Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 l-effett fuq iż-żewġ partiti u fuq l-elezzjoni fil-PN? mid-Deputati "ribelli" tal-PN, tat lil dan il-grupp ta' politiċi raġuni b'saħħitha ta' eżistenza. Ir-reazzjoni ta' bosta fil-kamp ta' kontra Delia, imma anke lilhinn mill-istess kamp u mill-PN kienet illi "Daphne Caruana Galizia kellha raġun u Simon Busuttil kellu raġun u Jason Azzopardi kellu raġun ..." Dawn l-avvenimenti taw validazzjoni kbira lill-eżistenza ta' dan il-grupp ta' Deputati u uffiċjali tal-PN, li issa se jkun jew diġa' sar prattikament impossibbli li jitneħħew. Naturalment għalkemm Bernard Grech qed iżomm l-immaġini illi hu mhu qed jitkellem f 'isem ħadd imma, kif jingħad bl-Ingliż, 'his own man' - kull daqqa 'l fuq li jaqilgħu nies bħal Fenech Adami, De Marco, Claudio Grech, Metsola, Busuttil, Karol Aquilina u oħrajn hija daqqa 'l fuq għalih. U kull daqqa 'l isfel għalihom hija waħda għalih. Delia huwa konxju dwar dan, fil- fatt fi stqarrija xi erba' sigħat wara li ħarġet l-aħbar huwa elenka x'għamel hu fir-rigward tal-korruzzjoni, filwaqt li ma rrikonoxxiex il-fatt li dawn l-iżviluppi kienu grazzi għall- akkużi ta' Busuttil, li hu prova jkeċċi! It-tneħħija ta' Busuttil, deċiżjoni li kellu jreġġa' lura wara pressjoni kbira interna, tibqa' sal-lum l-akbar żelqa strateġika ta' Delia. L-ewwel u qabel kollox ma kinitx maħsuba strateġikament, fis-sens illi Delia ma rax u ma eżaminax minn qabel l-effett li din se jkollha fuqu. It-tieninett kienet ukoll deċiżjoni prematura, speċjalment fid-dawl tal-fatt li Delia stess kien qal li biex isir ġudizzju dwar Egrant Inc. kien hemm bżonn li jkun ippubblikat ir-rapport kollu tal- Imħallef (dak iż-żmien Maġistrat) Aaron Bugeja. Il-fatt illi kienet treġġet lura din id-deċiżjoni, kienet meqjusa minn bosta bħala dgħjufija jew inkella ammissjoni illi kienet deċiżjoni ħażina. Nies bħal Azzopardi u anke erese Comidini Cachia, minkejja li huma mibgħuda minn sezzjoni ta' votanti Nazzjonalisti - il- fatt li jinsabu fil-qalba tal-aktar investigazzjonijiet u każi jaħarqu li għaddejjin fil-pajjiż bħalissa, jagħtihom vantaġġ politiku - hekk kif jidhru aktar li jinsabu fir-ringieli ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-avversarju Laburista. Il-Prim Ministru kurrenti m'għandux ikun issottovalutat U dan kollu fejn iħalli lill-PN meta mqabbel mal-Prim Ministru kurrenti? Jista' jkun hija kumbinazzjoni, pero probabbilment mhix, li kemm ilu Prim Ministru Robert Abela jidher li r-roti tal-ġustizzja qed iduru. Dan speċjalment fid- dawl tal-bidla fit-tmexxija tal- Korp tal-Pulizija u l-wegħda tal- Kummissarju tal-Pulizija preżenti Angelo Gafa' li mhu se jħares lejn wiċċ ħadd. Il-Partit Nazzjonalista jagħmel żball jekk janalizza s-sens ta' rabja, diżillużjoni u l-kritika li qed issir lejn Schembri u - b'ħafna inqas intensità - lejn Muscat bħala appoġġ awtomatiku lejh. Jiġri x'jiġri l-għażla ta' Gafa' tibqa' ta' Abela u meta tasal elezzjoni l-PM u Mexxej Laburista żgur se jkun qed juża l-iżviluppi drammatiċi ta' bħalissa u li jistgħu jseħħu fiż- żmien li ġej biex jidher illi verament hu pprova jnaddaf u jirranġa sitwazzjoni politika xejn feliċi li sab meta hu sar Mexxej Laburista u PM. Jekk hu kapaċi juri illi qed inaddaf il-ħmieġ li seta' sab, ikun qed jagħmel rebħa morali kbira għalih innifsu u anke għall-Partit Laburista. Il-Partit Nazzjonalista jkun qed jagħmel żball strateġiku kbir jekk jaħseb illi f 'elezzjoni ġenerali li jmiss se jkun hemm rabta awtomatika u intrinsika bejn Muscat u Abela f 'moħħ il-votanti u li awtomatikament id-dnubiet ta' Muscat/Schembri/Mizzi se jsiru dawk ta' Abela. Robert Abela huwa mium, illi għandu ħafna appoġġ u direzzjoni wkoll minn missieru George Abela, President Emeritus u eks Deputat Mexxej tat-trijumverat rebbieħ tal-MLP fl-1996. Il-PN ma jistax jissottovaluta d-determinazzjoni tal-familja Abela li ma tiċċappasx bl-allegazzjonijiet, dellijiet u ħmieġ ta' ħaddieħor. Naturalment kollox se jiddependi fuq l-impatt li jkollu Kieth Schembri fuq din l-eġemonija jekk dan jinżel. Il-mistoqsija naturalment tibqa': Jekk politikament Schembri jinżel aktar, lil min se jniżżel miegħu? X'jaf dwar membri tal-Kabinett kurrenti jew passati? U min kien parti - konxjament jew le - minn ehim jew ħidma illi fiha kien ċentrali hu? Dawn l-avvenimenti taw validazzjoni kbira lill-eżistenza ta' dan il-grupp ta' Deputati u uffiċjali tal-PN, li issa se jkun jew diġa' sar prattikament impossibbli li jitneħħew Simon Busuttil Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020