Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

ħin għal kirjiet jew pagamenti fuq self kif ukoll ta' kontijiet tad- dawl u l-ilma. Dawn iċ-ċifri jiġu aġġornati kull sena mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz ta' stħarriġ (SILC) li jsir fost residenti f 'Malta u Għawdex skont kriterji mfassla mill- Unjoni Ewropeja. L-aħħar ċifri ippublikati mill-NSO kienu msejsa fuq tagħrif miġbur fl- 2019 fost aktar minn 4,000 familja, iżda dawk dwar id-dħul tal-familji huma abbażi tad-dħul fl-2018. Dawk f 'riskju ta' faqar naqsu b'4% mill-2013 Skont dawn iċ-ċifri l-għadd ta' persuni meqjusa f 'riskju ta' faqar jew eskluzjoni soċjali fl-2019 kien ta' 97,000 (minn popolazzjoni ta' 484,000) jew 20.1%. Fuq medda ta' seba' snin niżel minn 102,000 (minn popolazzjoni fl-2013 ta' 429,000) jew 24%. Dan juri li filwaqt li l-popolazzjoni żdiedet b'55,000 ruħ, l-għadd ta' persuni meqjusa f 'riskju ta' faqar jew eskluzjoni soċjali naqas b'5,000. Kieku l-popolazzjoni baqgħet kif kienet fl-2013, dan in-numru kien jinżel għal 86,000 jew tnaqqis ta' 16,000 persuna. Dan għaliex ir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali effettivament naqas b'4 punti perċentwali mill-2013 'l hawn minn 24% għal 20.1%. U dan ma jfissirx li l-popolazzjoni qed tikber b'nies fqar iżda l-perċentaġġi imsemmija iridu jinħadmu fuq popolazzjoni akbar. Tant hu hekk li fl-istess perjodu d-dħul medju disponnibbli tal- familji f 'Malta żdied b'aktar minn €5,000 għal €28,500, €675 minnhom fl-2018. Din iż-żieda qawwija wasslet biex il-proporzjon tal-popolazzjoni f 'riskju ta' faqar, jiġifieri li d-dħul ekwivalizzat tagħhom huwa anqas minn 60% tad-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali jew €9,212, minn sena għall- oħra żdied marġinalment b'0.3% minn 16.8 għal 17.1%. X'ifisser dan? Dan MA JFISSIRX li fl-2019 (ibbażat fuq id-dħul fl-2018) kellna 17.1% tal-popolazzjoni li kellhom dħul ta' anqas minn €9,212 kif sfortunatament il-medja u ċertu opinjonisti jikkummentaw bi żball. Il-kejl tad-€9,212 jirreferi għall-ewwel adult fil-familja. Kull membru addizzjonali fil-familja jingħata 'piż' li jvarja minn 0.5 (għal persuni ta' 14-il sena jew aktar) għal 0.3 (għal persuni taħt l-14- il sena). Mela filwaqt li l-'piż' ta' persuna adulta tgħix waħidha huwa 1.0, ta' koppja adulta huwa 1.5, ta' single-parent b'żewġt itfal zgħar huwa 1.6, ta' koppja b'żewġt itfal zgħar huwa 2.1 u ta' koppja b'żewġt itfal ta' 14-il sena jew aktar huwa 2.5. Aktar ma hemm membri fil-familja, akbar se jkun il-'piż' mogħti. Dan ifisser li biex p e r s u n a adulta tgħix w a ħ i d h a ma titqiesx f 'riskju ta' faqar fl-2018 ried ikollha iva dħul ta' aktar minn €9,212, iżda biex koppja adulta ma titqiesx f 'riskju ta' faqar id-dħul tagħha ried jaqbeż €13,818 (€9,212 immultiplikat b'1.5 cioe ekwivalizzat skont il-'piż' tal-famija). Bl-istess mod biex single-parent b'żewġt itfal zgħar ma titqiesx f 'riskju ta' faqar fl-2018 ried ikollha dħul li jaqbeż €14,739, koppja b'żewġt itfal zgħar ried ikollha dħul ta' aktar minn €19,345 waq li koppja b'żewġt itfal ta' 14-il sena jew aktar ried ikollha dħul li jaqbeż €23,030. Altru milli dawn in-nies kellhom dħul ta' anqas minn €9,212. U jekk familja ta' 4 jew 5 ikollha dħul medju li iżda jaqa' taħt is- 60%, l-4 jew 5 membri tagħha jgħoddu kollha man-numru ta' persuni totali (inkluż it-tfal). Il-paradoss fl-indikatur tal-faqar Il-paradoss ta' l-indikatur tar- riskju tal-faqar huwa li dan ma jkejjilx jekk bid-dħul imsemmi fuq skont il-komposizzjoni tal-familja, tali familji jgħixux b'mod diċenti iżda kif tali dħul jikkompara mad-dħul medjan ekwivalizzat tal-popolazzjoni. Dan iwassal biex meta pajjiż ikun sejjer tajjeb u l-livell tal- għixien f 'dak il-pajjiż b'mod ġenerali ikun qed jgħola konsistentament, miegħu jgħolli l-indikatur tas-60%. U jekk pajjiż ikun sejjer ħażin u l-livell tal-għixien jonqos, miegħu jonqos il-livell tas-60% li jfisser li skont dan l-indikatur ikun qed jonqos ir-riskju tal- faqar meta l-popolazzjoni kollha tkun sejra ħażin! Fil-fatt kieku il-livell tal- għixien ta' pajjiżna baqa' fl- istess livell tal-2013, jiġifieri meta d-dħul disponsibbli medju ta' kull persuna kien ta' €5,000 anqas mill-2018, kieku llum hawn 42,000 persuna biss li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx is- 60%. Dan joħroġ mill-fatt li fl-2013 il-linja tas-60% kienet tammonta għal €7,672 waqt li fl-2018 din telgħet għal €9,212, żieda ta' €1,540. Dan ovvjament żdied għax żdied sostanzjalment il- livell tal-għixien b'mod ġenerali u d-dħul disponibbli tal-familji. 'Ma jreġix l-argument li l-ġid mhux jasal għand kulħadd' L-argument li spiss isir li l-ġid li qed jinħoloq mhux jasal għand kulħadd ma jreġix meta wieħed iħares lejn dik li hija ċaħda materjali. Ir-rata ta' dawk mċaħħda materjalment niżlet minn 19.9% fl-2013 għal 8.4% is-sena l-oħra – tnaqqis ta' aktar minn nofs fl-għadd ta' persuni għal 40,731 jew tnaqqis ta' 11.5 punti perċentwali. Dik li hija ċaħda materjali severa, it-tnaqqis kien qawwi ukoll. L-għadd ta' persuni hawn niżel minn 42,200 fl-2013 għal 17,500 – tnaqqis ta' 6.6 punti perċentwali jew kważi 25,000 persuna. Intant l-istatistika ndikat ukoll li kompla jonqos il-proporzjon ta' familji li huma f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali għax mhumiex qed jaħdmu jew li jaħdmu numru limitat ta' sigħat. Minn sena għall-oħra dan naqas minn 5.5% għal 4.9%. Dan it-titjib kien dovut l-aktar għal progress ekonomiku u finanzjarju fil-pajjiż f 'dawn l-aħħar snin li wassal ghat- tkabbir fl-impjiegi, speċjalment fost in-nisa, u żidiet fil-pagi u salarji, inkluz dik tal-paga minima nazzjonali. B'hekk żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol, l-qgħad niżel għall-anqas livelli li qatt gew reġistrati (fil-perjodu ta' qabel il-Covid) u naqset sew id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fejn illum hemm anqas minn nofs ta' dawk li kienu jgħixu bil-benefiċċji soċjali 7 snin ilu. L-indikaturi qed juruna li għad baqa xi jsir biex jintlaħaq kulħadd, speċjalment dawk ta' 'l fuq minn 65 sena u mhux biss, iżda ċertament sar progress enormi fl-aħħar snin u qed jintlaħqu ferm aktar nies milli kien qed jiġri sa ftit tas-snin ilu. Dan għaliex mingħajr ma' żdied il-piż tat-taxxi, issaħħu l-benefiċċji soċjali b'sostenn għall-familji u uliedhom, il- vulnerabli, persuni b'diżabilita' u pensjonanti. Ġew varati miżuri msejjsa fuq il-prinċipju li bix-xogħol jaqbillek li komplew jaghtu spinta biex aktar persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali, jsibu mpjieg u jkollhom aktar flus disponibbli għalihom u l-familji tagħhom. Din il-ħidma ċertament li se tkompli fis-snin li ġejjin biex aktar nies jiġu mgħejjuna. 09 illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 analiżi Mark Musu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020