Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

09 films illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Carmel Bonnici L-awtur Stephen King fiċ-ċinema (2) ... Ikompli mill-ġimgħa l-oħra Se nsemmi l-aħjar fost il-films ta' Stephen King u nagħti wkoll xi tagħrif qasir dwar oħrajn ta' livell ogħla: Carrie (1976): Storja evokattiva dwar tfajla mistħija, miżmuma f 'injoranza tal-fatti tal-ħajja minn omm skrupluża reliġjuża, bid-don tal-qawwa li ċċaqlaq l-affarijiet. Meta fil-Prom Night tal-iskola tkun il-vittma ta' ċajta verament kerha u goffa, tqajjem pandemonju sħiħ biex tivvendika bl-aħrax lil dawk li kasbruha. Sissi Spacek hi Carrie Brown u John Travolta għandu parti sekondarja qabel ma ħa l-fama. Reġa' nħadem fl-2016. e Shining (1980): Wieħed mill-isbaħ films ta' kull żmien tat-twerwir dwar kittieb. Jack Nicholson, bl-inkarigu li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' lukanda maqtugħa għaliha waħedha, fix-xitwa, meta tkun magħluqa minnħabba s-silġ. Hemm ġew, f 'dawn ix-xhur kesħin, bil-mara u t-tifel miegħu, jibda jitlef moħħu, bħal dawk ta' qablu, b'konsegwenzi traġiċi. Dan apparti l-iħirsa ma' kullimkien. Film ta' impatt sod tal-ġeneru "implied horror". Christine (1983) : Bestseller ta' King dwar karozza msaħħra, Plymouth 58, mlaqqma Christine, li jkollha poteri demoniċi, fosthom li ssir trasparenti u tibda toqtol. Children of the Corn (1984) : Minn storja qasira ta' dan l-awtur dwar koppja li jsibu ruħhom f 'belt żgħira f "Iowa, mmexxija minn setta ta' żgħażagħ li joqtlu u jsaqqu bid-demm il-qamħ li jikber tassew għoli. Warajh ħarġu tlieta oħra ta' livell aktar baxx. e Running Man (1987) : Stephen King kiteb din l-istorja taħt il-psewdonomu ta' Richard Bachman. Arnold Schwarzenegger jaħdem il-parti prinċipali fi storja ambjentata fil-futur. Hu jkun l-iktar qattiel gwapp fl-Istati Uniti fi stat ta' ħakma tirannika u jkun imqabbad jieħu sehem f 'logħba tassew perikuluża, murija diretta fuq it-TV fejn dawk il-it li jsalvaw jieħdu l-liberta'. Misery (1990): Awtur rinomat ta'novelli romantiċi jkun kkurat minn waħda akkanita għall-kotba tiegħu, wara li jikkraxxja fis- silġ bil-karozza. Meta jfiq hi ma tħalliħx joħroġ u anki tikkawżalu diżabilità, biex iżżommu priġunier f 'darha. Cathy Bates rebħet l-Oscar għal din il-parti. IT (2017) u IT: Chapter 2 (2019): L-awtur kiteb din l-istorja fl-1986 u fis-sena 1990 inħadmet bħala serje qasira. L-ewwel parti ta' dan ir-rakkont dwar ċorma ta' tfal fil-belt żgħira ta' Derry, f 'Maine dehret f 'film sħiħ fejn dawn it-tfal li jkunu aggrediti minn sħabhom tal-iskola, magħrufa bħala e Losers, fis-sajf tal-1989 jingħaqdu flimkien biex jippruvaw jeqirdu lil Pennywise, mostru li jbiddel surtu u li jidher liebes ta' buffu. Is-suċċess kbir mhux mistenni it wara ġab is-sequel jew it-tieni parti tal-volum. 27 sena wara dawn l-avvenimenti, Pennywise jerġa jidher biex jeqred lit-tfal li issa saru adulti u li tferrxu. Pero', telefonata ta' wieħed minnhom terġa' tiġbor lil e Losers flimkien, lesti għall-ġlieda ħarxa finali. Dr. Sleep (2019): Stephen King kiteb is-sequel għan-novella tiegħu tal-1977 u anki ghall-film tal-1980 e Shining fl-2013. L-adult Dan Torrence (Ewan McGregor) irid bil-mezzi kollha tiegħu jipproteġi tifla żgħira b'doni speċjali bħal tiegħu minn għaqda kulta li jaqbdu tfal speċjali biex ikomplu jiksbu l-immortalita'. Immexxi minn mara liebsa kappell li fih stil, Dan, it-tifla flimkien mal- gang jiffaċċjaw lil xulxin fil-final fl-Overlook Hotel fejn ħafna snin qabel seħħew inċidenti makabri u tassew tal-biża'. Films oħra ta' dan l-awtur li mhumiex tal-biża' pero' xorta waħda b'atmosfera morbida huma: e Shawshank Redemption (1994): Tim Robbins jintbgħat il- ħabs għal għomru lejn l-aħħar tas- snin 40 minnħabba qtil doppju, Żewġ ħabsin oħra wkoll bħalu, Morgan Freeman u William Sandler jibdew jammirawh għax Tim dak li jwiegħed jagħmlu u anki jkollu kodiċi morali. Fil- ħabs jitqannew bi gwardjan kattiv u brutali. Dawn iħejju pjan inġenjuż biex jaħarbu. Dolores Caliborne (1995): Mara min Maine tkun akkużata li qatlet lil dak li ilu jimpjegaha. Din l-akkuża ġġib fid-dar tagħha li bintha li ilha li telqet. Bejn dawn iż-żewġ nisa tinbet kwistjoni fejn ħafna mistoqsijiet tal-passat li qatt ma ġew solvuti jerġgħu jirxuxtaw. Xogħol tajjeb fejn Cathy Bates bħala l-omm terġa' tiddomina. e Green Mile (1999): Raġel anzjan jiakar inċident li fl-1935 biddillu ħajtu meta hu (Tom Hanks), bħala gwardjan, kien qed jieħu ħsieb dawk li jingħataw is- siġġu elettriku f 'ħabs f 'Louisiana. Hemm iltaqa' ma' raġel iswed, tassew fih ġolf, pero' ġentili (Michael Clarke Duncan) b'don speċjali mhux tas-soltu. Film tajjeb, twil, b'diversi mumenti ta' mpatt qawwi. Stand By Me (1986): Apposta ħallejt dan il-film għall-aħħar. Stephen King hawn jagħti kwadru vividu taż-żogħżija. Inħarsu lura lejn il-ħbiberija fis-snin ħamsin f 'dan l-istadju tal-ħajja, meta Richard Dreyfuss jiakar meta hu u sħabu addoloxxenti sabu ġisem mejjet ħdejn ix-xmara, xi ħaġa li baqgħet stampata ġo moħhom. Film li juri t-transizzjoni bejn it- tfulija u l-irġulija. Ibbażat minn fuq in-novella e Body. Il-volumi ta' Stephen King se jibqgħu jinħadmu għal-liżar il- kbir għax dejjem iqanqlu l-kurżita' ta' ħafna kif għamlu reċentement films bħal IT u IT Chapter 2! Films Oħrajn: Salem's Lot (1979), Creepshow (1982), Firestarter (1984), e Dead Zone (1983), Maximum Overdirve (1986), inner (1996), Tales from the Crypt: e Movie (1990), Apt Pupil (1998) u Hearts in Atlantis (2001).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020