Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Terremot 'L-arrest ta' Keith'. X'inhu l-effett Din il-ġimgħa kulħadd kien qed jitkellem dwar l-iffirżar tal-assi ta' Keith Schembri, martu u kumpaniji u persuni relatati magħhom. Naturalment arrest ta' din il-portata jkollu effett politiku fuq il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Dawn l-avvenimenti kif se jaffetwaw lill-Prim Ministru? U x'effett se jkollhom fuq il-PN u fuq Adrian Delia u dawk li ilhom jopponuh, ġimgħa u nofs biss qabel elezzjoni interna? L-ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din kienet ġimgħa partikolari ħafna b'dak li kien l-akbar u l-aktar persuna b'saħħitha fil- Gvern ta' Joseph Muscat - Keith Schembri - jispiċċa arrestat u l-assi kollha tiegħu u ta' martu ffriżati. Ġimgħa illi fiha l-eġemonija Laburista li bena l-istess Muscat, li kellha poter assolut fil-Partit Laburista, resqet l-aktar viċin tax- xifer. Dan kollu għandu effett politiku enormi - mhux biss fuq il-Partit Laburista imma wkoll fuq il-Partit Nazzjonalista u l-elezzjoni li se tkun diġa' saret bħal-lum ġimgħa. Dwar l-effett li dan jista' jkollu fuq il-Partit Laburista din il-gazzetta diġa' kienet fasslet analiżi li tagħti ħarsa lejn kif il-waqa' ta' Schembri tista' tfisser il-waqa' ta' ħafna minn dak li jirrapreżenta l-Gvern ta' Muscat, u taffetwa l-pożizzjoni tal- Prim Ministru preżenti. Robert Abela jista' jbati - għaliex il-fiduċja ta' ħafna votanti floaters tintilef fil-Partit Laburista, pero' jista' jgawdi wkoll fis-sens illi jidher li taħtu bħala PM r-rota tal-ġustizzja qegħda fil-fatt iddur, anke kontra l-aktar nies b'saħħithom fil-Partit Laburista. Keith Schembri: L-akbar għadu tal- PN u l-eminenza griża fil-PL Keith Schembri mhuwiex sempliċiment kulħadd. Huwa l-persuna li kien qed imexxi l-kampanji tal-Partit Laburista u huwa l-persuna li jidher illi kellu saħħa biżżejjed biex minkejja kollox u minkejja l-imbarazzamenti kbar li ġabu l-Panama Papers: baqa' jżomm postu. Meta niżel hu, niżel Muscat it warajh. Kieku kellna inqabblu l-pożizzjoni ta' Schembri ma' xi ħadd fil-PN, l-eqreb li jiġi f 'termini ta' saħħa politika ikun Richard Cachia Caruana. Schembri kien il-factotum fuq il- messaġġ u n-narrattiva tal-Gvern, kien - kiteb Saviour Balzan - il- persuna li bdiet tmexxi n-narrattiva illi lil Daphne Caruana Galizia qatluha persuni relatati maż-żejt. Kien il-persuna - xehed Chris Fearne, illi ħadem kontrih u kien fuq kollox il-persuna li jinħass - għax xi raġuni li sal-lum għadha mhux kristalizzata biżżejjed, kważi dejjem protett minn Muscat. L-eks PM dejjem baqa' lura ħafna milli jkun inekwivoku fil-kritika tiegħu - anzi qatt ma kien dirett u kritiku biżżejjed ta' dan il-bniedem li kif nafu kien ħabib tiegħu. Keith Schembri huwa mium li kien il-pont tal-Partit Laburista ma' mijiet ta' negozjanti kbar, fosthom u traġikament - bejn Yorgen Fenech u l-Partit Laburista, speċifikament ma' Muscat. Dan ħalla l-frott naturalment, b'diversi negozjanti kbar jibdew jappoġġjaw lill-Labour. Imma Schembri jibqa' wkoll f 'għajnejn ħafna Nazzjonalisti u forsi lilhinn ukoll - u issa aktar u aktar - il-persuna li tippersonifika l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni bla rażan u ta' livelli stratosferiċi li allegatamernt seħħew fl-aħħar seba' snin. Huwa l-wiċċ tal-kwistjoni tal-Panama u biex tgħaxxaq ġie implikat minn Yorgen Fenech fil- qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa rigwardat minn ħafna votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti bħala 'korrott' u parti minn sistema li diversi fl-għaqda Repubblika jfissru bħala "maa." L-arrest tiegħu u l-iffirżar tal-assi tiegħu u ta' martu għal bosta fil-PN ifissru diversi affarijiet: L-ewwelnett ifissru għal dawn li l-eks Kap tal- Partit Nazzjonalista Simon Busuttil - fuq dawn l-allegazzjonijiet sa issa jidher illi kellu raġun. Fis-sens, ladarba kien hemm l-azzjonijiet li kien hemm u ladarba jidher li l-inkjesta qalet illi hemm "suspett raġonevoli" ta' ħasil ta' flus, jirriżulta li wara kollox dawk il-box files li kien ħa Busuttil fuq dan il-każ ma kinux kompletament vojta. It- tieninett dan kollu jagħti impetu qawwi lin-narrativa Nazzjonalista li dak ta' Muscat kien Gvern korrott, anzi li "l-aktar Gvern korrott fl- istorja." U finalment l-avvenimenti ta' din il-ġimgħa jfissru - għal ħafna Nazzjonalisti - li l-PN reġa "kien fuq in-naħa tajba tal-istorja." L-avvenimenti ta' din il-ġimgħa kienu bħal rebħa morali għal diversi persuni li fl-2017 ivvutaw lill-PN. Għall-ħafna votanti tradizzjonalment Laburisti, dawn ma kinux aħbarijiet sbieħ - speċjalment wara snin illi matulhom il-magna tal-partit immexxija minn Keith Schembri nnifsu kienet qed tingħata, kontinwament, iż-żejt biex tikkritika, twieġeb u xi kultant tattakka u tiżżuetta bil-PN, b'mod speċjali fuq dawk il-famużi box files dwar dawn l-akkużi. Rebħa kbira interna għal 'Ta' Simon' Jekk se nħarsu strettament lejn dan il-każ u l-iżviluppi ta' din il- ġimgħa, internament dawn taw imbutttura enormi lil dawk li huma perċeputi bħala "ta' Simon Busuttil" jew inkella dawk li Adrian Delia u l-Partit Laburista jħobbu jsejjħu 'l-establishment'. Il-fatt illi dik li tista' tkun ikkunsidrata bħala l-waqgħa definittiva ta' Schembri fl-abbissi politiċi, hija marbuta u attribwita mal-ħidma ta' Busuttil mgħejjun minn Jason Azzopardi, Karol Aquillina u appoġġjat minn ħafna Joseph Muscat Robert Abela Keith Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020