Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Id-dar tal-bajja (it-tielet parti minn erbgħa) 23 rakkont illum • 30 TA' AWWISSU 2020 E żatt malli poġġa x-xirja kollha f 'postha, fil-kxaxen li sa it ilu kienu vojta u fl-armarji li kienu għadhom riħa tfuħ ta' njam ġdid, Jonas ħejja kolazzjon imdaqqas. Kif niżillu għasel hekk kif poġġa kollox fi plattini sbieħ taċ-ċaqquf modern u ħariġhom barra fit-terrazzin imdaqqas fejn ir-riħa ta' baħar ma kinitx tonqos! Kemm ħa gost jixrob il-larinġ magħsur taħt it-tinda ċara li kienet qiegħda tkennu minn sema kaħlani u xemx tisreġ fl-aqwa tagħha! Kien qed iħossu mitluf f 'dimensjoni ta' trankwilita u paċi. Imbagħad xħin mela żaqqu u ħassu xi it aktar f 'tiegħu hekk kif kien niżżel bela' kafe qawwija eżatt kif kienu jagħmluha t-taljani, qabad inaddaf il-mejda u ħejja ruħu ħalli jmur jgħum għuma tajba. Eżatt malli ħareġ isaffar lejn il-bieb ta' wara li kien jagħti għall-ġnien, għamel idejh mal- pum abjad u kien kważi diġa fetaħ nofsu, dak il-ħin akar! "Il-laqgħa!" ħarġitlu l-kelma minn bejn xuejh hekk kif kemmex moħħu u kważi qabad jheżżeż snienu. Uff! Ma kellux aptit! F'din il-ġenna ta' dar, qrib l-isbaħ bajja li qatt kien ra b'għajnejh, kellu moħħ il-laqgħa? Imma llum kienet. U ma setax jitlia! X'kienu jagħmlulu l-pubblikaturi kieku ma kienx ikellimhom! Ta titwila ta' malajr lejn l-arloġġ li kellu madwar il-polz ta' idejh u nduna li kien għad fadal siegħa eżatt sabiex il-laqgħha li kienet ser issir onlajn kellha taqbad tibda. "Għandi ċans............." qal bejnu u bejn ruħu, hekk kif tela malajr fuq u mar iħaffef lejn kabinett minnhom fejn kien poġġa l-laptop, niżżlu miegħu fis-salott, poġġieh fuq it-tavolina li kien hemm f 'nofs il-kamra, ikkomunikah mad-dawl, iċċekkja li kien żammu mitfi ħalli jiċċarġjah aktar malajr u mar iħaffef jagħmel dak li kellu f 'moħħu! Ried iħoss dak l-ilma safi li kien iżejjen il- bajja tar-ramel abjad li kellu it 'l isfel minn daru, jiffriskalu l-ġilda ta' ġismu. Ried iħossu parti minn dak il-baħar ċar, kristall u nadif li kien qagħad ixennqu fil- kurituri ta' moħħu matul il-lejl kollu. U malli wasal fuq il-bajja, ra li kienet vojta, neża s-sandli u ħass ir-ramel jgħarraxlu l-qiegħ ta' saqajh, ġrieha lejn il-baħar u ħass ġismu nieżel b'tisbita qalb il-mewġ ħelu li kien qed jilgħab max-xtajta. U beda jgħum. Iħossu jiffriska u jieħu gost bih. Beda jgħum it 'il barra, iħoss ir-raxx tal-baħar jaħbat mal-ġilda fina ta' wiċċu u m'għajnejh hekk kif ħa gost iħossu liberu. Kien jaf li hawnhekk kien ser jikteb ħafna artikli sbieħ u anke manuskritti. Kien jaf li hawnhekk kienet ser tiġih il- muża għall-kitba! Hekk ried. Ikun kwiet. Iħossu liberu. Jieħu gost b'ħajtu. U dak il-ħin rah. Waqaf jgħum. Iddritta ruħu kif seta' fil-baħar. Żgur kien ra ħażin! U mela! Bilfors kien ra ħażin! Donnu kien ra lil xi ħadd għaddej jiġri fil- ġnien tiegħu stess! Donnu kien ra dell. Qisu xi ħaġa stramba kienet laqtitlu l-ġenb tal-vista ta' għajnejh! Tgħid kien ġie xi ħadd għandu? Tgħid kien daħallu xi ħadd? Beda jgħum malajr lejn ix-xtajta, għadda jdejh minn ġo xagħru ħalli ma jinżilx ilma jqattar minn quddiem għajnejh. Baqa' jħares fiss lejn il-ġnien, jistenna biex jara jerġax jara xi ħaġa. Għaddiet żiffa riħ minn miegħu u għalkemm kient qiegħda tisreġ ix-xemx, ħass ġismu jqum xewk xewk. Dawwar ix-xugaman madwar spallejh, qabad ħwejġu u s-sandli u mexa malajr kemm jista' jkun lejn il-ġnien. Ittawwal. Skiet. Paċi. Għajr il-weraq jiċċaqlaq bilmod mal- friegħi tas-siġar, ma kienx hemm ħoss ieħor. U lanqas xejn iżjed. Tbissem waħdu. U ħa nifs twil. Għal mument kien inħasad. Beda jħoss li kien qiegħed f 'pajjiż ieħor, f 'dar waħdu, imbiegħed minn kulħadd u bla wens. Inħasad. Leħen ġej minn ġewwa. U waqaf. Silenzju. Għal it ma waqgħulux ħwejġu minn idejh bil-ħasda li kien ħa! Dak min..............min iżżikk kien daħallu f 'daru? Beda jibża' xi it. X'seta' jaqbad jagħmel? Ma kellux armi hawn. Ma kellux biex jiddefendi ruħu. Staħba wara siġra kbira u beda miexi inkiss inkiss 'il ġewwa, jinħeba kif jista' wara l-ħajt tal-ġebel baxx li kien hemm. Għajnejh kienu mberrqin u xuejh imbexxqa għax lanqas felaħ jieħu nifs minn imnieħru. Hekk malli resaq aktar viċin............... U viċin.............U iżjed viċin................ Ħass sidru juġgħu bl-inkwiet. Kien hemm leħen xi ħadd jitkellem hemm ġew! Kif jista' jkun? U dak il-ħin għelbitu l-kurżita, ġietu saħħa barranija, telaq jiġri lejn il-bieb u daħal iħaffef ġewwa. U rah. Il-laptop! Kien miuħ beraħ! U fuqu.............. Fuqu kien qed jinsema d-diskors ġej minn x'imkien. Għalkemm ħass saqajh jogħtru, resaq lejh malajr u bbalzma ruħu quddiemu. Il-laptip kien mixgħul. Fuqu kienu jidhru l-pubblikaturi qegħdin f 'żewġ skrins jitkellmu bejniethom! "X'iżżikk...........?" beda jhewden waħdu, jersaq viċin aktar lejn l-iskrin. Kien ċert li kien ħallieh mitfi. Ħares lejn l-arloġġ tal-polz u nduna li kien sar il-ħin għall-laqgħa. Imma kif jista' jkun kien għadda l-ħin hekk malajr? "Jonas?" kien qed jgħidlu pubblikatur minnhom, is-Sur Sciriha. "Hawn jien........." wieġbu Jonas. Rahom iħarsu lejh b'mod stramb imbagħad ħassu mbarazzat hekk kif induna li kien liebes biss il-malja tal-għum u kellu sidru kollu barra, espost għall-kamera. "Skuż........" beda jgħidilhom. "Tagħtix kas! Donnok qed tgawdi, Jonas!" qallu s-Sur Borġ. "Il-ktieb meta ser tlestih?" staqsieh l-ieħor. "Qed jiġru warajna!" "Niggarantilkom li dalwaqt ikun lest!" gidbilhom. Għalhekk kienu għamlu din il-laqgħa. Riedu jaraw meta Jonas kien ser ilesti l-ktieb li kien wegħedhom. Kienu diġa ffissaw kollox mal-istamperija. U peress illi Jonas kien imfittex ħafna bħala kittieb fil-ġeneru tal-istejjer stil kriminali, riedu jaċċertaw ruħhom li kien qed iċaqlaq ruħu! U dak il-ħin, l-istampa bdiet tiċċajpar u donnu kien hemm xi difett teknoloġiku. "Sur Sciriha?" beda jsejħilhom, jersaq lejn il-laptop u jagħfas il-buttuni bl-addoċċ forsi jerġa jibda jarahom ċari. "Hawn Jonas?" semagħhom jgħidulu iżda beda jara ħafna ross fuq l-iskrin. Mhux ħaġa normali. Dan qatt ma kien ġralu hekk! Għal mument kien ser jaqbad jippanikja! Fuq dan il-laptop kellu ħafna dokumenti mportanti li allaħares jitilqulu! Beda jinkwieta! Għollih b'idejh u beda jdawwar fih u jiċċekkja! Għalxejn. L-iskrin kien ġie iswed. "Ħellow? Ħellow?" sema' leħen fuqu. Żelaqlu minn idejh u waqgħalu fuq it-tapit oħxon li kien hemm taħt it-tavolin. U raha. Kienet qiegħda fuq l-iskrin! Tfajla. Tfajla grazzjuża. Kienet qiegħda tħares lejh b'ħarsa kurjuża. Fejn kienu telqu l-oħrajn? "Int min int?" staqsietu b'għajnejha kbar iffissati fuq wiċċu. X'kien qed jiġri? Ikompli.... Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020