Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
09 illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 aħbarijiet 'Fil-lokalità tagħna m'hemmx ghettoes ... imma iva hemm żoni li jirrikjedu aktar attenzjoni u infurzar' Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima - voċiferu dwar l-immigrazzjoni - qal illi filwaqt li huwa minnu li hemm żoni fil-lokalità li jetħieġu aktar attenzjoni u preżenza tal-pulizija, dan bl-ebda mod ma jfisser li jistgħu jissejħu ghettoes. Jappella kontra politiċi li jeseġeraw għall-gwadann politiku ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Naħseb li l-kelma 'ghetto' mhix f 'lokha u fl-opinjoni tiegħi fil-lokalità tagħna ma hemmx ghettoes. Hemm żoni li jeħtieġu aktar attenzjoni biex tkun segwita l-liġi? Iva, mela. Imma mhux ghettoes." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar (li tinkorpora lil Buġibba u l-Qawra fost oħrajn) Alfred Grima dwar kummenti li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li residenti qed jibżgħu għax żoni f 'lokalitajiet - skont hu - saru ghettoes. Grima jispjega kif fil- lokalità apparti li jgħixu eluf ta' Maltin, hemm komuntajiet kbar ta' Sirjani, Serbi u qal illi qed jiżdiedu l-komunitajiet ta' nies mill-Filipppini, l-Indja u pajjiżi oħrajn Ażjatiċi. Huwa qal illi hemm ukoll ħafna persuni li ddeċidew li jiġu jirtiraw pajjiżna, fil-lokalità. Hu jgħid iżda illi dawn qegħdin jonqsu. "Irridu naraw għalfejn bħala pajjiż dawn qed jonqsu. Huwa jindika li raġuni waħda għal dan jistgħu jkunu l-kirjiet li fl-aħħar snin - speċjalment dawk ta' qabel il-pandemija - raw żieda kbira ħafna. "Kull progress fih ukoll ir-rigress," jgħid Grima ma' din il-gazzetta. Alfred Grima qal li hemm bżonn jiġu determinati x'inhuma dawk l-affarijiet li huma tajbin, imma wkoll dawk li qed jitfgħu lill-pajjiż lura u li qed iwasslu biex dawn it-tip ta' residenti jitilqu minn Malta. Minkejja dan, is-Sindku tal-akbar lokalità f 'Malta jisħaq illi l-kelma 'ghetto' ma tirrapreżentax s-sitwazzjoni fil-lokalità. "Imma hemm problemi mela, ta' xorb fit- toroq per eżempju. Il-problema hija illi jkollok żoni illi fihom kontinwament tinkiser il-liġi. Issa li tixrob fit-toroq sa issa mhix illegali." Hawnhekk is-Sindku Laburista jgħid illi l-Kunsill Lokali għadda Bye-Law illi permezz tagħha persuni ma jkunux jistgħu jixrobu fit-toroq, imma biss f 'żona ta' stabbiliment. Jiġifieri qed jgħid li xorb (u forsi sokor) fit-toroq kienet problema f 'din il-lokalità? "Iva din kienet u għadha problema. Jiena favur in-negozju sakemm dak in-negozju jsir kif suppost u fejn suppost. Jiena ma naċċetta qatt, per eżempju, li confectionery jsir bar. Din mhix serjetà" qal Grima mal-ILLUM. "Ikollok nies li ma jifilħux jixorbu u dawn joħolqu problemi għar-residenti. Din hija inaċċettabli." Grima qal illi l-Gvern laqa' s - s u ġ ġ e r i m e n t ta' bye-law u qal li issa jippretendi li l-Parlament j g ħ a d d i h a g ħ a l l - ġid tar- residenti. 'Ħażin li politiku jkabbar l-affarijiet għall-gwadann politiku' Grima jgħid illi minkejja dan u fl-opinjoni tiegħu "huwa ħażin li jkollok politiku - hu min hu - li jkabbar l-affarijiet għall-gwadann politiku. In-nies dan ma tridux. Trid tirrikonoxxi fejn hemm problemi imma mhux negattività. U trid toqgħod attent ukoll," qal Grima. "Meta tkabbar l-affarijiet iktar milli huma tkun qed tagħmel ħsara lir-residenti stess u l-investiment li jkunu għamlu fil-proprjetà tagħhom fil-lokalità," sostna Grima. Hu għadda botta politika u fakkar illi minkejja li qed jitkellem dwar ghettoes Delia kien wieħed minn dak id-69 avukat li meta l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat kien hedded b'pushback iffirma protest ġudizzjarju biex dan il-pushback ma jsirx. " M h u x se nidħol fil-mertu tal-każ. Pero dak li ffirma u dak li qal jikkontradixxu lil xulxin. Jiena dak li nemmen ngħidu għax nemmnu u għax inħoss il-polz tar-residenti li niltaqa' magħhom," sostna Grima. Is-Sindku ta' San Pawl il- Baħar mhuwiex nieqes mill- kontroversja fuq is-suġġett tal- barranin u l-immigrazzjoni, fil-fatt ma' din il-gazzetta stess nhar is-7 ta' Ottubru 2019, qal hekk: "Ma nħobbx nidentifika problema ma' sezzjoni jew oħra. Imma li ndaħħlu l-barranin u qisna free for all ... jiena dejjem għidt li aħna għandna nkunu barra t-Trattat ta' Shengen. Il- bieb tad-dar qiegħed hemm biex niddeċiedi jiena min jidħol u joħroġ, mhux ħadd ma jaf min dieħel u x'inhu dieħel." F'din l-intervista Grima kien ammetta illi jaf li l-Partit Laburista li hu jirrappreżenta ma jaqbilx mal-opinjoni tiegħu, imma baqa' jinsisti. Mistoqsi ċar u tond jekk jħossx li l-integrazzjoni f 'San Pawl il- Baħar - kieku kellna nieħduha bħala test case - ħadmitx jew le, hu kien ċar: "Onestament ma naħsibx li rnexxiet. Nemmen li meta barrani jmur f 'pajjiż ieħor jeħtieġ jsegwi l-liġijiet. Meta mort barra jiena hekk għamilt." Din id-darba Grima jerġa' jfakkar illi l-pajjiż għandu obbligi internazzjonali u umanitarji x'josserva u dan wieħed ma jistax jinsieh. "Irridu ngħinu lil min qed jaħrab mill-gwerer. Anzi għandna obbligu li ngħinu. Iżda rridu nħarsu l-interessi tar- residenti wkoll." Huwa jgħid li meta mar pajjiżi bħal Singapore ried jimla' karti biex il-Gvern tal- pajjiż jaċċerta li jekk tikser il- liġi b'mod flagranti titkeċċa u jistaqsi għaliex pajjiżna ma jistax jagħmel l-istess. 'Diżilluż li l-Community Policing ma ddaħalx f 'San Pawl il-Baħar' Finalment is-Sindku Grima jisħaq illi jinsab diżilluż illi l-lokalità li jmexxi ma kinitx inkluża fl-iskema tal- Community Policing. Din l-iskema twaqqfet għal aktar pulizija fit-toroq Maltin primarjament għall-infurzar, speċjalment f 'żoni fejn hemm aktar kriminalità. "Ma nistax nifhem kif lokalità b'popolazzjoni ta' madwar 50,000 persuna u ma konniex parti minn din l-inizzjattiva u lokalità ta' ftit għexieren ta' nies ingħatat dan is-servizz," ilmenta Grima. "Jekk il-pulizija tħoss li hemm raġuni għalfejn din ma tiddaħħalx fil-lokalità tagħna napprezza jkunu aktar ċari miegħi. Anke r-residenti jinsabu ddispjaċuti li din l-inizjattiva ma ddaħlitx f 'San Pawl il-Baħar." Huwa temm jirringrazzja lill- kollegi Kunsilliera tiegħu għall- ħidma li qed iwettqu flimkien. Is-Sindku Alfred Grima