Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum aħbarijiet 'Il-clubs huma magħluqa iżda n-numri għadhom telgħin' YENDRICK CIOFFI Il-President tas- Sezzjoni tat-Turiżmu u l-Ospitalità fi ħdan il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech, saħaq mal- gazzetta ILLUM li Malta jeħtieġ li malajr tnaqqas in-numri ta' każi ta' Covid-19 u tassigura li żżomm is-sitwazzjoni taħt kontroll jekk trid li tattira lit-turisti li huma essenzjali għall- ekonomija Maltija. Fenech insista li issa l-clubs ilhom ġimgħat magħluqa iżda mill-banda l-oħra "huwa ċar" li l-każi baqgħu jiżdiedu u dan jeħtieġ li jkun indirizzat mill-aktar fis. "L-aktar parti vibranti, li taħdem total- ment l-oppost tad-distanza soċjali, hija magħluqa. Imma l-każi għadhom telgħin," insista Fenech waqt li fakkar li n-nies għadhom qed joħorġu, iżuru barijiet u anke r-ristoranti. Kien hawn li Fenech insista li ninsabu f'sitwazzjoni fejn għall-ewwel darba, l-im- ġieba individwali qed taffettwa lill-kollet- tiv. "Jekk jien ma nsegwix ir-regolamenti qed naffettwa lill-kulħadd, l-ekonomija u fuq kollox is-saħħa tal-pajjiż," insista Fenech. "L-ekonomija hija katina. Jekk club jew bar huwa magħluq qed ikun affet- twat tax-xorb, tal-airconditions, tat-tazzi. Kulħadd!" Propju għalhekk li Fenech insista li kulħadd għandu jerfa' r-responsabbilità jekk irridu li naraw il-każi neżlin. Kien għalhekk li insista li Malta l-ewwel u qabel kollox trid taħdem biex tn- aqqas in-numri. "Irridu nniżlu numri u nassig- uraw li jibqgħu hekk mhux nerġgħu nitilgħu. Irridu nidhru li aħ- na pajjiż sigur," insista Fenech. Fakkar li sfida oħra kbira li għandha Malta, partikolarment fe- jn jidħol it-turiżmu, huwa l-fatt li l-pajjiżi li Malta tiddependi ħafna fuqhom, par- tikolarment ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja u anke Franza, kollha qed jesperjenzaw żieda sostanzjali fil-każi. 'Irridu nissikkaw mingħajr ma ngerrxu t-turist' Għalhekk, Fenech insista li apparti li Malta trid tnaqqas in-numri tagħha, trid ukoll taħdem ukoll biex tnaqqas ir-riskju ta' każi importati. "Irridu nissikkaw mingħajr ma ngerrxu. Irridu nidhru li aħna serji," insista Fenech. Apparti li turist jintalab jiġi b'riżultat negattiv ta' test li jkun għamet ftit sigħat qabel jasal Malta, Philip Fenech appella wkoll biex jissaħħu r-riżorsi fl-Ajruport biex ikunu jistgħu jsiru aktar testijiet. "Jekk inkunu serji, se nattiraw turisti ta' kwalità. Turisti ta' kwalità se jħallu aktar flus fl-ekonomija. Aħna għandna vantaġġ li żgħar. Qatra lilna tfawwarna," insista Fenech. Kien hawn li fakkar li x-xitwa li ġejja se tkun waħda diffiċli għal diversi negozji, partikolarment dawk fis-settur tat-tu- riżmu, id-divertiment u l-ospitalità. "Ix-xitwa dejjem diffiċli, aħseb u ara din ix-xitwa wara sajf diffiċli. Tkun iebsa anke meta toħroġ minn sajf tajjeb, aħseb u ara issa," kompla Fenech. Għalhekk l-appell tiegħu huwa biex Malta tuża x-xhur li ġejjin biex tnaqqas in-numri, tinforza l-protokolli biex iżżomm is-sitwa- zzjoni taħt kontroll u żżid l-edukazzjoni u l-infurzar għal min mhux jagħraf is-serjetà tas-sitwazzjoni, biex tkun tista' tirreklama lilha nnifisha, mill-ġdid, bħala pajjiż sigur. "Hemm ħwienet ristoranti u barijiet li bil-Maltin jgħaddu. Oħrajn, li jinsabu qalb il-lukandi, għandhom bżonn it-turisti biex ikampaw. It-turiżmu jċaqlaq kollox. Anke ħanut tal-ħwejjeġ irid it-turist," insista. 'F'Paceville qed isegwu l-protokolli ... aktar il-Belt hemm kwistjonijiet' Mistoqsi dwar l-infurzar, Philip Fenech insista li Paceville bħalissa huwa mejjet. Fakkar li l-clubs il-kbar huma magħluqa u ftit nies qed jinġabru f'xi clubs u barijiet li qed jagħmlu ftit ikel. "Tal-infurzar qed iduru ħafna," insista Fenech waqt li saħaq li qed ikunu iebsa fuq l-istabbilimenti. Apparti club/bar wieħed li kellu xi kwist- jonijiet, Fenech insista li l-maġġoranza qed isegwu r-restrizzjonijiet, anke jekk dejjem ikun hemm xi klijent jew tnejn li jipprovaw jisfidaw. Fi kliemu, aktar qed ikun hemm "nuqqa- sijiet" il-Belt milli f'Paceville, anke jekk xorta waħda insista li l-maġġoranza qed jimxu mal-protokolli. Kien hawn li Fenech insista li x-xitwa taf tkun diffiċli wkoll għal dawn il-barijiet u r-ristoranti fil-Belt. "Hemm ristoranti u bars fil-Belt li fix-xit- wa ftit li xejn jistgħu jiffunzjonaw," insista Fenech waqt li fakkar li minħabba ċ-ċokon tagħhom, aktar minn snin oħra, dawn se jkunu qed jiddependu, kważi għal kollox, fuq l-imwejjed u s-siġġijiet fuq barra, għax ġewwa ma jista' jkollhom lil ħadd, jew inkella ftit nies. 'Kien hemm min 80% tax-xogħol tiegħu kien ħej mill-vouchers' Tkellimna dwar il-futur, b'Philip Fenech itenni l-appell tiegħu u tal-Kamra għall-In- trapriżi Żgħar u Medji biex l-għajnuna tal- Gvern tkun estiża sa Marzu. "Mingħajr għajnuna huwa ċar daqs il-kristall li mhux se jkampaw," saħaq, waqt li fakkar li anke jekk kien hemm biss ftit każi, kien hemm min lanqas bl-għajnu- na tal-Gvern ma kampa. Spjega kif kien hemm negozji li kienu ko- stretti li jagħlqu anke għax ma setgħux il- aħħqu mal-prezz tal-kera, hekk kif id-dħul tagħhom naqas drastikament. Kif kienu qalu sidien ta' stabbilimen- ti mal-ILLUM, ħafna qed jiftħu biex ma jżidux it-telf u mhux biex jagħmlu profitt u fuq kollox biex ma jitilfux il-pożizzjoni tagħhom fis-suq, għax illum, tant kemm hawn kompetizzjoni, li jekk ristorant jagħlaq, il-klijenti tiegħu se jmorru xi mk- ien ieħor u diffiċli biex iġibhom lura. Dwar il-vouchers, Fenech insista li dawn għenu ħafna. "Kien hemm min qalilna li bejn 60 u 80% tax-xogħol tiegħu kien ġej kollu mill-vouchers," saħaq Fenech. Temm jisħaq li anke jekk il-Gvern ma jistax iħallas l-ispejjeż kollha li għandu ne- gozju, l-għajnuna tista' tkun is-salvazzjoni tiegħu. Philip Fenech mill- Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji jisħaq li jekk Malta trid tattira t-turisti jeħtieġ tniżżel in-numri mill-aktar fis, iżżid il-protokolli biex dawn jibqgħu baxxi, issaħħaħ l-edukazzjoni u l-infurzar u żżid it-testijiet tat-turisti fl-ajruport

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020