Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum XII PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP X'qalu mal-ILLUM Adrian Delia u Bernard Grech? Adrian Delia qal: "Ma naqbilx li l-Grupp Parlamentari mhux warajja. Għax ma naqblux fuq ċertu deċiżjonijiet ma jfissirx li qed issir sfida għall-pożizzjoni tiegħi bħala Kap tal-Oppożizzjoni," – Delia dwar il-fiduċja fil-Grupp Parlamentari. Settembru 2018 "Staqsi lilu, li naf fiċ-ċert huwa li mhux talli kkonvinċejtu talli qed jaħdem kemm jiflaħ biex niġbdu ħabel wieħed, biex ikollna gvern alternattiv," - Delia dwar Jason Azzopardi. Settembru 2020 "Jiena ma kellix problemi li saru attakki fuqi u kull attakk li sar fuqi jien irribattejtu. Urejt li l-ebda storja ta' Daphne Caruana Galizia ma kienet vera. Imma mod targumenta, tiddiskuti u ma taqbilx u mod toqtol," - Delia dwar l-allegazzjonijiet li għamlet fuqu Daphne. Settembru 2018 "Għax ma titkellimx fuq il-korruzzjoni biss ma jfissirx li inti m'intix kontra l-korruzzjoni. Xi ħadd isemmi ħaġa waħda li hija waħda, fejn jien kont tolleranti għall-korruzzjoni," - Delia dwar l-allegazzjoni li hu ma jistax jiġġieled il-korruzzjoni għax hu stess korrott. Settembru 2018 "Jiena ma naqta' qalbi qatt. Kieku naqta' qalbi taħseb li kont se nidħol f 'partit li kien għadu kif esperjenza l-akbar telfa elettorali fl-istorja, li kellu sitwazzjoni ta' finanzi kienu kif kienu u li kien qed jitlef l-appoġġ, fuq medda ta' snin." - Delia dwar l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew li kienu ġejjin. Settembru 2018 "L-ewwel jakkużawni li jien qrib in-negozjanti u li akkumulajt il- miljuni u issa qed jakkużawni li jien fallejt ... Jien naf biss li jien problemi finanzajri m'għandix," - Delia dwar l-allegazzjonijiet dwaru qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-PN. Awwissu 2017 "Saħansitra ma naħsibx li se nitilfu. Nemmen li l-pajjiż se jgħaddi minn perjodu fejn il-poplu se jkollu jiddeċiedi l-futur ta' ġenerazzjonijiet ... se niġu għal deċiżjonijiet iebsa. Nemmen li l-PN bil- preparazzjoni li qed jagħmel, billi jġib il-biċċiet kollha flimken biex jagħmel mużajk b'saħħtu, se joffri alternattiva b'saħħitha" – Delia dwar l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss meta intervistat mill- Editur tal-ILLUM. Mejju 2020 "Niddikjara bl-aktar mod assolut u kategoriku illi jiena qatt ma ltqajt ma' Yorgen Fenech wara li ħarġet l-aħbar illi dan kien involut fil-kumpanija 17 Black," - Delia meta wieġeb mistoqsiijet tal-ILLUM dwar ir-rabta tiegħu ma' Yorgen Fenech. Ġunju 2020 Bernard Grech qal: "Il-Partit Nazzjonalista ma investix biżżejjed u ma indirizzax biżżejjed il- bżonnijiet tar-residenti tan-nofsinhar ... Armejnilhom il-valur tal-proprjetà. Storbju u light pollution il-ħin kollu. Narmu l-Freeport? Le. Imma ma investejnix biżżejjed fihom," - Grech meta żar il-kamra tal-aħbarijiet tal- MediaToday f 'Awwissu 2020 "Jiena ddeċidejt li nikkontesta mingħajr ħadd ma għamilli kundizzjonijiet," - Grech meta mistoqsi dwar il-pressjoni mill-PN biex jikkontesta. Awwissu 2020 "Ma tistax titkellem ma' xi ħadd li huwa bil-ġuħ, jew li qed jibża' li jispiċċa bla saqaf fuq rasu dwar il-governanza t-tajba. In-nies iridu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi ta' kuljum u ma tistax tgħidilhom li l-governanza t-tajba eventwalment se ssolvilhom il-problemi kollha," - Grech meta mistoqsi dwar l-insistenza tal-PN fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Awwissu 2020 "Jekk ma għandekx l-awtorità morali ma tistax tgħid lil ħaddieħor biex isegwik ... Il-prijorità tiegħi se tkun li niġbed ir- rispett ta' kulħadd, mhux permezz taċ- ċensura imma bil-persważjoni," – Grech meta mistoqsi kif se jgħaqqad lill-PN. Awwissu 2020 "Mela l-Prim Ministru kemm kien ħabib ta' Yorgen Fenech, kemm kien jikkomunika miegħu, biex jekk jieqaf jikkommunika miegħu kien se jiġbed l-attenzjoni? Dan huwa dettall żgħir u importanti. Hawn inqabad il-Prim Ministru," - Grech dwar il-fatt li Yorgen Fenech kien mistieden mill-PN għall- party fil-Girgenti. Diċembru 2019 "Il-Maġistrat qal li ma sabx provi li Egrant hija ta' Joseph Muscat jew ta' martu u mhux li sab il-provi li mhijiex ta' Joseph Muscat jew martu. Hemm differenza kbira," - Grech dwar l-inkjesta Egrant. Diċembru 2019 "Raġuni hemm. Id-dell hemm qiegħed. Jidher li għadu jaffettwah u jrid jindirizzah hu. Hu jaf kif irid jindirizzah. Irid jieħu miżura drastika biex jindirizza dik il-problema ... altrimenti se mmorru għal elezzjoni u se jkollna partit li għadu mhuwiex sfida b'saħħitha biżżejjed għall-Gvern," – Grech dwar il-fatt li Adrian Delia mhux jikkonvinċi lin- nies. Diċembru 2019 "Imma rrid inkun ċar li s-soluzzjoni tal-problema mhijiex xi superhero ... il-problema tista' tkun indirizzata jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed," – Grech meta mistoqsi hux ħiereġ għall- elezzjoni u kif se tissolva l-problema tal-qasma fil-PN. Diċembru 2019 YENDRICK CIOFFI Iż-żewġ intervisti li qed nippubblikaw f 'dan is-suppliment speċjali fil-qalba tal-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista mhumiex l-ewwel li l-gazzetta ILLUM kellha mal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-kandidat Bernard Grech. Delia x'aktarx li kien l-aktar Kap ta' Partit li kien lest ipoġġi mal-gazzetta ILLUM u jħalliha tistaqsih. Min-naħa tiegħu Bernard Grech kien żvela l-intenzjoni tiegħu li joħroġ għall- politika ma' din l-istess gazzetta. Dawn ta' hawn taħt huma uħud mill- kwotazzjonijiet l-aktar interessanti li qalu mal-ILLUM:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020