Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 Carmel Bonnici Il-Mostru ta' Frankenstein (2) ... ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Films oħrajn bħala sequels ta' dan (Frankenstein) kienu: Bride Of Frankenstein (1935), Son Of Frankenstein (1939), Ghost Of Frankenstein (1941), Frankenstein Meets e Wolf Man (1943), House Of Frankenstein (1945) u Abbott and Costello Meet Frankenstein (1948), produzzjonijiet li żammew lill-kumpanija Universal tibqa' topera. Atturi oħra għal uħud minn dawn il-films, li ħadu r-riedni minflok Boris Karloff, pero' b'inqas suċċess, kienu Lon Chaney Jr., Bela Lugosi u Glenn Strange. Fl-1956. Il-kumpanija Ingliża Hammer Films reġgħu ħadmu l-istorja oriġinali bit- titlu e Curse Of Frankenstein, din id- darba bil-kuluri sbieħ u jgħajtu u aktar dmija. Is-sequels b'mostri varji bdew ġejjin ta' spiss wara, minn Hammer Studios, fosthom e Revenge Of Frankenstein (1958), e Evil Of Frankenstein (1963), Frankenstein Created Woman (1967), Frankenstein Must Be Destroyed (1969), Horror Of Frankenstein (1970) u Frankenstein And e Monster From Hell (1973) kważi kollha bl-attur Peter Cushing fil-parti tal-Baruni Victor Frankenstein. Varjazzjonijiet tal-mostru oriġinali u l-irtokk tiegħu kien dak ta' Fred Gwynne fis-serje kummiedja għat-TV e Munsters (1964-65). Fis-snin disgħin kien hemm aktar attentati mill-Amerikani, Ġappuniżi u Taljani biex idaħħlu l-flus billi jużaw l-isem ta' Frankenstein ġo films ta' baġits zgħar ta' bla nteress. Oħrajn ta' qabel kienu I Was A Teenage Frankenstein (1957) (U.K. semmewh Teenage Frankenstein), Frankenstein 1970 (1958), Frankenstein Versus e Space Monsters (1965), Frankenstein Conquers e World (1968), Lady Frankenstein (1970), eċċ. Fl-1973 ħarġet versjoni ta'erba' sigħat għat-TV jisimha Frankenstein: e True Story (li ma jistax ikun) li kienet ko-ordinata mill-awtur Christopher Isherwood, imma rriżultat bħala xogħol riċiklat b'diffikulta' ta' films ta' qabel, b'referenzi okkażjonali għall-ktieb, imma b'ebda umoriżmu. Kien ukoll ħareġ film normali bl-istess isem, li biss kien sintesi ta' dan ix-xogħol. Films dwar kif Mary Shelley ġietha l-idea dwar Frankenstein dehru lejn l-aħħar tas-snin 80, fosthom Haunted Summer, Gothic, Frankenstein Unbound u Mary Shelley's Frankenstein (1994) dirett minn Kenneth Branagh, b'Robert De Niro bħala l-mostru. Id-diċerija hi li waqt maltempata kbira b'ħafna sajjetti, meta kienet fil-villa qrib Lake Geneva Mary Shelley ġiet ispirata dwar il- ħolqien tal-mostru tagħha. Fl-aħħar, wieħed ma jridx jinsa wkoll il-film tal-1974 Young Frankenstein ta' Mel Brooks, xogħol kult u dak klassiku Spanjol u verament notevoli El Ispiritu De La Colmena (1973) (e Spirit Of e Beehive). Ta min jinnota wkoll il-film gustuż, animat maħdum apposta bla kulur Frankenweenie tad-direttur Tim Burton. Fl-aħħarnett, din hi l-istorja tal-film ta' Hammer Studios tal-1957 e Curse Of Frankenstein li rega' qajjem interess konsiderevoli f 'dawk li jħobbu xogħlijiet ta' dan il-ġeneru. Il-brillanti xjentist Baruni Victor Frankenstein (Peter Cushing), mgħejjun minn Paul Krempe (Robert Urquhart) jibda jikkomponi mostru minn biċċiet ta' katavri misruqa jew mixtrija llegalment. Id-diżgust ta' Krempe jasal fl- aqwa tiegħu meta Victor joqtol xjentist bravu biex juża moħħu, u jipprova jipperswadih biex ma jkomplix b'dan l-esperiment. Fil- ġlieda ma' Victor, Paul jagħmel ħsara lil dan il-moħħ tant li l-mostru (Christopher Lee), li Victor insista li jlesti, jkollu tendenzi kriminali u qabel ikun distrutt jikkommetti serje ta' qtil faħxi li ghalihom Victor ikun ikkundannat għall-mewt. Paul, li issa sar iħobb lill-mara ta' Victor (Hazel Court), jirrua jikkollabora l-iskużi tiegħu u li l-ħtija hi tal-mostru u jikkundannah għall-giljottina. Dan il-film għamel suċċess minkejja li l-istorja mhix eżatt bħal tal-ktieb ta' Mary Shelley. Dan filwaqt li poġġa fit-triq tal- popolarità lill-kumpanija Hammer Films fil-kategorija biża' u twerwir għal 18-il sena sħaħ. Il-kapulavur ta' Mary Shelley żgur li se jibqa' suġġett imfittex mill-produtturi taċ- ċinema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020