Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
22 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum L-elitisti u n-Nazzjonalisti tat-tielet klassi Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba M atul dawn l-aħħar ġimgħat l-attenzjo- ni reġgħet waqgħet fuq tal-Pieta' fejn għal darb'oħra rajna l-għawġ intern tal-Partit Nazzjonalista jerġa' jiggrava u jintensifieka bil-fazzjoni anti-Delia jirnexx- ielha tisfiduċja lill-Kap Nazz- jonalista tliet darbiet konsekut- tivi u b'riżultat t'hekk il-qasma li teżisti bejn il-partitarji ta' Delia u dawk li ġejjin mill-fazz- joni tal-ex kap Simon Busuttil kompliet tiżviluppa aktar. Jekk kien għad hemm min kellu xi dubju, din hija l-prova reġina ta' kemm il-Partit Nazzjonalista huwa mfarrak, bla direzzjoni, fallut f 'kull sens u m'għadx baqalu kredibilita' politika li l-elettorat jista' qatt jerġa' jafdah bit-tmexxija tal- pajjiż. Jekk wieħed iħares ftit lura lejn dawn l-aħħar snin jinduna sew li dan ma ġarax ħabta u sabta, u kontra ta' dak li wħud qegħdin jipprovaw jgħidu, dan il-falliment ma jistax jiġi attribwit biss lil Delia. Huwa fatt magħruf li l-Partit Nazzjonalista tkisser bl-arroganza u l-klassiżmu li dejjem ħaddan, u minkejja li f 'dawn l-aħħar snin saru "sforzi" għal għajn in-nies, xejn ma jista' jaħbi dawn id-difetti mostrużi. Sempliċiment wieħed iħares lejn il-modus operandi tal- Partit u aktar u aktar lejn il-mod li bih jimxu ma' xulxin internament biex jifhem kemm huwa impossibbli li l-elettorat jista' xi darba jħossu li l-Partit Nazzjonalista huwa d-dar naturali tiegħu; fi kliem ieħor, lil hinn mill-partiġġjaniżmu u jekk wieħed juża lenti oġġettiva, faċli jikkonkludi li saret kważi impossibbli li votant ġenwin qatt xi darba jħares lejn il- Partit Nazzjonalista bħala forza politika li tista' tirrappreżentah b'mod effettiv. Bla ma nidħol fil-mertu ta' kemm Adrian Delia huwa politiku denju, għaliex ċertament li għandu dellijiet u bosta mistoqsijiet li għadhom jiġru warajh, nixtieq nagħti ħarsa lejn l-istampa aktar wiesgħa ta' dan ix-xenarju politiku attwali. Ta' kuljum għadna naqraw bosta kummenti diviżivi minn dawk li huma Nazzjonalisti għaliex mingħalihom li huma s-salvaturi jew li huma xi grazzja mibgħuta mis-sema, bħal ngħidu aħna Andrew Borg Cardona u Godfrey Leone Ganado, fejn per eżempju sa' din il-ġimgħa stess, bla skruplu ta' xejn, Borg Cardona qal pubblikament li dawk li jappoġġjaw lil Delia huma Nazzjonalisti tat-tielet klassi. Pero' din l-attitudni mhux sempliċiment waħda li tieqaf mal-kliem... huwa fatt li din hija attitudni sintomatika mal- esseru tal-Partit Nazzjonalista u li bil-fatti rajniha tiżviluppa quddiem għajnejna gwerra ċivili li qed tfittex biss li taqta' l-irjus ta' dawk li ma jaqblux ma' din il-fazzjoni tradizzjonali tal- establishment. Biżżejjed wieħed iħares lejn il-kuntrast li jinħoloq bejn ix-xenarju attwali u dak li kellu quddiemu fl-aħħar jiem tiegħu l-Gvern Nazzjonalista ta' GonziPN. Sempliċi dikkjarazzjoni ta' Delia fuq il-possibilta' li tittieħed azzjoni interna mill- Partit kontra dawk il-membri ribelli li sfiduċjawh ġabet magħha l-qawmien mill-ġdid tal-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi li kien pront jiddikjara li ma jaqbilx li dawn il-membri għandhom ikunu kkastigati. Għal dawk li forsi għandhom il-memorja qasira, ta' min wieħed ifakkar il-mod li bih kien irreaġixxa l-istess Gonzi u l-Partit Nazzjonalista meta kienu affaċċjati bir- ribelljoni ta' Franco Debono, Jesmond Mugliett u Jeffrey Pullicino Orlando li spiċċaw ġew imwarrba, imkeċċija u saħansitra ipprojbiti milli jikkontestaw elezzjonijiet mal- Partit. Bla ma trid, meta terġa' tiftakar f 'dawk l-aħħar jiem tal- Gvern Nazzjonalista u kif ġew ikkastigati dawn it-tliet membri tiegħu, tistaqsi kif Gonzi jista' jasal jagħmel dikkjarazzjoni ta' dik ix-xorta. Meta tikkunsidra kollox, dak li għamlu Debono, Mugliett u Pullicino Orlando lanqas jibda ma' dak li għamlu dawn id-dsatax -il "eroj blu" li qed jipprovaw itajru lil Delia minn kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit u li ġabu magħhom kriżi Kostituzzjonali bla preċedent. Min jaf b'liema mod kienu jkunu kkastigati allura kieku dak iż-żmien Gonzi kien qed jipprova jkun sfiduċjat hu personalment. Bla dubju ta' xejn l-elitiżmu, il-klassiżmu u d-doppia faccia ta' dawk li jpinġu lilhom infushom bħala l-qalba tal- Partit Nazzjonalista għadhom elementi b'saħħithom ħafna. Wieħed kien jittama li dawn il-karatteristiċi arkajki li sawwru lill-Partit Nazzjonalista maż-żmien mietu mal-waqgħa ta' GonziPN u mal-falliment diżastruż li ġab miegħu Simon Busuttil li kompla biegħed aktar lill-elettorat bil-politika antikwata li prova jħaddem. In-nies tkellmet ċar f 'kull appuntament elettorali li kellna f 'dawn l-aħħar tnax il-sena – m'għadx hawn post għal dik il-politika u għal politikanti antikwati li moħħhom biss biex jippreżentaw irwieħhom u jkissru lil kull min ma jaqbilx magħhom, bħal ngħidu aħna l-ex Ministru Louis Galea li llum għal ġieħna qiegħed jerġa' jipprova jidħol fix-xena, din id-darba bħala s-suppost riformatur tal-Partit. Ara qattx bniedem li ġie saħansitra mwarrab fl-aħħar elezzjoni li kkontesta jista' jirriforma l-Partit meta hu stess kien wieħed minn dawk li kissruh u ġabuh fl-istat miskin li jinsab fih illum. Sfortunatament jidher li s-sitwazzjoni fuq dik in-naħa tal-Kamra tad-Deputati għadha kif kienet, jekk mhux agħar, milli ħalliha fl-aħħar nifsijiet tiegħu il-Gvern ta' Gonzi mżejjen b'nies bħal Austin Gatt u l-bella kumpanija. Il- forzi konservattivi u elitisti reġgħu għal darb'oħra qed jgħollu rashom u dan żgur li ma jawgura xejn tajjeb għad- demokrazija Maltija. Wieħed jittama li jara nifs ġdid li jagħti lill-pajjiżna Oppożizzjoni li tixraqlu f 'ġieħ il-ġid komuni.