Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 Uża sapun u ilma Minn id għal oħra Bejn is-swaba Fuq wara tal-idejn Is-saba l-kbir Id-dwiefer Għorok il-polz Laħlaħ idejk bl-ilma 1 2 3 4 5 6 7 8 IDEJK SEW KIF GĦANDEK TAĦSEL IDEJN NODFA ISALVAW IL-ĦAJJIET! C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Eng & Mlt - 2020 (30th Aug) Final.pdf 2 28/08/2020 05:55:57 'Jekk impjieg fi skola tal-Knisja mhux marbut mal-fidi, ma tistax issir diskriminazzjoni' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Skola tal-Knisja se jkollha kull dritt titlob li l-applikant iħaddan il-fidi Kattolika, jekk dik il-fidi hi neċessarja għall-impjieg partikolari. Jekk, iżda, l-impjieg ma jkollu xejn x'jaqsam mal-fidi, mela allura le, persuna m'għandhiex titlef xogħlha jekk tħaddan fidi differenti." Hekk sostniet mal-gazzetta ILLUM is-Segretarju Parlamentari għall- Ugwaljanza Rosianne Cutajar meta mistoqsija dwar l-Att dwar l-Ugwaljanza u ilmenti li saru minn ġenituri li jibgħatu lil uliedhom fi skejjel tal-Knisja u l-iskejjel infushom. Dawn qed jinsistu li Skola tal-Knisja għandu jkollha d-dritt li tħaddem għalliema - għal kwalunkwe suġġett - li jkunu jsegwu etos Kattoliku u allura, naturalment li jkunu Kattoliċi. "Dan japplika għal kull post tax- xogħol, għal kull skola. M'hemm l-ebda trattament differenzjali jew privileġġat lejn xi fidi jew oħra f 'dawn l-abbozzi," sostniet Cutajar. Hi fakkret lil din il-gazzetta illi wara kollox kull impjieg jeħtieġ rekwiżiti uniċi. "Bħalma xogħol ta' inġinier, per eżempju, jeħtieġ persuna gradwata fis- suġġett, bl-istess mod, hu naturali li impjieg relatat mar-reliġjon ikun jeħtieġ persuna bi twemmin partikolari." Għalhekk dan l-abbozz jippreżenta l-kunċett tar-rekwiżit determinanti tax- xogħol, għaliex jirrikonoxxi r-realtajiet u d-diversità fid-dinja tal-impjieg," temmet tgħid dwar dan is-suġġett is- Segretarju Parlamentari. 'Qed ngħollu l-istandards u nibgħatu messaġġ ċar' Mistoqsija mill-gazzetta ILLUM x'se jbiddel dan l-Att Rosianne Cutajar qalet illi dan se jkun qed jipproteġi l-karatteristiċi ta' kull individwu - fosthom il-ġeneru, ir- razza, u t-twemmin - f 'kull qasam tal-ħajja, inkluż l-aċċess għas-servizzi, l-edukazzjoni, u l-impjieg. "Fil-passat, l-attitudni lejn l-ugwaljanza dejjem kienet waħda spezzettata. Dawn il-proposti leġiżlattivi jirrikonoxxu li l-ugwaljanza teħtieġ qafas legali sod, għaliex id- diskriminazzjoni jista' jbati minnha kulħadd, irrispettivament mill-klassi soċjali jew oriġini," sostniet Cutajar. Hija qalet illi dan hu abbozz li qiegħed "jgħolli l-istandards tal-qasam, u jgħaddi messaġġ ċar u simboliku: l-ugwaljanza mhijiex kelma sabiħa li nħallu fuq il-karta. L-ugwaljanza ngħixuha billi niġġieldu d-diskriminazzjoni strutturali, kif ukoll dik li tant nies isofru minnha ta' kuljum." Il-ħidma fuq l-Att kien inbeda mill-eks Ministru Helena Dalli, illum Kummissarju Ewropew, u tkompla minn Cutajar li ngħatat is-Seghretarjat Parlamentari mill-Prim Ministru Robert Abela. (L-intervista sħiħa ma' Rosianne Cutajar tistgħu taqrawha din il-ġimgħa fuq is-sit illum.com.mt)