Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum Pjan għar-riġenerazzjoni tal-eks lukanda Jerma Palace f'Marsaskala L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat Development Brief fuq is-sit fejn hemm mibnija dik li kienet il-Jerma Palace Hotel u l-inħawi immedjati tagħha f 'Marsaskala (Wied il- Għajn). Il-Brief qed jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika bl-iskop li jipprovdi qafas tal- ippjanar għal kull żvilupp komprensiv li jista' jsir fuq dan is-sit. Dan il-Brief juri tnaqqis konsiderevoli fid-densità ġenerali tal-iżvilupp permissibbli, sa massimu ta' 65,000 metru kwadru. Dan it- tnaqqis sar wara li l-Awtorità evalwat ir-rappreżentazzjonijiet sottomessi matul il-fażi inizjali tal-konsultazzjoni pubblika. Id-densità ġenerali tal-iżvilupp oriġinarjament proposta kienet tilħaq sa massimu ta' 100,000 metru kwadru. L-Assistent Direttur għall- Formulazzjoni tal-Policies fi ħdan l-Awtorità, l-Perit Joseph Scalpello qal, "Il-brief propost qed ifittex soluzzjoni komprensiva tal-ippjanar f 'żoni kostali urbana li jeħtieġu riġenerazzjoni. Għalkemm matul l-aħħar għexieren ta' snin, il-lokalità ta' Marsaskala esperjenzat tkabbir konsiderevoli fil-poplazzjoni, industrija tal- lukandi u tal-akkomodazzjoni f 'Marsaskala naqqas ħafna fejn din il-lokalità ma tibbenefikax mis-settur tat-turiżmu." Huwa żied, "b' konformità mal-pjan lokali għal din iż-żona, dan il- brief propost ifittex li jappoġġja r-riġenerazzjoni ta' dan is-sit f ' Marsaskala għall-żvilupp ta' turiżmu ta' kwalità għolja." Iż-żona tas-sit li tifforma parti minn dan il-Brief propost ġiet maqsuma f 'erba' żoni distinti. Iż- Żona A li tkopri l-biċċa l-kbira taż-żona tas-sit li fuqha nbniet il-lukanda Jerma Palace fil-bidu tas-snin 80, tirrappreżenta 33% tas-sit ġenerali. Fi ħdan din iż- żona, it-taħlita u l-iskala ta' użi se jkunu mqassma għal skopijiet ta' akkomodazzjoni turistika (33,000 sqm), residenzjali (26,000sqm), faċilitajiet ta' ikel u xorb (4,200mp) u retail (1,800mp). Id-disinn ta' kwalità għolja għandu joħloq serje ta' blokki ta' bini impoġġija fuq podju li jħaddan iċ-ċentru kif ukoll jkun mdawwar bi spazji miuħa għall-pubbliku. Dan għandu jippermetti l-permeabilità u l-aċċess tal-pubbliku ġewwa u madwar is-sit filwaqt li jerġa' jintroduċi r-rabta viżwali bejn it-torri storiku ta' San Tumas u l-baħar. L-aċċess pubbliku minn gewwa s-sit lejn il-kosta għandu jiġi pprovdut permezz ta' toroq pubbliċi adegwati. Bini li ma jaqbiżx it-32m fuq il-livell tal-baħar jista' jiġi kkunsidrat. Hawnhekk, il-brief jinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta' Infrastruttura Ekoloġika fid- disinn ġenerali tal-proġett biex tinkiseb sostenibbiltà ambjentali. Ix-xatt li huwa allokat bħala Żona B (35%) għandu jibqa' fl- istat naturali tiegħu mingħajr żvilupp ta' xejn u mingħajr inibizzjoni biex il-pubbliku jaċċessa l-bqija taż-żona tal- kosta li tinsab 'l barra minn din iż-żona. Iż-Żona Ċ tkopri t-Torri ta' San Tumas li huwa skedat bħala Grad 1. Din iż-żona tammonta għal 26% taż-żona. Il-brief jitlob għar-restawr tat-torri, sabiex fil-futur jiġi mgawdi mill- pubbliku; u r-riabilitazzjoni tal-foss u l-pjanura ta' quddiem il-foss. Il-pjanura ta' quddiem il-foss għandha tiġi riabilitata u jsir aċċessibbli għall-pubbliku. L-ispejjeż ser jkunu koperti mill- Planning gain li qed tiġi imposta fil-brief. Iż-Żona D tkopri t-toroq pubbliċi, li għandhom jiżguraw l-aċċess għall-propjetà privata 'l barra miż-żona tal-brief. Id-Development Brief propost flimkien mal-mapep rispettivi jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Ir- rappreżentazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku: smlp_consultation@pa.org.mt Is-sottomissjonijiet dwar dan id-Development Brief għandhom jaslu għand l-Awtorità sad-29 ta' Lulju 2020.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020