Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam magħna ħsibijietu dwar il-ġabra ta' poeżiji Bil- Boqxiex ta' Louis Briffa. Jiftaħ b il-paraguni li spiss isiru bejn il-kitba tal-poeżija u s-snajja', b'referenza għall- poeżija Il-Kelma Maltija ta' Anastasju Cuschieri u għal saġġ tal-poeta Amerikan Yusef Komunyakaa. Permezz ta' dan jinkwadra l-viżjoni poetika ta' Briffa f'dan il-kuntest, b'mod partikulari fil-mestier tal-mastrudaxxa. Filwaqt li f'din il-ġabra jinnota diversi merti letterarji, Saliba jqajjem ukoll għadd ta' kwistjonijiet li qajla nisimgħu bihom mingħand reċensuri oħra... Salini. Kien hemm min tkellem fuq il-metrika. Kważi lkoll, u bir-raġun kollu, irrimarkaw il- ħila rari ta' Briffa fit-tħaddim tal-ilsien Malti – fil-perspettiva suġġettiva tiegħi dan aktarx huwa l-ikbar preġju tal-poeżija ta' Briffa, għad li xorta ma nemminx li dan mhux bilfors jiġġustifika bis-sħiħ l-għażla tat-titli. Hu x'inhu, daqs sena ilu l-ġabra waslet sal-lista l-qasira tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb proprju bis-saħħa ta' dawn il- kwalitajiet. Mill-banda l-oħra, minkejja l-merti letterarji msemmija, dawn l-elementi kollha forsi qajla jikkonvinċu li Briffa tabilħaqq evolva mill-ewwel ġabra tiegħu Bil-Varloppa. Jidhirli li ż-żewġ ġabriet fil- biċċa l-kbira huma pjuttost simili, kemm fil-forma u kemm fis-sustanza. Forsi din tal-aħħar – mill-ġdid fis- suġġettività personali tiegħi – hija aktarx l-iktar element problematiku. F'bosta poeżiji f 'Bil-Boqxiex nerġħu naqraw dwar "l-eżilju ta' poeta / u t-toqob ta' martirju / li minnhom ma jfiq ħadd (Ritorn l-Għalija Hemm). Jiddispjaċini iżda l-iskop ta' din il-paġna qatt ma kien li jittenna dak li jkun diġà nkiteb qabel minn ħaddieħor. L-enfażi ultraromantika fuq l-artist ittorturat, fuq "il- kalvarju tas-sinċerità" – biex nieħu spunt minn intervista oħra ta' Briffa mal-ġurnal MaltaToday – mhix dejjem bilfors garanzija ta' kapolavur letterarju. Għaldaqstant ftit nifhem l-aspettattivi awtomatiċi li akkumpanjaw – almenu f 'ċerti ċrieki – il-pubblikazzjoni ta' din il-ġabra. Wisq inqas nifhem ir-reazzjonijiet isteriċi – uħud minnhom bilkemm jitwemmnu – li nnotajt wara t-tħabbir tar-rebbieħa tal-edizzjoni tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Nerġa' ntenni dak li ktibt bosta drabi: dan is-sens ta' intitolament awtomatiku jenħtieġ jinqata'. Forsi jkun jaqbel ukoll li l-artisti tagħna jsiru daqsxejn inqas martri, kemxejn iktar umli, daqsxejn iżjed kritiċi. Lura għas-saġġ ta' Yusef Komunyakaa, "is-sengħa tal- mastrudaxxa tħaddan fiha l-emozzjonali, iċ-ċelebrazzjoni, il-kontemplazzjoni, il-misteru, il-hemm". Fil-poeżija tiegħu Louis Briffa jseħħlu jħaddan dan kollu u iżjed, sew bil- varloppa u sew bil-boqxiex. Iżda s-saġġ ta' Komunyakaa jkompli jgħid illi l-poeżija hija "arti solitarja u kommunali, waħda li tittraxxendi ż-żmien u tissokta tgħix wara mewtna". Kienet tkun tabilħaqq ħasra kieku dan seta' jsir biss permezz ta' premju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020