Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Mara li ħadulha lil binha u li kellha l-Hepatitis ma tinstabx ħatja li ppruvat tinfetta pulizija meta gidmitu Omm bi problemi u sfidi ta' saħħa mentali li kienet gidmet uffiċjali tal-Pulizija wara li ma ridtx tgħaddi lit-tifel tagħha lis-Servizzi Soċjali ma nstabitx ħatja li ppruvat tinfetta lill- Pulizija bil-marda sesswali li kellha meta fil-fatt gidmitu. Hi kienet iżda mogħtija sentenza sospiża talli rreżistiet u heddet lil uffiċjal tal-pulizija. Il-Maġistrat Caroline Farrugia semgħet kif mara ta' 22 sena minn Birkirkara li kienet tgħix f 'xelter ta' nisa fi bżonn u li kellha bżonn l-assistenza soċjali kienet marret l-uffiċini tal-Appoġġ wara li kien irrevokat il-permess biex it-tarbija ta' it ġimgħat tagħha tkun tista' tibqa' taħt il-kustodja tagħha. Dan seħħ minħabba li ħajjet it-tarbija kienet ipperikolata meta l-omm kienet qed tipprova tgħaddi minn tieqa biha b'kollox, biex tipprova taħrab mix-xelter. L-omm imbuttat żewġ ħaddiema, bil-pulizija stazzjonati ħdejn il-binja tal-Appoġġ jidħlu jintervjenu. Tant kienet irrabjata li l-pulizija kellhom isejħu għal aktar pulizija hekk kif bdiet tattakka lil kull min beda jersaq lejha b'twerżiq, theddid u kliem ħażin. F'punt minnhom gidmet uffiċjal tal-pulizija f 'idejh hekk kif prova jwaqqaa milli tattkka lill- ħaddiema. Xħin kienet mal-art żewġ uffiċjali ressqu lejha iżda hi gidmet lil wieħed fil-pexxun. Dan dam għaddej sakemm fl- aħħar il-pulizija niżżlu lill-mara mal-art u ddaħħlet fil-karozza tal-pulizija. Hawnhekk hija kompliet tkun vjolenti filwaqt li allegatament għamlet ħsara lill- karozza. Ilbieraħ fix-xhieda irriżulta li hija kienet fuq probation wara li kienet għamlet l-istess lil uffiċjal ieħor tal-pulizija fil-passat li kien qed jakkumpanjaha f 'viżta l-isptar fejn irriżulta li kienet pożittivia għall-Hepatitis C. Fil-ġudizzju tagħha l-Qorti qalet li huwa vera illi qabel kien ppruvat li l-mara kellha din il-marda sesswali għalkemm il-pulizija li għamlu t-testijiet wara dan l-attakk fl-uffiċini tal- Appoġġ, rriżulta li ma kellhomx dan il-virus. Fl-istess ħin ma sarux testijiet fuq il-mara biex issir konferma u allura l-Qorti ma kellhiex quddiema l-istat ta' saħħa tal-akkużata. Għalhekk waqqgħet din l-akkuża minħabba nuqqas ta' evidenza. Hi kienet misjuba ħatja iżda li rreżistiet l-arrest, heddet uffiċjal pubbliku u weġġgħet ħafif lil uffiċjal ieħor. Hija kienet akkużata wkoll illi kisret l-ordni ta' probation imma ma nstabitx ħatja ta' reċidiviżmu hekk kif is-sentenza ta' qabel ma kinitx tispeċifika n-numru tal-karta tal- identità tagħha. Il-ħsara fuq il- karozza tal-pulizija ma setgħetx tiġi pprovata lanqas. Il-Qorti ħadet konjizzjoni tar- rekord kriminali tagħha li wera' reati simili filwaqt li rriżulta illi l-mara kienet mwissija biex tieħu ħsieb l-isfida ta' rabja. Il-Maġistrat Farrugia Frendo tat sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi u multa ta' €5,000. L-ispettur Elliott Magro mexxa il-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Json Azzopardi deheru bħala difiża. Espressjoni ta' Interess L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jistieden partijiet interessati sabiex jisotomettu offerti għal: Valwazzjoni ta' Proprjetà Immobbli Dokumenti relatati ma' din l-Espressjoni ta' Interess jistgħu jitniżżlu minn www.assetrecovery.gov.mt Il-partijiet interessati ghandhom jissottomettu l-proposta tagħhom flimkien ma´ kull dokumentazzjoni rilevanti kif indikat fl- Espressjonii ta' Interess, fuq finadmin.arb@gov.mt sa mhux aktar tard mill- Ġimgħa 31 ta' Lulju f'nofsinhar. Mara ta' 22 sena minn Birkirkara kienet attakkat lil uffiċjal tal-pulizija f'dagħdigħa, wara li l-Appoġġ ħadu lil bintha. Tinstab ħatja li rreżisitiet u attakkat membru tal-Korp

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020