Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
11 editorjal illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -iskejjel se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom iktar tard milli kien ippjanat. Dan minnu nnifsu huwa sinjal ċar illi l-pressjoni u l-biża' u l-inkwiet ta' bosta - ġenituri u għalliema kien ġustifikat u li l-Gvern kien qed jisma' x' kien hemm bżonn isir. Naturalment ċerti miżuri biex ikun hemm il-prevenzjoni huma importanti u l-unjins għamlu tajjeb illi tkellmu u argumentaw fuq il-bżonn li jkun hemm il-miżuri kollha f 'posthom u qed jaħdmu. Importanti li l-ġenituri u l-għalliema jħossu li l-miżuri qed jaħdmu b'mod organizzat u b'mod effiċjenti għaliex b'hekk jafdaw aktar lis-sistema u b'hekk ukoll jafdaw aktar lil uliedhom fl- iskejjel u tonqos il-biża' u forsi s-sens ta' konfużjoni. Minkejja dan, u wara li naċċertaw illi l-miżuri jkunu kollha f 'posthom u qed jaħdmu, l-iskejjel jeħtieġ illi jiftħu għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett - għaliex it-tfal ma jistgħux jibqgħu jitilfu mill-esperjenza tal-klassi u filwaqt li t-tagħlim online wera' illi kapaċi jaċċerta li s-sitwazzjoni tibqa' għaddejja, f 'każi ta' emerġenza, hemm differenza kbira bejn miżura ta' emerġenza u miżura ta' emerġenza li ssir n-normalità. Ħafna tfal waqgħu lura u l-aktar li waqgħu lura kienu tfal minn sfond ta' sfidi, minn familji vulnerabbli fejn hemm xi forma ta' problema - jekk hix soċjali jew finanzjarja. L-ambjent tad-dar mhuwiex dejjem ambjent tajjeb biex wieħed jitgħallem jew għalinqas mhuwiex tajjeb għal kulħadd. Li s-sitwazzjoni tiġi mtawla aktar titfa' biss aktar piż fuq l-aktar studenti vulnerabbli, li jkomplu sejrin lura. Imbagħad għandek ir-realtà tax- xogħol. Illum ħafna reġgħu bdew ir-rutina: Imorru l-uffiċċju jew inkella jaħdmu fuq barra, kif inhu normali. Dawn l-eluf kbar ta' ġenituri x'jagħmlu kieku l-iskejjel jibqgħu magħluqin? Din hija problema kbira u jista' jkollha impatt kbir finanzjarju u ekonomiku - fuq livell makro u allura ta' pajjiż sħiħ kif ukoll fuq il-livell ta' familji. Li ġenitur ma jmurx ix-xogħol tfisser problemi u aktar sagrifiċċji finanzjarji u għal xi wħud tfisser ukoll telf ta' impjiegi. Jiġifieri ejja ma nkunux leġġeri qisu dan huwa xi swiċċ. Il-ftuħ tal-iskejjel f 'dan il-punt huwa neċessarju. Daqs kemm huwa neċessarju, fl-istess ħin, illi naraw li noħolqu l-ambjent it-tajjeb biex jinfetħu u jibqgħu miftuħin l-iskejjel. U hawnhekk ma nistgħux ma nurux id-diżappunt għan-nuqqas ta' direzzjoni fil-qasam tal-anzjani. Ma jistax ikun li qisu qegħdin fuq l-autopilot. Hemm bżonn li jkun hemm direzzjoni mis- Segretarju Parlamentari u dan iserraħ ras in-nies. Hemm bżonn ikun fuq quddiem mhux ma jidher imkien. L-iskejjel ma joperawx ġo vakuum u allura hemm bżonn li kollox ikun katina. Biex l-iskejjel jibqgħu miftuħin irridu nrażżnu l-każi, b'mod speċjali l-każi fost l-anzjani u rridu nrażżnu l-imwiet li minnhom kellna żżejjed fl-aħħar ġimagħtejn. Huwa importanti li l-iskejjel jiftħu