Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 Carmel Bonnici Hollywood wara l-kwinti (1) F'dawn iż-żewġ artiklu se naraw x'jiġri f 'Hollywood stess. L-intriċċi, l-iskandli u affarijiet oħra bħal manuvri minn taħt, li spiss iseħħu f 'din il-belt ewlenija taċ-ċinema fid-dinja. Sa minn kważi mitt sena ilu seħħew ġrajjiet li għamlu għajb lil dan il-post, pero' dejjem ippruvaw jaħbuhom jew li ma jiġux irraportati fl- intensita' tagħhom. Il-produtturi, l-atturi u t-tekniċi ta' Hollywood dejjem kien l-iskop ewlieni tagħhom li jżommu lill- poplu ferħan, speċjalment fiż- żmien diffiċli tad-Dipressjoni Amerikana, b'kummiedji sfrenati u divertentissimi li bħalhom it saru matul is-snin, b'avventuri gwappi ta' azzjoni furjuża u anki drammi fejn ir-reati li jsiru u l-kriminalita' qatt ma jittrijonfaw. Pero', wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-udjenzi saru aktar maturi, ma jissodisfawx ruħhom u b'hekk bdew ħerġin xogħlijiet li juri li l-ħajja fil-belt taċ-ċinema hi diffiċli wkoll daqs bnadi oħra u li anki jiżvelaw l-abbużi li saru hemm. Din il-belt Amerikana, l-benniena tal-films, subborg ta' Los Angeles, twaqqfet fl-1912 meta numru ta' produtturi indipendenti telqu lejn il-Punent minn New York, biex jevitaw l-effetti ta' dawk li għandhom permess jew kuntratt mill-gvern biex jużaw affarijiet u postijiet mhux pubbliċi. Dan il-post intagħżel minħabba li l-konfini tal-Messiku kienu fil- viċin, biex fil-każ li jkunu arrestati, jkunu jistgħu jaħarbu. Raġuni valida oħra kienet li t-temp hemm kważi dejjem sabiħ u dan il-post jintlaħaq malajr. Sal- 1913, Hollywood ġie stabbilit bħala l-Mecca ta' dawk li jaħdmu fil-films. Naturalment, Hollywood minn dejjem ġibet l-affaxxinazzjoni ta' dawk konnessi maċ-ċinema. Barra xi dokumentarji u xi bijografiji fuq i-Istlel ta' dan il-post, fost l-aktar films divertenti dwar dan is-subborg, insibu: Singing In e Rain, dwar it-transizzjoni mill-films muti għal dawk bil-ħoss; Sunset Boulevard, għal dawk li sabu din il-bidla diffiċli; l-kummiedja ta' Preston Sturges Sullivan's Travels, dwar produttur li jrid jagħmel film reali u jdur man-nies mingħajr flus fil-but; e Big Knife fejn Rod Steiger jinterpreta persuna qalila u nfluwenti tal-films, fl-istil tal- kap, kważi tirann, tal-Columbia Pictures, Harry Cohn; Inside Daisy Clover, dwar attriċi żagħżugħa f 'Hollywood fis-snin tletin; e Day Of e Locust, minn novella oskura ta' Nathaniel West; Good Morning Babylon, dwar kif irreagixxew it- tekniċi fil-film kolossali ta' D. W. Griffith, Intolerance (1916); e Big Picture dwar direttur żagħżugħ immanipulat minn produ tturi rgħiba; x-xogħol satiriku ta' Robert Altman, e Player; Matinee, dwar produttur li juża affarijiet strambi u gimmicks oħra biex jattira n-nies għall-films tiegħu tal-biża', bħad- direttur William Castle; Barton Fink fejn awtur ta' ntellett superjuri jegħreq fil-ħama ta' Hollywood; Living In Oblivion dwar il-perikli tal-produtturi ta' films żgħar indipendenti; Get Shorty li fih m'hemm xejn li jiddistingwi lil wieħed li jiġbor id-dejn ta' xi gangster potenti minn direttur u produttur ta' xogħlijiet miżeri; Boogie Nights dwar l-industrija tal-films pornografiċi f 'Los Angeles u l-aħħar u l-inqas An Alan Smithee Movie: Burn Hollywood Burn, film mill-agħar dwar dawk ineffiċjenti li jaħdmu l-films. (Alan Smithee huwa isem fittizju użat minn xi direttur, jew produttur, eċċ. li minħabba diversi raġunijiet jirruaw juri isimhom propja). Ġeneralment, fil-films Hollywood ġie muri bħala post pretenzjuż li l-għan ewlieni tiegħu hu li jdaħħal il-flus, immexxi minn soċjeta' moħha biss fil-poter, li fil- verità hu hekk. Fis-snin għoxrin u tletin, perjodu sentimentali, Hollywoof deher grandjuż ġo produzzjonijiet bħal Ella Cinders, Hollywood, Going Hollywood, Hollywood Cavalcade u Hollywood Boulevard. Imma, s-satira kienet diġa' bdiet tidher ġo xogħlijiet bħal e Last Command, Merton Of e Movies, Show People, e Last Squadron, What Price Hollywood, Ladykiller, Something To Sing About, Once In A Lifetime, Stardust, Hollywood Hotel, Stand In, A Star Is Born u Boy Meets Girl. Il-kbarat ta' din il-belt ma ħabblux moħhom jaraw dan iċ-ċentru tal-films muri b'mod komiku ġo xogħlijiet bħal e Goldwyn Follies, Mother Goose Goes Hollywood, e Cohens and Kellys In Hollywood, Abbott & Costello In Hollywood, e Jones Family In Hollywood, Movie Crazy, Never Give A Sucker An Even Break u Hellzapoppin'. Imma aktar ippreferew l-attitudni ta' aħir espressa f 'e Yougest Profession li kien jikkonċerna dawk li jistennew biex jakkwistaw il-firem tal-atturi. Matul is-snin erbgħin, il- Paramount kien l-aktar studio li jħobb juri lilu nniffsu għalkemm l-uffiċju ċentrali ma tantx ħa gost jara lid-direttur Preston Sturges jigdem l-id li qed issostnih f 'Sullivan's Travels. L-istorja ta' Hold Back e Dawn jgħidu li rrakkontawha lid-direttur sentimentali Mitchell Leisen waqt waqfa għall-ikel, u dan l-istudio kien il-bażi għal Star Spangled Rythmn, film kollu mużikali li nkoraġġixxa kumpaniji oħrajn biex jikkuppjawh. Bing Crosby u Bob Hope vvintaw ħafna ċajt fuq is-set ta' dan il-film. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020