Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni L-aħjar edukazzjoni hija fil-klassi IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol K emm huwa messaġġ qawwi u b'saħħtu dak li għadda l-Assistent Kap ta' Skola Clayton Bartolo fuq il-paġna tiegħu fuq facebook. Se nħalli lilu biss, lan- qas se nikkummenta jien. "Naf li bħal dejjem se nkunu hemm għal kull student li se jkun taħt ir-responsabilità tagħna! Ftakru li għal numru ta' studenti, l-iskola se tkun il-post ta' faraġ, 'il bogħod mid-dwejjaq u problemi li jkollhom id-dar... aħna se nkunu l-uniku sors t'imħabba u appoġġ għalihom!" F'messaġġ simpatiku imma li wieħed għandu jixtarr sew, Clayton jgħid ukoll li għalliema bħalu għandhom jobdu l-miżuri kollha, ma jkunux huma li joħolqu paniku fil-klassi għal kull ħaġa ta' xejn u ma jieħdux deċiżjonijiet bla konsultazzjoni, fost l-oħrajn. + + + L-Edukaturi huma t-tieni familja għat-tfal tagħna. U minn esperjenzi li doqt jien stess fil- laqgħat li jkolli mal-edukaturi, naf tajjeb kemm dawn għandhom għal qalbhom lil uliedna. Kemm għalihom, meta jkunu fil-klassi, t-tfal tagħna huma t-tfal tagħhom. Kemm jieħdu nteress mhux biss fl- edukazzjoni tagħhom, imma wkoll fil-ħajja tagħhom. Naf edukaturi li matul il-waqfa tas-sena skolastika li għaddiet f 'Marzu li għadda, il-firda fiżika minn mal-istudenti tagħhom ħassewha. U huwa għalhekk li dawn l-edukaturi qed iħarsu 'l quddiem biex minn nhar l-Erbgħa li ġej jibdew jilqgħu lil uliedna, lill- istudenti tagħna, lura fil-klassi. M'hemmx argumenti li l-post fejn uliedna jistgħu jieħdu l-aħjar edukazzjoni hija fil-klassi. Issa dan mhux qed ngħiduh aħna biss. Qed jgħiduh dawk kollha li huma professjonisti fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Qed jgħiduh l-esperti fi ħdan l-Organizazzjoni Dinjija tas- Saħħa. Qed jgħiduh l-Awtoritajiet tas-Saħħa f 'pajjiżna. Qed jgħiduh dawk li xogħolhom huwa dirett mat-tfal. U aħna tlaqna mall-ewwel bil-preparamenti tagħna biex min nhar l-Erbgħa u fuq medda ta' jiem sal-14 ta' Ottubru, l-istudenti li jattendu fl-iskejjel statali, jkunu posthom fuq il-bankijiet tal-iskola tagħhom. Bħalna fetħu wkoll l-iskejjel Indipendenti u dawk tal- Knisja. U b'dedikazzjoni, l-edukaturi issa ilhom ġimgħa li daħlu fl-iskejjel, biex jagħmlu l-aħħar preparamenti b'mod individwali imma wkoll bħala tim, li kull skola tagħmel bħal dejjem qabel ma tkun se tibda sena skolastika ġdida. Issa din is-sena hija sena differenti. Naħseb fuq din m'hemmx għalfejn nelabora! U kien għalhekk li aħna bdejna naħdmu biex daħħalna aktar minn 50 miżura li qegħdin hemm biex jipproteġu lill-edukaturi u wkoll lill-istudenti tagħna. Kif se jipproteġuhom dawn? Billi se jnaqqsu r-riskju li jkun trasmess il- vajru tal-imxija tal-COVID-19. U hekk kif l-edukaturi qed jaħdmu id f 'id biex jilqgħu l-istudenti, hekk ukoll irridu naħdmu issa id f 'id aħna, l-edukaturi flimkien mal-ġenituri u l-kustodji tat-tfal. Allura meta jiħu l-iskejjel u l-istudenti kollha jkunu f 'posthom, ngħorku jdejna u nistrieħu? Żgur li le. Aħna se nkunu hemm għall- edukaturi u għall-istudenti, kif se jkunu hemm l-edukaturi għall- istudenti tagħhom. U hawn fejn irridu nkomplu l-ħidma tagħna. Dħalna fl-iskola. Issa forsi hemm xi affarijiet żgħar li rridu nieħdu ħsieb. Imma għalija d-diskussjoni serja issa għandha titlaq minn dan il-punt: Infaqna miljuni ta' ewro u l-protokolli li ddiskutejna mal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa jinsabu hemm għall-ġid tagħna lkoll, tal- edukaturi, tal-istudenti u tal- ġenituri. Issa ejja ningħaqdu u nkunu vuċi waħda li l-aqwa post għall- edukazzjoni hija fil-klassi għax aħna lill-uliedna rridulhom l-aħjar. Imma ħa mmur pass ieħor. Kif għidt fuq il-mezzi tax-Xandir, intenni l-istedina tiegħi biex nitkellmu fuq il-kwalità tal- edukazzjoni. Hemm dibattiti kbar barra minn xtutna dwar kif tista' tagħti edukazzjoni tajba fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom. Lill-edukaturi tagħna nibgħatilhom messaġġ ta' apprezzament kbir għax naf li huma jinsabu maqbudin bejn żewġ realtajiet. Iridu jagħtu l-aqwa edukazzjoni kif dejjem taw fl-aħħar snin, imma jafu li bir-ristrezzjonijiet li għandna hemm limitazzjonijiet. Aħna għalhekk irridu nagħmlu dibattitu Nazzjonali li jkun seren u matur fejn aħna ngħinu lill-edukaturi tagħna biex l-edukazzjoni fil-klassi f 'dawn iż- żminijiet tkun waħda ta' livell għoli u ta' livell tajjeb. Qed ngħid dan dejjem minħabba r-ristrezzjonijiet miġjuba mill-pandemija. + + + Aħna rridu l-aqwa u l-aħjar għal uliedna. Mhux fl-edukazzjoni biss. Imma f 'dak kollu li aħna responsabbli għaliħ sakemm it-tfal ikunu fdati f 'idejna fil-ħin tal-iskejjel u s-servizzi oħra li aħna nagħtu fil-ħin ta' qabel jew wara l-iskola. L-ambjent li nipprovdu għalhekk huwa importanti ferm. Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija żewġ proġetti li tlestew kif imwiegħed u li laqgħu l-edukaturi u issa se jkunu qed jilqgħu lill- istudenti. Proġett ta' €13-il miljun li flimkien mall-immodernizzar tal-iskola Sekondarja taz-Zejtun u l-bini ta' estenzjoni f 'din l-iskola, proġett ieħor ta' €5 miljuni, se jilqgħu l-istudenti fihom biex ikattru l-edukazzjoni tant meħtieġa għalihom. U dan huwa biss parti mill- proġetti li hemm li permezz tagħhom se nkomplu nirriġeneraw, nirranġaw u nsebbħu l-iskejjel tagħna. Għall-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada (Foundation for Tomorrow Schools) din is-sena hija mpenjattiva ferm b'diversi proġetti għaddejjin li flimkien ilaħħqu nvestimet ta' €52 miljun. Din iċ-ċifra hija maqsuma fi tnejn: €42 miljun f 'proġetti infrastrutturali u €10 miljun investiti f 'laboratorji ta' suġġetti VET (Vocational Education and Training). Aktar proġetti tal-FTS li huma proġetti maġġuri huma: il-bini ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, tkabbir u mmodernizzar tal-Middle School fir-Rabat, Għawdex, bini ta' Skola Primarja ġdida fl-Imsida, tkabbir u mmodernizzar tal-Iskola Primarja San Ġorġ f 'Ħal Qormi, swali ġodda fis-Senior School tal-Kulleġġ San Tumas More f 'Santa Luċija, u restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta. Dawn huma biss dawk maġġuri, għaliex ix-xogħol fl- iskejjel tagħna dejjem għaddej. Ma jistax jonqos li nawgura lill-edukaturi u lill-istudenti kollha għal din is-sena skolastika u nappellalhom, avolja naf li se jagħmlu dan, biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom u wkoll ta' xulxin. U wkoll jieħdu ħsieb l-ambjent skolastiku li jridu jgħixu fih għax fuq kollox din hija t-tieni dar tagħhom! L-Edukaturi huma t-tieni familja għat-tfal tagħna. U minn esperjenzi li doqt jien stess fil-laqgħat li jkolli mal- edukaturi, naf tajjeb kemm dawn għandhom għal qalbhom lil uliedna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020