Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 DEJJEM UŻA MASKRA LI TGĦATTI L-IMNIEĦER, IL-ĦALQ U L-GEDDUM DAWN IL-MASKRI / VISORS MA JOFFRUX PROTEZZJONI BIŻŻEJJED C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Eng & Mlt - 2020 (4th Oct) final.pdf 2 02/10/2020 08:21:16 67% tat-tesserati Nazzjonalisti - se jsir id-disa' Kap tal-PN u qabel kollox ta' ribelljoni fil-Grupp Parlamentari li dar kontra Delia wara diżgwid li kien ilu għaddej u li ġieli laħaq punti ta' tensjoni, speċjalment meta Delia prova jkeċċi lill-eks Kap Simon Busuttil. L-affarijiet ħadu żvolta drammatika iżda meta kien żvelat illi Delia kellu chats ma' Yorgen Fenech meta kien diġa' rriżulta illi huwa sid ta' 17 Black. Iktar tard din il-gazzetta żvelat illi kien hemm mijiet ta' messaġġi bejn Pierre Portelli - persuna qrib Delia, li ħatru biex imexxi Media Link - u Yorgen Fenech. Minn hemmhekk Delia tilef, għal darbtejn il-fiduċja tal-Grupp Parlamentari, imbagħad tilef vot fl- Eżekuttiv u finalment saħansitra tilef vot fil-Kunsill Ġenerali - fejn il-Kunsilliera kien mistoqsijin jekk iridux vot ta' fiduċja f 'Delia jew inkella elezzjoni għal Kap ġdid. Kienu b'kollox 839 kunsillier li vvotaw biex issir din l-elezzjoni Ivvutaw 18,378 minn 21,607 .... Il-votazzjoni globali għal din l-elezzjoni kienet ta' 85% ta' dawk kollha eliġibbli jew inkella 18,378 tesserat minn 21,607 tesserat eliġibbli. Fl-aħħar elezzjoni għal Kap Nazzjonalista ivvutaw 76%. L-aktar li vvutaw tesserati kien fis- Swieqi - li jinkludi wkoll Tal-braġġ, Madliena, San Ġiljan u Pembroke - fejn b'kollox tefgħu l-vot 959 mill-1,077 tesserat eliġibbli. Wara, bi kważi 88% Ta' Xbiex u l-Gżira, fejn vvutaw 366 mill-416-il tesserat u warajhom Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ħal Lija fejn ivvutaw 1,094 minn 1,238 tesserat jew inkella 88.4%. Fil-lokalità ta' Tas-Sliema vvutaw 84.5% tal-1,288 tesserat - jiġifieri 1,088 - filwaqt illi f 'Għawdex ivvutaw 87.8% tal-1,719-il tesserat, jiġifieri 1,510. Fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar - li huma parti kbira mit-12-il distrett, ivvutaw b'kollox 1,232 minn 1,461 tesserat jew 84.3%. Fin-Naxxar - li jinkludi wkoll il-Mosta u l-Għargħur - ivvutaw 1,566 tesserat minn 1,835 jew 85.3% tat-tesserati. It-tramuntana tal-pajjiż mistennija tappoġġja aktar lil Grech, bin-numri interni juru lil Grech b'saħħtu mit-tmien distrett 'il fuq, speċjalment fit-12 u t-13-il distrett. Minn naħa l-oħra fil-kaxxi fejn Delia mistenni jkollu maġġoranza jew vot qawwi ħafna, vvutaw ukoll aktar minn 80% imma inqas mill-medja ta' 85%. Fl- Isla li tinkludi wkoll Bormla, il-Birgu, Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra ivvutaw 946 mill-1,107 tesserati eliġibbli jew 85.4%. Dan filwaqt illi fiż-Żejtun li tinkludi wkoll lil Ħal Għaxaq u l-Gudja vvutaw b'kollox 630 minn 744 tesserat eliġibbli jew 84.6%. Fiż-Żurrieq ivvutaw 1,071 tesserat minn 1,038 tesserat jew inkella 81.8% - l-inqas kaxxa li vvutaw fiha tesserati f 'termini perċentwali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020