Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ippubblikat policy proposta għal żona f 'Ta' Qali wara li wettqet aktar bidliet fl-abbozz oriġinali minħabba sottomissjonijiet li rċeviet matul it-tieni fażi ta' konsultazzjoni li saret f 'Settembru 2019. Ir-reviżjoni tal-policy qed issir sabiex iż-żona industrijali f 'Ta' Qali, li mhux postha ħdejn il-Park Nazzjonali ta' Malta, tiġi mfassla bħala f 'żona kummerċjali. Iż- żona kummerċjali l-ġdida f 'Ta' Qali ser ittaffi l-impatt negattiv li l-użi preżenti għandhom fuq il-karattru taż-żona tal- madwar, partikolarment iż-żona rikreattiva formali u informali. Il-bidliet ewlenin riflessi f 'dan l-aħħar dokument tal-policy huma l-introduzzjoni ta' triq ċentrali u l-għażla ta' żoni separati fejn se jkun ikkunsidrat l-ippjanar komprensiv u konvenzjonali. L-użi aċċettabbli tal-art, kemm għaż- żoni ta' żvilupp komprensivi, kif ukoll dawk konvenzjonali, ma nbidlux u ser jibqgħu l-istess kif huma identifikati fid-dokument oriġinali. Fiż-żona allokata għal żvilupp komprensiv, il-footprint massimu tas-sit li ser jiġi permess huwa ta' 60%, ekwivalenti għal it iktar minn 17,000m2 filwaqt li l-ispazju miuħ ser jkun ta' 40% li jinkludi ukoll landscaping buffer. Il-landscaping buffer għandha sservi bħala green belt, li tikkonsisti prinċipalment minn siġar u pjanti. Din ser isservi biex ittaffi l-impatt viżwali tal- veduta tal-iżvilupp mill-Imdina, kif ukoll kwalunkwe żvilupp li jmiss ma' art li hija barra miż-żona tal-iżvilupp. Din il-miżura ta' mitigazzjoni m'għandhiex tkun limitata għal dan il-buffer biss, iżda miżuri oħra, bħal green walls u green roofs, qed jiġu mħeġġa wkoll. Filwaqt li l-proposta ta' kontribuzzjoni tal-planning gain inżammet, il-policy qed tipproponi wkoll li s-sidien tal-art għandhom jiffinanzjaw il-kostruzzjoni tat-toroq meħtieġa u t-titjib tal-junction fi ħdan iż-żona. Il-fondi li jiġu ġġenerati mill- planning gain ser jkunu qed jintużaw għat- titjib ta' faċilitajiet rikreattivi u inizjattivi ambjentali oħra fil-Park Nazzjonali Ta' Qali. Għal kull min huwa interessat, il-policy proposta tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar: www.pa.org.mt/consultation Rappreżentazzjonijiet dwar ir-reviżjoni proposta għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku: nwlp.taqali@pa.org.mt. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand l-Awtorità sal- Ġimgħa, 16 ta' Ottubru 2020. Terġa tinħareġ mill-ġdid il-policy li tbiddel iż- żona industrijali f'Ta' Qali għal żona kummerċjali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020