Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Id-dar tal-bajja (l-aħħar parti minn erbgħa) 23 rakkont illum • 6 TA' SETTEMBRU 2020 D aħal fis-sodda. Kien daħħal il-laptop miegħu. It-tbissima li kellu fuq wiċċu kienet għadha tidher sew. Kien qagħad jitkellem magħha fuq il- laptop. Anella. Hekk kienet qaltlu li kien jisimha. Sa it ħin ilu, kien għadu ma jaf xejn fuqha. Issa ħass li kien jaa mhux ħażin. Lanqas kienet waqfet titkellem. Kienet qaltlu kollox fuqha nnifisha. Li għandha ħuha wieħed. Li taħdem f 'ħanut tal-merċa. Li tgħix fi Sqallija. Fl-istess raħal. L-istess raħal fejn kien qiegħed hu. X'eċċitament! Kemm kienet għoġbitu. Kienet qisha pupa. Wiċċ delikat. Ġilda fina. Bajda. Ruxxana. Għajnejn kbar ħadranin. Xuejn imlaħħmin. Xagħar iswed ileqq. Grazzjuża. Daħqanija............ Jonas għatta wiċċu u beda jieħu xi nifsijiet fil-fond. Lanqas biss kien jaf kif kienet infetħet it-tieqa fuq l-iskrin tal-laptop u sabha quddiem wiċċu! Milli jidher hi kienet sorpriża daqsu li sabet lilu wkoll fuq l-iskrin! "Lanqas irrid nemmen li ġara hekk!" daħqet miegħu eżatt qabel qatgħu l-konverżazzjoni flimkien. Bla ma kien jaf kif u x'fatta, kien totalment nesa d-diskursata li kellu it aktar qabel mas-Sur Sciriha u l-pubblikatur l-ieħor. Dik it-tfajla ħelwa u grazzjuża kienet saħħritu għal warajha! Xi ġmiel! Issa kienu ehmu li l-għada kienu ser jerġgħu jitkellmu ma' xulxin. "Tgħid nistedinha tiġi s'hawn? Tgħid ngħidilha tiġi sal-bajja miegħi? Tgħid.........?" beda jaħseb waħdu hekk kif ħares lejn it-tieqa kbira li kellu biswit soddtu, jara d-dwalijiet tal-ġnien hemm isfel jiċċajpru, jisma' l-ħoss tal-baħar jitbiegħed u jħossu dieħel f 'raqda profonda. Skiet. Paċi. Trankwilita. L-arloġġ il-modern li kellu mdendel mal- ħajt tal-kamra baqa' mqajjem. Baqa' jaħdem. Il-ħoss ta' kelb jinbaħ mill- bogħod kien kważi qed iwennsu fl-irqad tiegħu. Il-purtiera ċara tal-ħarir kienet qiegħda tintilef fid-dlamijiet tal-kamra hekk kif kienet qiegħda tperper bilmod. Bilmod. U daħlet żiffa friska. Il-laptop xegħel. Ħoss. Ħoss fil-kamra. Jonas fetaħ għajnejh beraħ. Qam. Maħsud. Fil-bidu, għajnejh ma setgħux joqgħodu għad-dlam tal-kamra. Ra kollox imżelleġ quddiem wiċċu. Imbagħad ra l-iskrin tal-laptop mixgħul. Ħass dehxa tiela' max-xewka ta' dahru hekk kif kien għadu bilqegħda fuq is-sodda. Kien qed jisma' l-ħoss tal-baħar. Iħares lejn l-iskrin tal-laptop. "Anella?" Leħnu qata' s-silenzju li kien hemm fin- naħa tal-kamra tiegħu. In-naħa l-oħra fejn kien hemm il-laptop seta' jisma' donnhom nifsijiet fondi, biki u tinwiħ baxx. Seta' jaraha fuq l-iskrin. Rasha kienet tidher baxxuta. Warajha kien hemm id- dlam. L-istampa ma kinitx daqshekk ċara Imma seta' jinduna li kienet hi. "Anella?" reġa' staqsieha. U ħarset lejh minn fuq l-iskrin. Jonas qam malajr minn fuq is-sodda, kważi jiżloq fuq il- pavimentar nadif u jleqq tazza li kellu, iħaffef lejn it-twaletta fejn kien ħalla l-laptop miuħ għall-lejl imma mitfi. Ħaġa stramba. Ma kienx jaf kif kien reġa' xegħel waħdu. Issa jew kellu xi tip ta' xort. Inkella kellu bżonn jieħdu għand xi ħadd minħabba l-batterija. "Jonas?" kienet qiegħda tibki u tolfoq. Għajnejha kienu jidhru miksurin u Jonas induna li ma tantx kienet tidher f 'sikkitha. Mhux kif kien raha xi it qabel. "X'għandek bżonn?" staqsieha. Qabad il-laptop malajr b'idejh it-tnejn u ħadu miegħu fuq is-sodda. Poġġieh fuq soddtu u beda jħares lejha b'mod ħosbien. "Jonas..........qiegħda nibża'! Qiegħda nibża' ħafna!" bdiet tgħidlu bilmod, donnha minn taħt l-ilsien. "Minn xiex?" "Ma nafx! Ma nafx!" semagħha twieġbu minn taħt. "Għidli minn xiex għax ma nistax nimek!" qalilha kważi urtat. Dan x'kien qed jiġri? X'kien qed jiġrilha? Ħares lejn l-arloġġ tal-kamra u bid-dellijiet deħlin mid-dwal ta' barra seta' jinduna li kienu skorrew is-sagħtejn ta' filgħodu. "Tgħajjatx!" bdiet tgħidlu, tidher imwerwra għall-aħħar. Seta' jinduna li b'nifisha kienet qiegħda ttappan l-iskrin u kultant kienet qiegħda tidher xi it imċajpra. "Jonas, għini! Hawn xi ħadd daħalli fid-dar! Hawn xi ħadd, Jonas! Naħseb daħlu biex jisirquni!" "Int qiegħda waħdek?" staqsieha malajr, jaqbad jippanikja. "Iva." "U fejn........?"staqsieha. "Dħalt fl-armarju. Qiegħda nistaħba. Qed nibża' li jsibuni!" Leħinha kien jinstema' mkexkex hekk kif kienet qiegħda tipprova tfehmu minn taħt l-ilsien, tersaq eqreb lejn l-iskrin. "Ċempel lill-pulizija! Malajr!" "Ma nistax! Ħallejt il-mowbajl fil-kamra l-oħra! Jekk immur hemm isibuni!" Miskina, kienet tidher imwerwra għall- aħħar! "Hawn il-passi! Qed nismagħhom ġejjin fil-kamra, Jonas!" "Haw..........int għedtli li toqgħod hawn hux..........." beda jgħidilha, taqbdu r-rogħda. "Għidli...........għidli l-indirizz tiegħek! Għiduli ħalli niġi jien!" U f 'dak il-mument, lanqas kien għadu jaħseb. Issa x'seta' jaqbad jagħmel? Jaf kien jasal bil-mixi. Jew inkella............ Inkella seta' jċempel hu lill-pulizija! "Għiduli!" reġa' qalilha. "Dar id-Denfil, Triq Stroffa............." bdiet tgħidlu. "X'int.............x'inti tgħid?" Jonas waqaf iċċassat lejn l-iskrin. Ħass ġismu jqum xewk xewk. Kif jista' jkun? X'kien qed jiġri? Jonas beda jdawwar rasu madwar il- kamra. Qam minn fuq is-sodda, iżomm il-laptop f 'idejh. Beda jirtogħod! Il-purtiera tal-kamra donnha kienet waqfet tiċċaqlaq. Iż-żiffa wkoll. Mexa bilmod lejn l-armarju ta' kamartu. "Ġejjin għalija! Ġejjin!" bdiet tibki aktar u tidher aktar beżgħana. Minn naħa tagħha sema' qishom passi jersqu lejha. "Anella.........." qalilha, b'leħen it aktar għoli. U sema'.................Leħen. Isejħilha. Minn fuq l-iskrin. "Leeeeeee!" bdiet tibki u tolfoq, tressaq wiċċha eqreb lejn il-laptop u tħares lejh. Jonas għolla idejh. Qabad il-pum tal- armarju ta' kamartu. Fetħu beraħ. Fuq l-iskrin ra d-dawl dieħel mill-armarju ta' Anella. Raha tgħatti wiċċha, twaqqa' l-laptop u sema' ħafna storbju. L-armarju tiegħu kien vojt! "Anella?" qal b'leħen għoli. Iżda l-iskrin tal-laptop kien sar ċappa dlam! Anella ma kinitx għadha hemm! Anella ma kinitx għadha tidher! Din kienet xi ċajta? Dak il-lejl, Jonas ma kienx għalaq għajn m'għajn. Ma setax jiem x'kien ġara eżatt. Ma setax jaqbad art. Filgħodu bakkar kmieni. Filgħodu mar jiġri fil-ħanut tal-mer ċa. Imn'alla kien żamm ir-ritratt tagħha fuq il-mowbajl. "Lil din taa?" staqsa lil sid il-ħanut. "Toqgħod f 'dan ir-raħal?" Il-mara tal-ħanut ħarset lejn il-mowbajl tiegħu, raha tkemmex moħħha u tibla' r-rieq li kien tela' fi griżmejha. "Kif taa lil Anella?" staqsietu, għajnejha kbar, kbar, tħares lejh u tiflih. "Għidli jekk qatt ġietx tixtri minn hawn?" staqsieha. "Anella kienet taħdem hawn. Kienet tgħix fid-dar fejn qed tgħix int," raha tħares lejh b'serjeta kbira. Imbagħda tbaxxiet it, ħarġet santa minn biswit il-bank u wriethielu. Santa tal-mejtin. "Kienu daħlu fuqha bħal dallejl ħames snin ilu. Kienu xi tlett irġiel, stuprawha u qatluha fl-armarju ta' darha stess! Il-każ għadu mhux solvut." Jonas bilkemm felaħ iħares lejha. Jonas kien għadu mwerwer! "Għalhekk..............għalhekk mela!" qal bejnu u bejn ruħu. "Xħin tlabtha l-indirizz ta' darha, tatni l-indirizz tad-dar tiegħi stess!" Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020