Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Qed jiżdiedu l-għonja, qed jiżgħedu l-foqra Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth H ekk wera l-aħħar rapport tal-OXFAM li ħareġ qabel il-Forum Ekonomiku Dinji li jsir kull sena fil-belt ta' Davos, fl-Isvizzera. Ir-rapport wera li fid-dinja tagħna hawn 2,153 persuna li għandhom iżjed milli għandhom 4.6 eluf ta' miljuni rġiel u nisa. Min-naħa l-oħra hawn 3.8 eluf ta' miljuni li għandhom inqas minn 1% tal-ġid kollu li hawn fid-dinja. Fid-dinja tagħna jeżistu 22 nababbi , jiġifieri nies għandhom ġid bla tarf, l-iżjed nies għonja tad-dinja li għandhom iżjed milli għandhom in-nisa kollha ta' l-Afrika lkoll f 'daqqa. Min-naħa l-oħra huwa stmat 10 elef miljuni ta' dollari l-valur tax- xogħol mhux imħallas li jagħmlu n-nisa fit-trobbija tat-tfal u fil-kura tax-xjuħ tagħhom. U l-OXFAM ITALJA tikkalkula li 30% taz-zgħazagħ li qed jaħdmu fl-Italja jaqilgħu inqas minn 800 euro fix-xahar. L-Art ta' l-Inegwaljanzi Il-Forum li jsir f 'Davos twieled fl-1971u jagħti kull sena ħarsa lejn ix-xena globali tad-dinja minn sena għal oħra. U r-Rapport ta' Oxfam jagħti ħarsa fit-tul u fil-fond lejn l-inegwaljanzi soċjali u ekonomiċi u jisħaq fuq l-effett ta' l-inġustizzji li jsofru l-faxex l-iżjed vulnerabbli tal-popolazzjoni, li huma n-nisa u ż-żgħażagħ. Skond Elisa Bacciotti, direttriċi tal-kampanija li tagħmel kull sena Oxfam Italja, il-mudell ekonomiku Taljan jinkludi l-qasam tat-trobbija tat-tfal u tal-kura tax-xjuħ li jew mhux imħallsa jew imħallsa bi it. Intant dax-xogħol huwa iddestinat li jiżdied għax il-perċentwali tax- xjuħ qed jikber. Sa l-2030 ix-xjuħ li jeħtieġu għajnuna se jkunu waslu għal elfejn miljun- 200 miljun iżjed mis-sena 2015. Sabina Siniscalehi, President ta' Oxfam Italia tgħid li fil-livell globali n-nisa jaslu sa 12.5 eluf ta' miljuni ta' sigħat mhux imħalsa, għax 42% tan-nisa ma jistgħux jaħdmu għax għandhom xjuħ u tfal u persuni b'diżabilita x'jieħdu ħsieb. Mudell Mhux Jiffunzjona Min jaqra r-rapport ta' Oxfam jasal għal konklużjoni waħda- il- mudell tagħna ta' żvilupp mhux jiffunzjona sew għax qed iħalli lura nofs il-popolazzjoni umana u qed jikkundanna partijiet tad-dinja u faxex l-iżjed dgħajfa tad-dinja, l-iżjed iż-żgħażagħ u n-nisa. U waħda mill-problemi li jidhru fir- Rapport ta' Oxfam hija l-abbandun skolastiku li jixhed l-isfiduċja taż-żgħażagħ fil-fatt li t-tagħlim jgħinhom biex jiksbu ħajja aħjar għax l-iskola suppost tfisser tama fil-ġejjieni. Biex nerġa nikkwota lil Sabina Siniscalchi, din tgħid li "l-ġid in ġenerali qed jiżdied iżda huwa ikkonċentrat għand it idejn. Għalheklk il-faqar mhux jonqos. U d-differenzi għadhom hemm. L-akbar inġustizzja tad- dinja tagħna hija d-diżugwaljanza. Oxfam ilha s-snin tgħid dan fir- rapporti tagħha" Diskriminazzjoni U tissokta tgħid li fost il-foqra hemm in-nisa u r-rapport tal-2019 huwa iddedikat lilhom. Ix-xogħol ta' kura li tliet kwarti minnu jsir minnhom għax iħalli effett kbir fuq il-familja, la huwa mħallas u lanqas magħruf. Għalhekk la għandhom importanza fl- ekonomija u lanqas fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fis-soċjeta mhumiex importanti. U n-nisa qed isofru diskriminazzjoni. Ir-rapport tal- Oxfam isemmi fatti li jġagħlu lil min jaħseb u jitħasseb. Fil-livell globali n-nisa jgħaddu 12.5 eluf ta' miljuni ta' sigħat f 'xogħol ta' kura mhux imħallas kull jum, li huwa sehem fl-ekonomija globali li jiswa għallinqas 10.8 triljuni ta' dollari kull sena, tliet darbiet iżjed mill- valur tas-suq globali ta' prodotti u servizzi teknloġiċi. Huma biss 6% ta' l-irġiel li jinsabu fl—stess sitwazzjoni tan-nisa. Ir-rapport Oxfam jagħti ritratt tad-diżugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u skond Elisa Bacciotti it huma l-gvernijiet li qed jaħsbu biex isibu r-riżorsi li bihom jeħilsu lin-nisa mix-xogħol tal-kura billi joħolqu servizzi pubbliċi li jidħlu f 'dan il-qasam. Mhux għalxejn ir-rapport tal 2019 ingħata bħala isem L-Art tad- Disigwaljanzi Dun Anġ Seychell il-mudell tagħna ta' żvilupp mhux jiffunzjona sew għax qed iħalli lura nofs il- popolazzjoni umana u qed jikkundanna partijiet tad-dinja u faxex l-iżjed dgħajfa tad-dinja, l-iżjed iż-żgħażagħ u n-nisa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020