Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
12 letteratura IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Imkien għall-Kenn Dak il-lejl li ma jasal qatt Qabelxejn laqatni ħafna l-fatt illi fil- ġabra Imkien għall-Kenn tiaħ b'din il- kwotazzjoni mill-filosofu Henri-Frédéric Amiel: "L-inċertezza hija l-kenn tat-tama". Laqatni għax f 'dawn iż-żminijiet tant inċerti din it-tema tat-tama (jew tan- nuqqas tagħha) fil-letteratura u fil-filosofija – almenu f 'xi mkejjen – dan l-aħħar bħal qisha reġgħet ħadet daqsxejn tar-ruħ. Inħoss li f 'din il-ġabra tesprimi ħsus pjuttost ambivalenti lejn it-tama. Daqqa tgħid "bla ma rrid nibqa' nittama" (Bejn Hawn u Hemm) u daqqa tistqarr illi "ta' xejn ittamajt" (Ħad-Dingli) u li "mkissra tal-bieraħ it-tama" (Chania). Anke t-titlu nnifsu, Imkien għall-Kenn, jista' jinhiem b'żewġ modi kuntrarji għalkollox: jew "xi mkien għall-kenn" jew inkella "imkien ma hemm kenn". Wieħed iqawwi l-qalb mentri l-ieħor jaqtagħha. Fil-poeżija Pellegrinaġġ saħansitra tagħmlilna dina l-istedina pjuttost punġenti: "illejla noħolmu l-lejl li ma jasal qatt". Għalfejn dit-titubanza kollha?" M'hemmx dubbju li t-tema tat-tama titfaċċa kemm-il darba f 'dan il-vjaġġ poetiku miktub fi ħdax-il pajjiż differenti. It-tama fit- tama jew in-nuqqas ta' tama fit-tama nfisha jiddependu mill-kuntest u mill-esperjenzi li nkunu għaddejin minnhom. Bħala eżistenjalist kritiku li jemmen fid-dijalettika jidhirli illi għandna r-responsabbiltà li nieħdu deċiżjoni. Għalhekk ma naħsibx illi għandi xi titubanza jew eżitazzjoni biex nieħu deċiżjoni. Imma d-deċiżjonijiet jistgħu jkunu inċerti u miuħa għall-bidla jekk il-kuntest jinbidel. Ma naħsibx illi nesprimi ambivalenza dwar it-tama: f 'waqtiet ittamajt, f 'oħrajn it-tama ntilfet. Jekk id-deċiżjonijiet tiegħi kinux f 'lokhom jew le hija kwistjoni oħra. Iżda bħala eżistenzjalist kritiku nemmen ukoll illi xi xaqq ta' tama bilfors irid ikollna. Jekk nitilfu t-tama għalkollox, it it nitilfu wkoll ir-responsabbiltà li nieħdu d-deċiżjonijiet u l-element ta' aġenzija favur il-bidla. Dubbji għandi, kemm trid, imma ma naħsibx illi dawn jistgħu jiġu interpretati bħala titubanza. Abbli għandi żball wara kollox. Safrattant naħseb illi nistgħu, anzi għandna, nibqgħu "noħolmu l-lejl li ma jasal qatt" – anke jekk dan nagħmluh bla ma rridu! Rigward it-titlu, naqbel mija fil-mija illi jista' jinhiem b'żewġ modi kuntrarji għalkollox. Dan għamiltu bi ħsieb. Diversi titli ta' kotba tiegħi jistgħu jiniehmu b'modi differenti. Nemmen illi l-letteratura għandha toffri pjaċir (li mhux l-istess bħal gost) u li m'għandniex nagħtu lill-qarrejja kollox bl-imgħarfa. Il-letteratura minnha nfisha għandha toffri uħ għal interpretazzjonijiet illi jagħżlu l-qarrejja stess. Għaldaqstant għal din il-ġabra għażilt dan it-tip ta' titlu proprju għax dan jesprimi is-sentimenti tiegħi fid- diversi burdati differenti li nebbħu l-poeżiji inkwistjoni. Kif irrimarka tajjeb il-poeta Norbert Bugeja, il-poeżija tiegħek tħobb tivvjaġġa. Dan joħroġ xi it jew wisq fid-dieher f 'kull ġabra ta' poeżiji li ppubblikajt s'issa. Madankollu Bugeja żied jgħid illi f 'din id- darba, issa iktar minn qatt qabel, qiegħed ukoll tistħarreġ is-siwi tal-vjaġġ innifsu. Fid-daħla tagħha Prof. Simone Galea tistaqsi jekk il-vjaġġ, fl-aħħar mill-aħħar, huwiex ħarba mhux f 'lokha li kapaċi ġġib iżjed deni milli ġid. Tfakkarna wkoll illi bosta ħassieba, fosthom ċerti Stojċi, kienu xettiċi dwar x'fejda qatt jista' jkollu l-vjaġġ. F'dar-rigward nemmen illi dawn tawna, bħas-soltu, bosta pariri għaqlija. Ngħiduha kif inhi: għalxejn iġġorr lejn bnadi oħra kemm-il darba miegħek ġġorr ukoll l-istess ras. Biss, is-soluzzjoni tal-fejda tal- vjaġġ – jekk mhux ukoll tal-assoluzzjoni b'riħet it-tluq – baqgħet tippersisti bis- sħiħ fl-immaġinarju ta' ħafna kittieba. "Il- vera ħajja tinstab band'oħra", kien qalilna Rimbaud. Għandi niem illi dawn il-vjaġġi tiegħek telqu mill-beraħ tal-inċertezza bit- tama li forsi ssib – fil-kenn ta' xi mkien ieħor – l-għeluq taċ-ċertezza. Madankollu Galea tinnota tajjeb ukoll illi dawn il- poeżiji qabelxejn issawru miċ-ċertezza tal- inċertezza, "minn dikotomija ta' opposti li jitimgħu lil xulxin". Iżda kemm-il darba tmur fejn tmur l-inċertezza dejjem xorta waħda ser tibqa' l-unika ċertezza – voldieri, jekk trid, l-iżgurizza li dak il-lejl m'hu ser