Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Simpożju minn Wirt iż-Żejtun dwar il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina taż-Żejtun Minn kemm ilha mwaqqfa l-għaqda Wirt iż-Żejtun, kull sentejn, tieħu ħsieb torganizza simpożju, li t-tema tiegħu ikollha rabta maż-Żejtun jew il-kuntest tiegħu. F'kull simpożju li ġie organizzat s'issa saru kontribuzzjonijiet interessanti ħafna minn numru ta' akkademiċi, riċerkaturi u storiċi. Jekk ngħatu ħarsa lura lejn dawk li ġew organizzati s'issa, erbgħa b'kollox, l-ewwel wieħed li sar fl-2012 kien dwar il-Villa Rumana li nsibu fiż-Żejtun; it- tieni wieħed, li ħabat f 'għeluq l-400 sena mill-l-aħħar ħbit tat-Torok sar proprju dwar din il-ġrajja; it-tielet wieħed kien stedina biex wieħed jiskopri ix-xlokk ta' Malta, u għalhekk it-tema ħarset lejn dik li kienet il-Parroċċa ta' Santa Katarina, qabel ma' bdiet tinqasam f 'parroċċi ġodda li llum flimkien jiffurmaw ix-xlokk ta' Malta. L-aħħar simpożju li sar fl- 2018 kellu tema aktar ta' livell nazzjonali għaliex fih saru preżentazzjonijiet dwar il-villaġġ Malti. Dawn is-simpożja dejjem kellhom attendenza tajba ħafna u llum saru parti mill-kalendarju ta' attivitajiet ta' din l-għaqda. L-istess nistgħu ngħidu għall- pubblikazzjonijiet li jinħarġu wara kull simpożju. Dawn il- pubblikazzjonijiet jiġbru fihom ir-riċerka u preżentazzjonijiet li jkunu saru waqt l-istess simpożju, u saru għajn ta' informazzjoni importanti li qed twassal din l-għaqda. Din is-sena il-parroċċa ta' Santa Katerina taż-Żejtun qed tfakkar it-tlett mitt sena mit- tlestija u d-dedikazzjoni tal- knisja parrokkjali l-ġdida. Kien għalhekk li Wirt iż-Żejtun għażlet bħala tema l-bini tal- knisja parrokkjali l-ġdida għas- simpożju ta' din is-sena. Dan is-simpożju se jkun qed jinkludi seba' preżenazzjonijiet ta' riċerka minn akkademiċi, riċerkaturi u esperti ġejjin minn oqsma differenti. Is-Sinjorina Giulia Privitelli se tkun qed taqsam magħna dak li sabet f 'riċerka li għamlet fl-arkivji tal-Parroċċa ta' Santa Katarina, b'mod partikolari fil- Libri della Fabrica. Privitelli għamlet it-teżi tagħha fil- Baċellerat tal-Arti dwar din l-istess binja u mir-riċerka li għamlet iltaqgħet ma' numru ta' ismijiet fil-qasam tal- kostruzzjoni u l-arkitettura fis-seklu tmintax. Żgur li l-preżentazzjoni tagħha ser tqanqal interes. Tikkumplimenta din il-preżentazzjoni se tkun ir-riċerka tas-Sur Mevrick Spiteri li se jkun qed jifli r-rwoli differenti tal-ħaddiema f 'binja ta' dan it-tip, b'referenza diretta għal xi capi maestri li ħadmu fuq il-knisja taż-Żejtun. Il-Perit Hermann Bonnici se jkun qed jgħati ħarsa aktar wiesgħa lejn ix-xogħolijiet ta' Lorenzo Gafa', l-arkitett ewlieni li fassal l-ewwel disinn ta' din il-knisja, filwaqt li Dr Claude Busuttil se jkun qed jagħmel apprezzament kritiku tal- arkitettura tal-knisja taż-Żejtun. Il-Professur Frans Ciappara ser jgħati ħarsa lejn l-influwenza tal-Knisja fuq is-soċjeta' u l-komunita' f 'Malta Barokka. Dr Alexander Debono se jkun qed iwassal lil udjenza ix-xenarju kulturali taż-Żejtun lejn tmiem is-seklu sbgħatax permezz ta' xena impittra li għadu kemm skopra. Matul dawn l-aħħar xhur, bil-għajnuna tad-Direttorat tar-Restawr u l-Ministeru tal- Kultura u Gvern Lokali tlestew l-ewwel żewġ fażijiet ta' restawr fuq il-faċċati tal-ġnub tal-knisja parrokkjali u bħalissa għaddejin il-preparamenti biex jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq il-faċċata priniċipali u ż-żewġ kampnari. Ix-xogħol qed isir taħt is- superviżjoni tal-Perit Daphne Fenech u d-Direttur, il-Perit Norbert Gatt. Dawn se jkunu qed iwasslu preżentazzjoni dwar l-isfidi li ltaqagħu magħhom f 'dan il-proġett tant importanti li qed iħares lejn il-preservazzjoni ta' dan il-ġojjel arkitettoniku. Bħal ma' għamilna fis- simpożja preċedenti, dawn il- preżentazzjonijiet se jkunu qed jiġu ippublikati fi ktieb li joħroġ wara s-simpożju. Minħabba raġunijiet ta' dissiminazzjoni, il-ktieb se jkun miġbur bil- lingwa Ingliża, ma dan kollu, l-preżentazzjonijiet waqt is- simpożju ser isiru bil-lingwa Maltija. Jekk is-sitwazzjoni ta' saħħa tippermetti, is-simpożju ser ikunu qed isir nhar is-Sibt 17 ta' Ottubru fis-Sala Alexandra, is- sala parrokkjali, fuq il-Mużew tal-Arti u l-Istorja, biswit l-istess knisja parrokkjali taż-Żejtun. Min jixtieq li jżomm ruħu aġġornat dwar dan l-avveniment nistednuh isegwi l-paġna ta' Wirt iż-Żejtun fuq Facebook.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020