Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

10 oroskopju IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum L-oroskopju taħt iż-żodijaku ta' Libra mill-Ħadd 27 ta' Settembru sas-Sibt 3 ta' Ottubru Kompetizzjoni tal- kalendarju żodijaku Bħalma nagħmel fl-aħħar tax-xahar, qed inwasslilkom kompetizzjoni sempliċi għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna. Ibagħtu l-kummenti tagħkom dwar din il-paġna. L-aħjar tliet kummenti li jintgħażlu, jirbħu dan il-kalendarju żodijaku għall-valur ta' €15. Indirizzaw l-ittra tagħkom lil: PaulJon Aquilina, 'Kompetizzjoni ILLUM', PO Box 27, Poala. Ir-rebbieħa jitħabbru fil-ħarġa tal- ILLUM tal-Ħadd 11 t'Ottubru. Għal aktar tagħrif żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku għalik bħala Aquarius ser ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta' dak li qed tiffoka fuqu int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu. Dan jawgura tajjeb sabiex dak li tant tixtieq jibda jagħtik is- sodisfazzjon tant meħtieġ però trid tagħraf iżżomm bilanċ mat- tkomplija tal-ħajja madwarek.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' Taurus ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik Aquarius magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku għalik bħala Pisces ser ikun ifisser li għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. Bħal dejjem li tisma' parir dejjem hu ta' gwida, asal sa hemm. Kun b'saħħtek biżżejjed sabiex tibda tasal għall- konklużjonijiet mingħajr pariri. Dan huwa żmien sabiex tagħraf tiakar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta' Scorpio ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik Pisces huma magħrufin bħala nies umli. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun mument ta' riflessjoni dwar dak li għaddej minnu fil-preżent. Dan jaf jagħmlek iktar iffokat u grazzi għal dan tkun tista' tieħu ċerti deċiżjonijiet b'mod aktar għaqli sabiex jitkattar u jissaħħaħ dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Aries huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hija l-Jade Red. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku għalik bħala Taurus ser ikun ifisser li int tista' tibda tagħraf aktar il- bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb li f 'dan il-perjodu ddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal il-mument ta' pressjoni fil- karriera, tkun aktar imħejji u b'hekk tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik Taurus huma magħrufin għall-umiltà tagħhom Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku għalik bħala Gemini ser ifisser li trid toqgħod attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal dak li ġej lejk fil-qrib. Dan huwa perjodu delikat ħafna għalik. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu tensjoni ġewwa fik, għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt sabiex tasal fejn tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' Virgo ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik Gemini huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku għalik bħala Cancer ser ikun ifisser li ser tħossok it imfixkel minħabba ċertu proġetti li għandek madwarek. Dawn jafu joħolqu fik konfużjoni u għalhekk għandek tiffoka biss fuq dak li fil-mument huwa ta' benefiċċju waqt li fl- istess ħin tkompli tkattar dak li hemm madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ta' Pisces ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Cancer huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku għalik bħala Virgo ser iġib miegħu taqlib u tibdil madwarek. Minn dan tista' ssib opportunità pożittiva immens f 'kull sitwazzjoni li jistgħu jkunu resqin lejk f 'dawn il-ġimgħat li ġejjin. Emmen fik innifsek aktar, aktar ma temmen aktar ser tara opportunitajiet resqin lejk. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Virgo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għall-istess Libra ser iġib ċertu taqlib fejn trid toqgħod aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti importanza. Issa trid tagħraf il-madwar kollu tiegħek sabiex tagħraf l-attenzjoni minn dak li jista' joħroġ aħjar sabiex tkun tista' ssaħħaħ f 'dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż- żodijaku ta' Aquarius ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Libra huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodijaku għalik bħala Sagittarius ser ifisser li ser ikollok taqbida sabiex tagħraf timxi b'moħħok u jekk jirnexxilek tagħmel dan se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kieku kont tuża dak li jiġri madwarek bla ħsieb. Importanti li tagħraf li din il-fażi tkun mera għall- futur qarib tiegħek. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' Libra ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Sagittarius huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku għalik bħala Scorpio ser jagħmlek trattab aktar dik ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor għaliex taf li jista' jkollok aktar mumenti fejn twebbes rasek; dan ipprova naqqsu. Uża moħħok aktar milli qalbek. Hekk biss tista' timxi 'l quddiem għal dak li tant tiextieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa Iż-żodijaku ta' Libra ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Scorpio huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodijaku għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser li ser tibda tara aktar toroq miuħa ta' opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke madwarek taħt dan iż-żodijaku ta' Libra ser tara xejra ta' tibdil pożittiv. Però minn issa trid tkun ferm iffukat sabiex tkompli tkabbar il-qasam ta' madwarek. Agħraf dan il-perjodu li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' Gemini ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Capricorn huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku għalik bħala Leo ser ifisser li din ser toħloq xi it tat-tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Dan ser jaffettwak l-aktar ma' sħabek u anke mal-ħidma li għandek. Jekk tagħraf tilqa' għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir imma jekk titkaxkar mal-kurrent din taf iddum. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta' Aries ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Leo huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020