Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143
14 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Il-lifeguards mhux qegħdin għalxejn Forsi aktar minn sjuf oħra, f'dawn ix-xhur ħafna qed jerħulha għal ġranet sħaħ ħdejn il-baħar. Kif tista' żżomm ruħek sigur fuq il-bajjiet? Xi jfissru l-bnadar? X'għandek tagħmel f'każ ta' emerġenza? Fejn l-aħjar tgħum? Liema bajjiet huma l-aktar perikolużi? YENDRICK CIOFFI Il-voluntiera tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar jassistu medja ta' 4,000 għawwiem matul l-erba' xhur li fihom ikunu qed jgħassu l-bajjiet. Qal dan mal-gazzetta ILLUM id-Direttur tal-Operazzjonijiet, Robert Brincau, li spjega kif l-assistenza tvarja minn kura għal għawwiema li jitniggżu mill-bram u anke salvataġġ ta' persuni li jsibu ruħhom f 'diffikultà waqt li jkunu qed jgħumu. Bħal kważi kull ħidma oħra, anke dik tal-lifeguards ġiet affettwata. Brincau spjega kif din is-sena, il- lifeguards se jkunu qed isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Fost oħrajn se jkunu liebsa visor u anke ingwanti u meta jkollhom kuntatt dirett mal- għawwiema, minkejja s-sħana u x-xemx Maltija taqli l-ankri, se jkunu qed jilbsu l-ilbies protettiv (PPE). Apparti minn hekk, mal-ħidma li jwettqu s-soltu, is-Soċjetà tas- Salib l-Aħmar qed iddur il-kosta kollha Maltija, minn Għar Lapsi sal-Ġnejna u fejn jaraw gruppi ta' nies li qed jgħumu jew qegħdin fuq il-bajjiet viċin ħafna ta' xulxin, il-voluntiera qed jiġbdulhom l-attenzjoni. "Ftit kellna każi fejn kellna niġbdu l-attenzjoni. In-nies qed jikkoperaw," insista Brincau. Mistoqsi kemm hemm bajjiet li huma mgħassa mil-lifeguards, Brincau spjega kif b'kollox hemm 19-il bajja f 'Malta, ħames bajjiet f 'Għawdex u tnejn f 'Kemmuna. Dawk ta' Għawdex u Kemmuna huma mgħassa mill-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC). Iżda Malta hawn ħafna aktar bajjiet (ara aktar f 'dan l-artiklu). Dawn ma jkunux mħassa? Brincau beda billi fakkar li dan is-servizz huwa ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Mhux fuq il-bajjiet biss ... induru wkoll il-kosta Spjega li anke jekk mhux fuq il-bajjiet kollha jkun hemm il- lifegaurds, fuq ħafna mill-bajjiet hemm is-servizz tal-on-call, fejn jekk ikun hemm emerġenza, il- voluntiera jmorru minnufih fuq il- post biex jassistu lill-għawwiema li jkollhom bżonn l-għajnuna. Fil-fatt, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar għandha xejn inqas minn 100 lifeguard. Apparti dawk stazzjonati fuq il-bajjiet, 18 minnhom ikunu qed iduru minn bajja għall-oħra permezz ta' karozzi u jmorru jassistu lil-lifeguards meta jintalbu l-għajnuna. Apparti minn hekk hemm tim ieħor ta' 14-il voluntier li jkunu qed iduru l-bajjiet fuq id-dgħajjes. "Fl-kosta ta' fuq, minn Buġibba sal-Ġnejna, ikun hemm rondi kontinwi minn fuq il-baħar," spjega Brincau. F'każ ta' emerġenza, fejn ma ssibx lifeguards, ċempel il-112 Hawn jidħol ukoll in-numru 112, li meta jkun hemm emerġenza fuq bajjiet, anke fuq dawk fejn ma hemmx lifeguards, dan is-servizz ta' emerġenza jitlob l-għajnuna tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar biex malajr kemm jista' jkun dawn ikunu fuq il-post. Fil-fatt, Brincau appella biex meta persuna jkollha bżonn l-għajnuna jew xi ħadd jilmaħ lil xi għawwiem f 'diffikultà, fejn ma jkunx hemm lifeguard fuq il-post, din għandha ċ-ċempel in-numru 112. Brincau kompla jappella lill- għawwiema biex kemm jista' jkun jagħżlu li jgħumu fuq dawk il- bajjiet li huma meqjusa tajbin għall- għawm, b'mod partikolari dawk il-bajjiet li fuqhom ikun hemm il- lifeguards. A p p e l l a wkoll lill- għawwiema biex jgħumu fiż-żoni mmarkati minn Transport Malta għall-għawm u ma jaqbżux il-ħbula li jimmarkjaw safejn jistgħu jidħlu d-dgħajjes. "Nappella lil kulħadd biex meta jkun fuq il-bajjiet isegwi l-istruzzjonijiet u l-pariri tal- lifeguards," insista. Qabel tmur tgħum iċċekkja r-riħ u l-kurrenti... Brincau ħeġġeġ ukoll lill- pubbliku biex qabel imur fuq bajja jiċċekja wkoll il-kurrenti u d-direzzjoni tar-riħ biex kemm jista' jkun imur jgħum fuq bajjiet li jkunu mkennija. Wieħed jista' jiċċekja dan kontinwament fuq is-sit whichbeach.com jew inkella Robert Brincau