Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum IV PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP Il-glorja, il-waqgħat, in-nuqqasijiet u l-gambetti Tkompli minn paġna III Eddie Fenech Adami (1977-2004) Sigriet magħruf. Eddie Fenech Adami jibqa' l-aħħar Kap tal-Partit Nazzjonalista li tista' tgħid dejjem kellu l-appoġġ tan- Nazzjonalista kollha. Minn ribell, niżżel ismu bħala l-aktar Kap maħbub li qatt kellu l-Partit Nazzjonalista u bħala wieħed mill-aktar persuni influwenti l-istorja politika tal-pajjiż. Fenech Adami sar Kap Nazzjonalista wara Ġorġ Borg Olivier, f 'elezzjoni li ma kinitx nieqsa mill-intriċċi u li dwarhom tefa' aktar dawl il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici fl-awtobijorgrafija tiegħu: 'Konvinzjoni u Esperjenza.' Fil-fatt, Mifsud Bonnici jfakkar kif Guido de Marco kellu l-ambizzjoni li jkun hu li jieħu post Borg Olivier u saħansitra kien ħajjar lilu biex jikkontesta l-elezzjoni bil-għan li l-voti ta' Fenech Adami jinqasmu u ma jkollux maġġoranza. Jispjega kif meta ġie Eddie Fenech Adami, mill-ewwel kien meqjus bħala 'vantaġġ' għall- Partit Nazzjonalista, anke jekk dak iż-żmien kien għadu ġdid u ma rnexxilux jiġi elett fl- elezzjoni tal-1962, fosthom għax fuq l-istess distrett tiegħu kien hemm erba' kandidati żwiemel. Fil-fatt, Fenech Adami kien ġie co-opted fil-Parlament fl-1969. Dak iż-żmien anke de Marco kien favur Eddie għax kien jemmen li l-Grupp Parlamentari kellu bżonnu u forsi anke għax ma kienx jarah bħala theddida. Madanakollu fl-1977, induna li Fenech Adami kien b'saħħtu u kien għalhekk li beda jħajjar lil Mifsud Bonnici biex jikkontesta, offerta li ma aċċettax. Li hu żgur huwa li de Marco aċċetta dak ir-riżultat u dejjem ħadem spalla ma' spalla ma' Fenech Adami li ħadem mhux biss biex jifforma lill-pajjiż, iżda anke lill-Partit. Fenech Adami kien għaqli biżżejjed biex ipoġġih Deputat Kap. Fenech Adami serva bħala Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u mill-ġdid bejn l-1998 u l-2004. L-ewwel snin tiegħu ma kienu xejn feliċi. Kien Kap tal-Oppożizzjoni fi żmien ta' tensjoni politika fil-pajjiż u ħafna għadhom jiakkru l-attakk fuq id-dar tiegħu f 'Ottubru tal-1979. F'dan il-perjodu l-Partit Nazzjonalista żied fil-popolarità tiegħu tant li kiseb il- maġġoranza tal-voti fl-elezzjoni tal-1981 iżda ma ġabx il-maġġoranza tas-siġġijiet Parlamentari. Fenech Adami mexxa b'suċċess kampanja ta' diżubiddjenza ċivili u anke bbojkotja l-Parlament repetutament bejn l-1981 u l-1983. F'Marzu tal-1983, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Fenech Adami rritornat fil-Parlament biex setgħu jibdew in-negozjati biex issir riforma Kostituzzjonali biex il-partit li jirbaħ il- maġġoranza tal-voti jiggverna. Iżda t-tensjoni ma naqsitx. Sal-elezzjoni li kien imiss seħħ l-inċident f 'Tal-Barrani fejn Fenech Adami kellu jindirizza mass meeting u nqatel Raymond Caruana fil-każin tal-PN fil-Gudja. Għadu jissemma d-diskors li kien għamel Fenech Adami fil-Parlament meta kien iddikkjara li l-Baġit li l-Gvern kien għadu kemm ressaq kien irrilevanti wara dak li kien qed iseħħ fil-pajjiż, bit-tensjoni fil-Parlament teskala, b'Deputati tal-Gvern, fosthom Wistin Abela u Lorry Sant kważi jħebbu għalih. B'maġġoranza ta' 5,000 vot, Fenech Adami rebaħ l-elezzjoni tal-1987 bl-għajta "Xogħol, Ġustizzja u Libertà," għajta li flimkien ma' dik favur is-sbuħija għall-Unjoni Ewropea, it snin wara, kienu l-aħħar żewġ mottos li kienu juru biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni għall-futur. Fl-ewwel disa' snin bħala Prim Ministru, Fenech Adami mexxa perjodu b'saħħtu ta' bidla. Immodernizza lill-pajjiż u kabbar ir- relazzjonijiet internazzjonali tiegħu. Gvern immexxi minnu biddel l-infrastruttura tal-pajjiż. Biżżejjed insemmu l-bini tal-ajruport il-ġdid, l-impjanti tar- reverse osmosis u l-powerstation. Is-suq kien illiberalizzat u pprivatizza s-servizzi tat-telekommunikazzjoni, dawk bankarji u finanzjarji. Fis-16 ta' Lulju tal-1990 beda perjodu ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea bil-għan li Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Meta reġa' sar Prim Ministru, fl-1998, Fenech Adami kompla bl-applikazzjoni biex Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea u dan wara li l-istess applikazzjoni kienet ġiet iffriżata minn Alfred Sant fi żmien li għamel Prim Ministru. Huwa reġa' sar Prim Ministru fl-2003, it ġimgħat biss wara li rebaħ ir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fis-16 ta' April tal-2003, it jiem biss wara l-elezzjoni ġenerali, Fenech Adami ffirma t-Trattat għas-Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, biex hekk Malta, flimkien ma' disa' pajjiżi oħra, saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tal-2004. Bla dubju, din tibqa' l-akbar kisba li Fenech Adami jibqa' mfakkar għaliha. Kien iffaċjat ukoll b'kontroversji. Forsi l-aktar waħda li tibqa' tissemma hija l-maħfra presidenzjali li huwa kien irrakkomanda għal Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi. Fenech Adami kien irrakkomanda din il-maħfra lil Fenech (li għal xi żmien kien uffiċjal tas-sigurtà tiegħu) hekk kif hu kien ix-xhud ewlieni fil-każ tal-attentat tal-qtil ta' Richard Cachia Caruana, dak iż-żmien assistent personali tal-Prim Ministru. Fl-età ta' 70, Fenech Adami kien irriżenja minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fit-23 ta' Marzu tal-2004 rriżenja wkoll minn Prim Ministru u minn Deputat Parlamentari. Serva wkoll bħala President ta' Malta. Lawrence Gonzi (2004 – 2013) Lawrence Gonzi kien l-aħħar Kap tal- Partit Nazzjonalista li serva wkoll bħala Prim Ministru. Anke jekk tista' tgħid li kien fi żmienu, meta l-Partit Nazzjonalista beda sejjer lura, irnexxielu jżomm lill-Partit Nazzjonalista warajh anke jekk ukoll sab ma' wiċċu Deputati ribelli li għamlulu l-aħħar snin tiegħu diffiċli. Gonzi ħa post Eddie Fenech Adami bħala Kap Nazzjonalista wara li kien kiseb 808 voti (94%) mit-859 vot li kienu ntefgħu fit-tieni votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap fl-2004. Dak iż-żmien kienu l-Kunsilliera biss li kienu jivvotaw. F'dik l-elezzjoni, Gonzi kien tellaq kontra John Dalli u Louis Galea. Louis Galea kien eliminat fl-ewwel votazzjoni u John Dalli kien imbagħad irtira l-kandidatura tiegħu. Lawrence Gonzi serva bħala Prim Ministru ta' Malta bejn l-2004 u l-2013. Bħala Kap tal-PN, Gonzi kien rebaħ elezzjoni waħda ġenerali, jiġifieri dik tal-2008, anke jekk bi żbrixx. L-għajta f 'dik l-elezzjoni kienet GonziPN, l-ewwel darba li l-għajta f 'elezzjoni kienet iddur ma' persuna waħda. Fuq naħa din kienet turi l-fiduċja fil-partit kellu fil-Kap tiegħu, xi ħaġa li it li xejn għadha tgħodd illum iżda mill-banda l-oħra turi wkoll in-nuqqas ta' viżjoni li it it kien beda jbati minnha l-Partit Nazzjonalista. Il- Kap kien l-uniku arma li kien fadallu l-PN. Gonzi daħħal lil Malta fiż-żona ewro u mexxa tajjeb lill-pajjiż fi żmien ta' kriżi ekonomika dinjija li rat ekonomiji b'saħħithom jinstabbtu u oħrajn jitqanżħu biex iżommu miexja. Huwa kien Prim Ministru fi żmien il- kriżi fil-Libja li rat it-tmiem tal-Kurunell Muammar Gaddafi. Kien ipproteġa żewġ piloti li ħarbu lejn Malta bl-arjuplani militari wara li kellhom ordni biex imorru jattakkaw ir-ribelli. Fi żmienu, Malta offriet ukoll għajnuna umanitarja u assistenza medika lil- Libja. Gvern immexxi minnu kien ħadem ukoll biex itejjeb il-kompetittività ta' Malta fis- suq internazzjonali u ħadem biex Malta tattira setturi ġodda bħall-farmaċewtika u tal-IT waqt li ħadem biex jissaħħaħ is-settur pubbliku. Iżda mhux kollox kien ward u żahar. L-aħħar snin ta' Lawrence Gonzi ma kinux faċli. Biżżejjed insemmu l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma li dwarhom kien kontinwament ikkritikat, l-iskandlu taż-żejt, il-falliment tal-Arriva, il-famuża żieda ta' €500, l-allegazzjonijiet ta' tixħim kontra membri tal-Gvern u tgħaqqad kollox l-oppożizzjoni u l-kritika li sab mid-Deputati Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett u dan meta l-Gvern kellu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed fil-Parlament. Dan wassal lil Lawrence Gonzi biex fl-2012 isejjaħ għal elezzjoni għall-Kap. Fiha hu kien l-uniku kandidat u kien ġie kkonfermat Kap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020