Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 għalxejn fix-xemx ... agħtu kashom' jniżżel ukoll l-App. Dan is-sit jagħti informazzjoni lill-għawwiema dwar is-sitwazzjoni fil-bajjiet u jkun aġġornat konwinwament, skont it-temp, dwar liema bajjiet huma rrakkomandati għall-għawm u liema le. 'Il-lifeguards mhux qiegħdin fix-xemx għalxejn' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Paul Parnis mill-ERRC li wkoll appella lill-għawwiema biex isegwu l-istruzzjonijiet tal-lifeguards. "Il-lifeguards mhux qiegħdin fix-xemx għalxejn. Isimgħu mill- istruzzjonijiet tagħhom," insista Parnis. Fakkar li apparti l-bnadar dwar is-sitwazzjoni tal-baħar (ara aktar 'il quddiem) fuq dawk il- bajjiet li huma siguri biex wieħed jgħum fihom, għax ikun hemm il-lifeguards, ikun hemm bandiera ħamra u safra u għalhekk li tajjeb li wieħed ifittixha qabel jagħżel il- bajja. Taqbiżx minn fuq l-irdum jekk sejjer Kemmuna Hawnhekk tkellimna fuq Kemmuna. Forsi għax din is-sena ma tantx hawn turisti, ħafna Maltin qed jerħulha lejn Kemmuna biex iqattgħu ġurnata fil-baħar meravilja tagħha. Spjega kif sena wara l-oħra jibqgħu jiltaqgħu ma' diversi każi ta' għawwiema li jweġġgħu, partikolarment daharhom għax jaqbżu minn fuq l-irdumijiet. "Hemm elf tabella li jwissu lill- għawwiema biex ma jaqbżux," insista. "Tajjeb li nagħtu kashom." Tħallix il-baħar ċar iqarraq bik ... fi Blue Lagoon attent mill- kurrenti Semma wkoll il-bajja meravilja ta' Blue lagoon. "Il-baħar huwa ċar ħafna. Huwa sabiħ. Imma jista' jittradik. Blue lagoon hija l-aktar bajja f 'Malta maħkuma minn kurrenti," insista Parnis. Spjega kif dan iseħħ għax il- bajja tinsab bejn Kemmuna u Kemmunett. "Il-baħar miuħ f 'daqqa waħda jrid jgħaddi minn qisu lembut, minn post ristrett ħafna u għalhekk jinħolqu ħafna kurrenti. Il-problema hi li l-kurrenti fi Blue Lagoon mhux prevedibbli. Bħalissa jista' ma jkunx hemm kurrenti iżda sa siegħa wara l-kurrenti jkunu qawwija mmens. Fil-fatt rari mmens ikun hemm bandiera ħadra," insista Paul Parnis. Appella biex persuna li tkun qed tgħum u tinqabad f 'kurrent, qatt ma tipprova tgħum kontrih iżda jew tgħum favur il-kurrent jew inkella tipprova taqsmu. Fejn tgħasses l-ERRC? B'kollox, l-ERRC għandha tim ta' 60 persuna. Kuljum ikun hemm madwar 28 persuna fuq il-bajjiet u dan apparti voluntiera oħra li jaħdmu fiċ-ċentru tal-ERRC biex jikkordinaw il-ħidma u anke l-voluntiera fuq iż-żewġ ambulanzi u l-jetskis li jintużaw f 'każijiet ta' salvataġġ. Il-bajjiet li l-ERRC jgħassu f 'Għawdex huma r-Ramla l-Ħamra, il-Bajja ta' Marsalforn, il-Bajja tax- Xlendi, Ħondoq ir-Rummien u Mġarr ix-Xini. F'każ li persuna tilmaħ jew issib ruħha f 'dikkultà fuq bajja oħra tista' wkoll iċċempel in-numru 112 u minn hemm isir kuntatt mal- ERRC. Fejn tista' tmur tgħum? Kelliem għal Transport Malta spjega mal-gazzetta ILLUM kif il-liġi tispeċifika li l-uniku żoni li fihom ma jistax isir għawn huma l-Port il- Kbir u l-Port ta' Marsamxett. Fakkar li l-Awtorità ta' kull sena tħejji għadd ta' żoni għall-għawm, fejn il-pubbliku jista' jgħum b'moħħu mistrieħ, minħabba li fiż-żoni ma jistgħux jidħlu dgħajjes jew bċejjeċ oħra. Dawn il-bajjiet huma: Malta • Il-Bajja tal-Armier • Il-Bajja s-Sabiħa (Birżebbuġa) • Il-Qajjenza (Birzebbuġa) • San Ġorġ (Birzebbuġa) • Il-Bajja tal-Ġnejna • Iċ-Ċirkewwa • Paradise Bay (Iċ-Ċirkewwa) • Ir-Ramla ta' Għajn Tuffieħa • Ir-Ramla tal-Mixquqa (Golden Sands) • Kalanka t-Tawwalija (Delimara) • Kalanka tat-Tumbrell • Kalkara • Ir-Ramla tal-Bir (Marfa) • Marsaskala (biswit il-Hotel Jerma) • Marsaskala (Waterpolo Pitch) • Marsaxlokk • Il-Bajja tal-Mellieħa • It-Tunnara (Mellieħa) • Ramlet il-Qortin (Mellieħa Bay) • Il-Bajja tal-Imġiebaħ • Il-Bajja tal-Qawra • Il-Bajja tar-Rinella • Il-Bajja tas-Salina (Ħdejn il-Coastline) • Il-Bajja tas-Salina (Ħdejn is-Suncrest) • Fond Għadir (Sliema) • Il-Bajja tal-Balluta (Spinola) • Spinola (Faċċata tal-Cavalieri) • Spinola (Sliema) • Spinola (San Ġiljan) • Il-Bajja ta' San Ġorġ (San Ġiljan) • Il-Bajja ta' San Pawl il-Baħar (Faċċata tad-Dolmen) • Il-Bajja ta' San Pawl il-Baħar (Pjazza ta' Buġibba) • Għajn Razul • Għażżelin (San Pawl il-Baħar) • Selmum (San Pawl il-Baħar) • Tal-Fekruna (San Pawl il-Baħar) • Xemxija (San Pawl il-Baħar) • St Peter's Pool • Il-Bajja ta' San Tumas • Marsamxett (Ta' Xbiex) • Tigne • It-Torri l-Abjad • Valletta - Waterpolo Pitch • Xrobb l-Għaġin (Delimara) Għawdex • Ħondoq ir-Rummien Bay • Ir-Ramla • Il-Bajja ta' Marsalforn • Mġarr ix-Xini • Qbajjar • San Blas • Il-Bajja tas-Xlendi Kemmuna • Blue Lagoon • Santa Marija • San Niklaw Xi jfissru l-bnadar fuq il- bajjiet? F'dawk il-bajjiet li huma mgħassa mil-lifeguards, kemm jekk tal- Emergenceny Response and Rescue Corpse (ERRC) u anke tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, jittellgħu ta' kuljum bnadar li l-għan tagħhom mhumiex li jżejnu l-bajjiet. Dawn il-bnadar qiegħdin hemm biex jgħaddu informazzjoni lill- għawwiema dwar il-kundizzjonijiet tal-baħar biex hekk meta jgħumu joqogħdu attenti. Dawn huma t-tifsiriet ta' dawn il-bnadar: • Il-bandiera ħadra: Il-baħar f 'kundizzjoni tajba għall-għawm • Żewġ bnadar ħomor fuq xulxin: Il-bajja hija magħluqa għall- għawwiema • Il-bandiera safra: Hemm mewġ jew kurrenti u għalhekk l-għawwiema għandhom joqogħdu attenti • Il-bandiera ħamra: Twissi li hemm mewġ jew kurrenti li jistgħu jkunu perikolużi • Bandiera vjola: Din twissi lill-għawwiema li fil-baħar jista' jkun hemm il-bram X'miżuri qed jittieħdu fuq il-bajjiet kontra l-COVID-19? Biex tkun imrażżna l-imxija tal-COVID-19, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet ħabbret ukoll linji gwida għal fuq il-bajjiet. Uħud mil-linji gwida huma dawn: • Il-bajjiet se jkunu mnaddfa kuljum • L-operaturi ma jistgħux jarmaw id-deckchairs qabel ma jsir it-tindif ta' kuljum • In-nies qed ikunu mħeġġa jibbukkjaw id-deckchairs tagħhom • Il-bins se jkunu qed jitnaddfu darbtejn kuljum • Public toilets se jkunu qed jitnaddfu kull siegħa • Showers u mobile toilets mhux se jkunu permissibbli • Persuni qed ikunu mħeġġa jżommu d-distanza ta' żewġ metri anke fil-baħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020