Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-oroskopju taħt iż-żodijaku ta' Libra mill-Ħadd 4 ta' Ottubru sas-Sibt 10 ta' Ottubru Okkażjoni ta' darba f 'dsatax-il sena F'dan ix-xahar t'Ottubru ser ikollna okkażjoni unika, dan għaliex darba kull dsatax-il sena meta normalment f 'sen jkollna tnax-il qamar kwinta, din is-sena ser ikollna tlettax. Dan ser jiġri fil-31 t'Ottubru fejn ser ikollna t-tieni qamar kwinta. Din l-okkażjoni ta' żewġ qmura kwinta f 'xahar ser terġa' tiġri fl-2039, fl-2058 u fl-2077. Din hija sekwenza ta' tlettax-il qamar kwinta fis-sena kull dsatax-il sena. Din ma tiġrix b'kumbinazzjoni iżda hemm raġuni. Dan ser jagħti bidla fil-kalendarju żodijaku. F'dawn l-aħħar ħames xhur ta' tmiem il-kalendarju żodijaku b'mod speċjali meta jibda ż-żodijaku ta' Sagittarius sakemm naslu għal tmiem il-kalendarju fiż-żodijaku ta' Pisces. Sabiex tkunu tafu dwar dan iċ-ċaqliq u kif ser ikun affettwat iż-żodijaku tiegħek. Ibgħatli l-jum u x-xahar tiegħek u dwar x'tixtieq li tkun taf fosthom dwar l-imħabba, il-karriera jew is-saħħa. Ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek fuq: PaulJon, ILLUM, PO Box 27, Paola. Ser jintrebaħ ukoll il-kalendarju żodijaku għall-valur ta' €15. Għal iktar informazzjoni żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aquarius ser ifisser li se tibda tara d-dawl ta' dak li tant tixtieq tibda twettaq. Bil-mod dan ser ikun ukoll dak is-sinjal li int tant ilek tistenna. Għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut ser tibda tagħraf il-vera kapaċità tiegħek u kemm tista' tkabbar aktar il- madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 10. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Pisces ser ikun ifisser bidu ta' ħolma li tant ilek tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt. Dan ser tarah reali u se tara dak li dejjem ħsibt issa wasal il-mument fejn ser tibda taħsad minn dak li żrajt. Ser ikun bidu ġdid, agħrad li tkun iżjed iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Scorpio. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 8 u 9. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun ifisser bidu ta' attività kompletament miuħa fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Però issa din l-attività trid tħejji tajjeb għaliha biex twettaq il-pjan tiegħek. Tejjeb il-ħsieb dwar il-pjanijiet biex issaħħaħ aktar l-attività. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Leo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Taurus ser ikun ifisser li int tista' tibda tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb li f 'dan il-perjodu ddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal il- mumentta' pressjoni fil-karriera, tkun aktar imħejji u b'hekk tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Taurus huma magħrufin għall- umiltà tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Gemini ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta' kif int ser tibda tħejji l-ħsieb li jiġġenera madwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont teħtieġ opinjoni oħra għalihom. Trid tkun int li tasal tagħmel id-deċiżjoni finali u minn issa 'l quddiem se tara fik bidla aktar soda f 'dak li twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius. Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 5, 6, 7 u 9. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Cancer ser jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk fiż- żmien qarib. Din id-deċiżjoni se tkun taf li għandu jkollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li fil-preżent int għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f 'dan il-mumen kulma tagħmel irid ikun ippjanat sew. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo. Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 4, 7, 9 u 10. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Virgo ser ikun ifisser tisħieħ profond f 'dak li għandek madwarek. It-tkabbir li hemm ġej kollu minn dak li qed jispirak u xejn aktar. Dan jista' jkun ix-xahar tiegħek imma agħraf li ħsibijietek iżżommhom fik u kemm tista' tantx tafda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 9. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser ħafna enerġija favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma' kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti u fejn itn ser tagħraf dak kollu li vera tixtieq verament jista' jiġi lejk. Agħraf biss lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista' jinfluwenzak bih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Sagittarius ser ikun bidu ta' tħejjija ikbar. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek ma toħloqx inċertezza. Żomm mal-ħsieb li kellek it qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Libra. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Scorpio ser ikun ifisser it ta' tibdil mill- iskedali għandek ifformulata. Dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha mhux biss dik ta' kif tippjana dwar il-karriera tiegħek imma wkoll kif għandek tqawwi l-imħabba ta' madwarek sabiex tkun persuna kompluta. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 8 u 10. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Capricorn ser ikun kif int trid tkattar l-impatt tiegħek fil-mod li fih iżżomm dak li akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta' tfixkil, mill- esperjenzi passati tiegħek, trid tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek iżżommu, anzi tkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Gemini. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 7 u 9. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Leo ser ifisser bidu ta' ideat ġodda, ideat li jafu jkunu fundamentali f 'dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fi tkabbir ta' dak li hemm madwarek sabiex tkompli fit-tkabbir ta' dak ta' madwarek. Tibżax sabiex tiżviluppa dawn l-ideat anzi agħraf wettaqhom bl-aktar mod ideali f 'dan iż-żmien. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż- żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aries. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020