Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 L-AKBAR VANTAĠĠI U ŻVANTAĠĠI TA' BERNARD METSOLA: MARA, KOMPETENTI IMMA "TA' SIMON" IL-VANTAĠĠI U L-IŻVANTAĠĠI LI JIBQA' DELIA L-akbar vantaġġi ta' Bernard Grech huma li qatt ma ħa pożizzjoni jew tkellem kontra Adrian Delia - u għax mhuwiex fl-istrutturi tal-partit qatt ma vvota biex jitneħħa. It-tieni vantaġġ huwa li mill-ftit li nafu huwa politiku nadif u onest, filwaqt li xorta għandu kapaċitajiet komunikattivi ta' politiku ta' esperjenza. Huwa bniedem minn nofsinhar tal-pajjiż - meqjus tan-nies, fil-fatt ilu ftit ġimgħat iżur il-każini. L-akbar żvantaġġ tiegħu huwa li huwa ġdid għall-istrutturi tal-partit, eżatt kif kien Delia. Wara din l-esperjenza jista' jkun li dawk li ma jridux li jibqa' Delia isibuha diffiċli jerġgħu jivvotaw lil xi ħadd li mhux qiegħed fl-istrutturi tal-partit. Metsola hija meqjusa politiku kompetenti f 'xogħolha fi Brussell u għal ħafna votanti Nazzjonalisiti - qed ngħidu medja ta' 35,000 hawnhekk - iħossu li qed tagħmel biċċa xogħol tajba bħala MEP. Metsola tista' tkun dak li Miriam Dalli kienet se tkun għall-Partit Laburista - l-ewwel Kap mara. Dan minnu nnifsu huwa pożittiv għalkemm naturalment l-ġeneru waħdu ma jfisser xejn jekk persuna ma tkunx kompetenti. L-akbar żvantaġġ għaliha hija li vvutat u tat sehem attiv biex Delia ma jibqax Kap Nazzjonalista u ilha meqjusa persuna "ta' Simon". Diversi jarawha wkoll tal-istess qatgħa u allura ftit jemmnu li tista' tagħmel dawk il-kisbiet elettorali li l-partit għandu bżonn. Il-vantaġġi li jibqa' Delia hija li nukkleu ta' votanti li jippreferu lilu ma jintilfux mill-partit u allura ċ-ċans huwa li l-emoraġija ma tiggravax. Vantaġġ ieħor huwa li l-partit ma jkollux kap li xhur wara - jista' jkun biss ftit xhur - ikollu jiffaċċja elezzjoni meta jkun għadu qed isib saqajh jew issib saqajha. L-iżvantaġġi li jibqa' huma: L-ewwel u qabel kollox dak li jaf xi ħadd - mhux il-pubbliku - li għad irid joħroġ fir-rigward ta' messaġġi bejn Delia u Yorgen Fenech, li dwarhom Delia qal li "ma nistax insibhom". It-tieni nett minħabba żjajjar li seta' għamel għand Fenech u finalment l-inkjesta maġisterjali u żewġ investigazzjonijiet tal-pulizija li jirrigwardaw lilu: Waħda dwar akkużi ta' ħasil ta' flus u oħra dwar allegati flus li għaddew mingħand Yorgen Fenech għal għand Delia, biex ma jkunx elett David Casa. Dan kollu jista' jkun aħbar li għad trid toħroġ minn issa sa elezzjoni ġenerali jew saħansitra qabel l-elezzjoni ġenerali, riċetta ċerta għal telfa ħafna akbar. Dan apparti li jekk jibqa' hu Kap tal-PN il- probabbilità hija li aktar nies ikomplu jitbiegħdu mill-partit - kif ilu jiġri dawn l-aħħar 10 snin, b'ħeffa akbar f'dawn l-aħħar tliet snin. Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Soċjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett Għall-Proġett "ESF 04.0084 - Reform in the public health system to maximise efficiency gains and enhance governance" Aktar dettalji dwar din il-pożizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal- Gvern ippubblikata fil-24 ta' Lulju, 2020. Persuni nteressati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni, flimkien ma' Curriculum Vitae dettaljat li juri l-kwalifiki u l-esperjenza, sa mhux aktar tard minn 13.30 (Ħin Ċentrali Ewropew) ta' nhar il- Ġimgħa, 7 ta' Awwistu, 2020. Delia li jemmen li għad għandu appoġġ qawwi fost it-tesserati, biżżejjed biex jirbaħ. Għalkemm is-sondaġġi jmeruh dan - bl-aħħar wieħed jurih fdat fost in-Nazzjonalisti li vvutaw PN fl-2017 daqs erese Comodini Cachia - wieħed ma jistax jinnega li l-Kap kurrenti għad għandu saħħa u appoġġ fil-partit, speċjalment fl-għeruq u anke fost il-kunsilliera. Delia mexxa lill-PN fi tliet snin pjuttost turbolenti bl-aħħar ġimgħat il-partit jispiċċa fi gwerra assoluta u qasma. 49% ta' dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni ġenerali m'għandhomx fiduċja f 'Adrian Delia, skont l-aħħar sondaġġ tal- Maltatoday (u lanqas f 'Robert Abela) Oħrajn li huma intertessanti Hemm oħrajn li qed jissemmew u jista' jkun li jerġgħu jitfgħu isimhom għal din il-kariga. Fost dawn hemm erese Comodini Cachia, il-magħżula tad-Deputati ribelli għal Kap tal-Oppożizjoni - li jidher minn dak li sorsi qalu lil din il-gazzetta f 'dawn l-aħħar jiem ma tantx hija popolari ħafna mal-għeruq. Jidher li hemm appoġġ iżda fost il-kunsilliera. Sorsi semmew ukoll lil Mark Anthony Sammut u anke - mill- ġdid lil Alex Perici Calascione. Sammut għandu popolarità li ġejja minn fost dawk ta' kontra Delia u Perici Calascione huwa meqjus għażla nieqsa mill- eċitament pero' waħda sobrija u serja. Minkejja dan kontrih hemm il-fatt li diġa' kkontesta fl- 2017 u ma marx tajjeb. Sorsi fil-PN li huma kontra Delia qaluna: "Aktar kemm ikun hemm kandidati, aktar aħjar ħalli iktar ikun hemm għażla minflok Delia." nies għal kariga ta' Kap aktar aħjar'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020