiċ- ċertezza tal-intelletwali organiċi tal-kapitaliżmu mwaħħar li l-omnipreżenza tal-Istat hija xkiel għall-inizjattiva privata, li s-servizzi soċjali ġenerużi li jkopru kull aspett tal-ħajja, parti mill-kuntratt soċjali ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, m'humiex sostenibbli, u li s-servizz pubbliku huwa l-iljunfant li ma jista' qatt ikun effiċjenti, ħafif, flessibbli u akkomodanti daqs il-privat. Psewdo-ċertezzi mnebbħin mill- ideoloġija tas-suq li tinkoraġġixxi t-tnaqqir tas-servizz pubbliku u t-trasferiment tas-servizzi pubbliċi lill-privat bħala kundizzjoni ewlenija għall-investiment; ideoloġija li twaħħad id- demokrazija mal-libertà tal-għażla fil-konsum ta' frott il-produzzjoni u s-servizzi li joħloq l-istess suq. Ċertezzi mistħajla li dakkru wkoll lix-'xellug' vanituż, imxennaq għar-rebħiet elettorali. Privatizzazzjoni li turi amnesija ideoloġika fil-Partit Laburista Lokalment, it-trasferiment tal- isptarijiet huwa manifest ħaj ta' dan it-twemmin u tal-kunflitt ideoloġiku li żviluppa mill- bżonn li partit b'għeruq xellugin jirritorna għat-tmexxija tal-pajjiż u jibqa' appellabbli. Xejriet politiċi dinjin, ħlief li f'pajjiżna għadha friska l-memorja ta' battalja ideoloġika, fl-'epoca delle ideologie', li ħalliet vittma bla ħtija. It-trasferiment tat-tliet sptarijiet jirrappreżenta l-amnesija ideoloġika ta' element fil-Partit Laburista li donnu nesa li storikament il- partit kien protagonist fil-bini tal- infrastruttura medika, u li dejjem ħares lejn is-servizzi tas-saħħa bħala parti integrali mill-ġid komuni. Fejn sa it ilu s-servizz pubbliku kien qiegħed jgħix viċin il-privat, fi djalogu pjuttost kawt, b'dan it-trasferiment massiv, li aktar stħarriġ għad jgħidilna min kien hemm warajh, jekk hux individwi b'tendenzi neoliberali, viċin l-oligarkija ekonomika, jew kabinett sħiħ, l-assi pubbliċi fil- qasam tas-saħħa ġew privatizzati. B'din id-deċiżjoni, l-Istat, b'mod mill-aktar attiv, qiegħed jimbotta biex il-privat jaħdem bi ħwejjeġ pubbliċi u jmur tajjeb, f'kull ċirkustanza, anke jekk ma jirrendix jew ma jagħtix servizzi spettakolarment aħjar, kif tgħidilna l-mantra tal- privatizazzjoni. B'dan it-trasferiment bla preċedent fil-qasam tas-saħħa, l-Istat kompla jxellef il-funzjoni pubblika tiegħu u naqqas mill- impenn li jħares il-ġid komuni. Il-proċess tal-privatizazzjoni tal-qasam tas-saħħa jikkontradixxi żewġ prinċipji fundamentali li l-ebda partit xellugi mpjenjat li jħares il-ġustizzja soċjali m'hu lest li jikkontradixxi. L-ewwel prinċipju huwa li l-aċċess għas-saħħa għandu jkun universali, ta' kwalità, dejjem u kullimkien, u aċċessibbli għal kulħadd fil-punt tal-użu. It-tieni prinċipju huwa li s-sistema tas-saħħa għandha taħdem biex jitnaqqas l-impatt tal-istatus soċjo-ekonomiku fuq l-aċċessibilità universali. L-edukazzjoni bħala mudell favur l-aċċessibilità Jekk nieħdu l-edukazzjoni f'Malta bħala mudell ta' x'jista' jiġri meta b'mod konxju l-Istat jimbotta l-preżenza qawwi- ja tal-privat f'settur strateġiku għall-ġustizzja soċjali, wieħed jinnota li bi qrib in-nofs tat-tfal fis-sistema edukattiva obbliga- torja li jattendu skejjel li m'hum- iex tal-Istat, Malta għandha waħda mill-aktar korrelazzjoni- Il-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa qajmet ħafna dubji, dibattiti u anke rapport tal- Awditur. Il-Professur Carmel Borg u Dr Joe Gravina janalizzaw għaliex il- privatizzazzjoni ta' dawn l-isptarijiet imur kontra l-interess tal-poplu L-isptar Ġenerali ta' Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020