Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143
16 letteratura IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-kotba li qed jistennewk taqrahom Ftit tal-jiem ilu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippubblika l-lista sħiħa tal- finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020. Il-Premju għandu valur sinjifikanti għall-qasam tal-kotba u l-industrija tal-pubblikazzjoni f 'Malta għax ta' kull sena jkun jinkludi wħud mill-aqwa kotba ppubblilkati s-sena ta' qabel. Il-Premju għandu valur sinjifikanti għall-qasam tal-kotba u l-industrija tal-pubblikazzjoni f'Malta Il-kategorija li l-aktar tqanqal interess dejjem tkun dik tar- rumanzi. Minn numru sostanzjali ta' sottomissjonijiet l-aġġudikanti mexxew erba' rumanzi għall-fażi finali. Echoes - Distant Voices, Distant Lives huwa rumanz ieħor tal-kittieba veterana Lou Drofenik, li rebħet il-Premju Nazzjonali tal- Ktieb bosta drabi oħra fil-passat. Minn xogħol kittieba veterana mmorru għal-O.B.E. li huwa r-rumanz debuttanti tal-adulti ta' Rita Saliba magħrufa l-aktar sa issa għall-istejjer qosra. Papa Aħmed ċertament huwa titlu li ħafna jaqrawh darbtejn, u Joe Pace jippreżentalna thriller li jwassal dritt mill-konklavi sat- toroq ta' Ġerusalemm. B'Il-Wiċċ l-Ieħor Ġorġ Peresso jittanta xortih mal-istil minimalista tar- rumanz - inqas kliem u aktar spazju għall-qarrej - fi vjaġġ senswali li kif tgħid il-qoxra tal-ktieb huwa "mikxuf beraħ". Diffiċli tifred il-kitba fittizja mil-impenn politiku fiż-żewġ kotba finalisti fil- kategorija tan-novelli L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud u Għall-Glorja tal-Patrija! ta' Aleks Farrugia. L-istejjer fil-ktieb Ħal Maqtugħ ta' John Spiteri Gingell ukoll jitfgħu lill-poplu Malti taħt il-lenti, madankollu l-awtur jislet mill-istejjer mistoqsijiet universali u għalhekk mhuwiex strettament marbut mat-temi lokali politiċi li żgur influwenzaw il-kitba ta' dawn il-ġabriet ta' novelli. "Jien ħaġa moħġaġa imma m'intix se taqta' min jien, ninbidel skont minn fejn tħares lejja" hija l-istedina li l-qarrej se jsib fuq il- qoxra tal-ktieb ta' Loranne Vella mill-bieb 'il ġewwa, ġabra ta' stejjer li tistieden lill-qarrej iħares 'il ġewwa għax se jbexxqulu l-bieb biex mit-tarġa ta' barra jnemmes fir-realtajiet sigrieti tal-karattri fil-ktieb. Il-qalba ta' kull storja hi din - dak li nagħmlu jaħbi u fl-istess waqt jikxef min aħna. Wara numru ta' snin jirritorna b'ġabra ġdida ta' novelli Walid Nabhan, li seraq ix-xena letterarja lokali bir-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji fl-2013 iżda li kien ilu mis-snin ta' qabel iħabbat b'ċerta insistenza bin- novelli tiegħu. Il-premju għall-poeżija nqasam għall-ewwel darba minn dis-sena f 'żewġ kategoriji distinti: bil-Malti u bl-Ingliż. Il-lista ta' finalisti taż- żewġ kategoriji hija mimlija b'ilħna poetiċi ġodda. Mario Cardona (Fuq kaxxa tal-birra rasha 'l isfel), Andrew Debono Cauchi (ħlief memorji u dellijiet), Elizabeth Grech (bejn baħar u baħar) u John Aquilina (it-tieni ġabra tiegħu Tluq) huma l-ismijiet li flimkien ma' Immanuel Mifsud (Madwar Sagħtejn u Nofs 'il Bogħod mill-Ġenna) jiffurmaw il-kategorija tal-poeżija bil-Malti. Għall-poeżija bl-Ingliż hemm ktieb wieħed finalist, Lethe taż-żagħżugħa Louise Vella, li fih wieħed isib anki poeżiji bil-Malti u l-Franċiż. Poeti żgħażagħ u ġodda mal- finalisti. Sorpriża fil-kategorija tad-drama. Kien ilu erba' snin ma dil- kategorija jkun fiha finalisti, tneħħi ktieb fl-2018, iżda did-darba hemm tliet kotba fil-kategorija tad- drama bil-Malti u bl-Ingliż. Narcy Calamatta flimkien ma' Iggy Fenech, Simone Spiteri u Mario Philip Azzopardi huma d-drammaturgi finalisti f 'dil-kategorija. Mill-banda l-oħra fil-kategorija tat-traduzzjoni hemm ktieb finalist Mix-Xaqliba ta' Dar Swann: Imħabba ta' Swann tat- traduttur veteran u rebbieħ darbtejn tal-kategorija Paul Zahra. Meta s-sena l-oħra żdiedet l-kategorija ġdida tal-letteratura mhux fittizja kien hemm stennija għat-tip ta' kotba li issa setgħu jibdew jikkompetu fiha. Dis-sena mhux inqas u l-kotba finalisti jixhdu d-diversità ta' suġġetti li