Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Saliba jingħaqad ma' oħrajn "mis-snin tad- deheb" tal-PN biex jagħti l-pariri lil Delia ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Joe Saliba reġa' qed ikun id-Dar Ċentrali u qed jiltaqa' ma' Adrian Delia bħala konsulent tiegħu, għalkemm mhux ċar jekk għal dan ix-xogħol hux qed jieħu xi forma ta' ħlas. L-eks Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista mhuwiex l-ewwel persuna veterana li ssejħet lura biex tgħin lill-Partit Nazzjonalista f 'dawn il-ġimgħat ta' inkwiet u taqlib li jafu jaraw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista jitlef postu. L-eks Ministru fil-Gvernijiet ta' Gonzi u kandidat mal-PN sa mill- 1981 Ċensu Galea huwa l-President tal-Kunsill Ġenerali, minflok Kristy Debono, Louis Galea, eks Ministru fis-snin li matulhom kien PM Eddie Fenech Adami tpoġġa responsabbli mir-riforma tal-PN minn Delia nnifsu u Francis Zammit Dimech - elett Deputat fl-1992 u Ministru fil-Gvernijiet ta' Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi nħatar Segretarju Ġenerali, minflok Clyde Puli. Jidher li Saliba qed jagħti lil Gonzi pariri dwar kif għandu jimxi fil-kriżi li ħakmet lill-PN bil-Grupp Parlamentari u anke l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jisfiduċjaw lil Delia f 'temp ta' ġimgħa. Dan apparti li fost dawk li taw sehemhom fl-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv li sfiduċjat lil Delia kien hemm ukoll l-eks PM u eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi li ppropona elezzjoni ġdida għat-tmexxija tal-partit. Fost dawk li qalu illi Delia għandu jitlaq din il-ġimgħa kien hemm Louis Galea, l-eks Deputat Nazzjonalista Richard Muscat, l-eks Deputat Philip Mifsud, l-eks Deputat u membru tal-Eżekuttiv Micheal Axiak li ressaq il-mozzjoni ta' fiduċja fl-Eżekuttiv kif ukoll l-eks membru tal-Eżekuttiv tal-PN Chris Scicluna. Ma' dawn, naturalment, jingħaqdu d-19-il Deputat u MEP li sfiduċjaw lil Delia, it-tmexxija tal-MŻPN u membri tal-Eżekuttiv li vvutaw kontrih. Jidher li Saliba qed ikun f 'kuntatt ħafna drabi ma' Delia fir-rigward ta' x'għandu u m'għandux jgħid waqt programmi u qed jikkomunika dirett mal-Kap Nazzjonalista bi it nies jafu bil-ħatra tiegħu bħala konsulent u n-natura ta' din il- konsulenza. Sorsi fid-Dar Ċentrali ikkonfermaw dan, għalkemm urew xettiċiżmu dwar kemm dawn il- pariri li qed jagħti qed iħallu frott. Din mhux l-ewwel darba li Saliba ntalab jagħti pariri għalkemm l-aħħar darba li kellem lill-Eżekuttiv tal-PN fl-2019 Saliba kien qal li m'hemmx ċans li l-PN jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss u sostna illi dan ma jistax iseħħ għax il-bażi ta' votanti Laburisti hija ferm ikbar u l-ġlied intern jagħmel is-sitwazzjoni agħar. Sorsi kienu qalu lill-gazzetta Maltatoday illi hu kien qal illi l-fatt li kien elett David Casa fl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew "hija xhieda tal-fatt li l-PN għandu bżonn jerġa' jibni kuntatt ma' dan is-settur ta' votanti li bagħatu messaġġ lit-tmexxija tal-PN billi vvutaw lil Casa." Ċarament dan il-parir ma kienx segwit jew inkella ma ħalliex il- frott b'Casa jkun wieħed mid-19- il Deputat Nazzjonalista li vvutaw kontra Delia. Min huwa Joe Saliba? Joe Saliba nħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fl-1998, fl-aqwa żminijiet tal- Partit Nazzjonalista u fis-sena illi fiha Gvern Laburista ta' 22 xahar u b'maġġoranza ta' it iktar minn 7,000 vot waqa' u tilef l-elezzjoni bi it aktar minn 13,000 vot. Saliba huwa meqjus bħala dak il-bniedem li mexxa b'suċċess il-kampanja politika ta' snin li kkulminat f 'referendum fl-2003, li kien talab lill-poplu jagħżel bejn dħul ta' Malta fl-UE appoġġjata mill-PN jew 'partnership' propost mill- Malta Labour Party. Ir-referendum intrebaħ mill-kamp tal-IVA bi it inqas minn 20,000 vot u elezzjoni sussegwenti intrebħet mill-ġdid mill-PN b'distakk ta' 12,000 vot fuq il-MLP. Saliba kien meqjus l-arkitett ta' dawn ir-rebħiet u allura wieħed mill-aqwa Segretarji Ġenerali li kellu l-PN. Minkejja dan ħafna jippuntaw is- swaba' lejh u jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tal-PN illum hija frott deċiżjonijiet li ħa hu, fosthom il-bini tad-Dar Ċentrali u self li ta Żaren Vassallo lill-Partit Nazzjonalista li kellhom jitħallsu lura - €250,000 b'kollox. Wara li telaq minn Segretarju Ġenerali Saliba kien offrut impjieg ma' kumpanija ta' Żaren Vassallo - emcare360 flimkien mal-eks Kap Eżekuttiv tal-Enemalta David Spiteri Gingell li kien impjegat f 'kumpanija oħra ta' dan id- donatur tal-PN. Saliba dejjem ċaħad li hu ħalla lill-PN mgħerreq fid-dejn u qal illi fl-2008 ħalla l-finanzi f 'sitwazzjoni tajba. Huwa qal illi meta telaq hu Media.Link u l-Eurotours kienu awto-suffiċjenti. Huwa kien qal illi l-għan kien li partijiet mid- Dar Ċentrali jkunu mikrija biex jipprovdu dħul għall-partit. Il-Partit Nazzjonalista akkumula dejn ta' madwar €34 miljun kienet żvelat il-gazzetta Maltatoday, bil-gazzetta ILLUM tiżvela kif dan id-dejn huwa maqsum fi tliet entitajiet u li €12- il miljun minnhom huwa dejn f 'bolla mhux imħallsa, kontijiet tad-dawl u l-ilma u VAT. Joe Saliba wara r-rebħa tal-PN fl-2008