Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 Roberta Metsola Roberta Metsola hija Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista Il-migrazzjoni: Il-Gvern għandu juri konsistenza I l-ġimgħa li għaddiet il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sensiela ta' liġijiet u proposti ġodda dwar il-migrazzjo- ni. Dan hu qasam li lilna l-Maltin u Għawdxin mhux biss jinteressana imma jolqotna mill-qrib għaliex aħna wieħed mill-pajjiżi li aħna esposti u jaslu l-ibraħ u f 'pajjiżna migranti li jew ġenwinament ikunu qed ifittxu kenn f 'pajjiż ieħor jew inkella jkollok ukoll min jabbuża u ma jkollux dritt imma jipprova jasal f 'pajjiż ieħor. La nistgħu, u jkun żball li npoġġu lil kulħadd fl-istess keffa. Trid issir distinz- joni bejn min għandu dritt għall-protez- zjoni u min m'għandux dritt. Daqstant ieħor trid issir distinzjoni bejn min ikun qiegħed jaqsam min pajjiż għall-ieħor u min jittraffika lin-nies, li jkunu vittmi ta' ċirku ta' traffikar tan-nies għall-flus. Dak li ħabbret il-Kummissjoni Ewropea jkompli jibni fuq dak li ġie diskuss u deċiż fil-Parlament Ewropew inkluż fil-kumitat parlamentari li hu responsabbli mill-mi- grazzjoni. Meta ġejt eletta kont għażilt li nkun membru ta' dan il-kumitat parla- mentari minħabba r-rabta ma' Malta u kont ġejt inkarigata biex ninnegozja l-liġi dwar il-fruntieri li permezz tagħha jiġu impjegati 10,000 boarder guard biex iħarsu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. Dan kien żvilupp importanti li qed jiġi msaħħaħ billi l-Kummissjoni Ewropea qed tkompli tibni fuqu. Messaġġi konflinġenti bejn l-MEPs laburisti Il-politika ta' migrazzjoni m'għandix tkun waħda li tifridna. Irridu lkoll niġbu ħabel wieħed. Għalhekk għandi ma nistax niem kif fl-aħħar vot li kellna fil-Parlament Ewropew, l-erba' deputati eletti f 'isem il-Partit Laburista ivvutaw bi tliet modi differenti – min favur, min kontra u min astejna. Dan jibgħat messaġġ ħażin. Juri li l-membri parlamentari Maltin m'għandhomx pożizzjoni waħda. L-MEPs laburisti mhux biss għażlu li jimxu għal riħhom minna eletti f 'isem il-PN, imma għażlu li jimxi għal riħhom minn xulxin. Il- Partit Laburista, bħala partit ma qalx x'inhi l-pożizzjoni tiegħu u min mid-deputati laburisti ma mexiex skont il-politika tal- Partit. U allura t-taħwid jiżdied. Dak li jagħmlu u kif jivvutaw id-deputati laburisti jirrifletti wkoll fuq il-pożizzjoni tal-Gvern. Il-mod kif nivvutaw, kif jivvutaw l-MEPs tal-Gvern ikun qed jiġi nnutat mhux biss fil-Parlament Ewropew jew mill-gruppi li niffurmaw parti minnu imma anki mill- Kummissjoni Ewropea, direttorati, min ikun responsabbli ta' tfassil ta' policies, u negozjaturi fuq issues ma' pajjiżi Ewropej. Dak li għamlu d-deputati laburisti ma jiġix injorat jew inosservat. Ikollu riperkussjonijiet. Dak li ġara jistona fih innifsu imma ma jiskantakx għal kollox meta tpoġġih fil- kuntest ta' kif qed jaġixxi l-Gvern. Qed naraw Gvern li hu assenti anki f 'din il-kwistjoni. Aktar moħħu fil-headlines milli fis-sustanza. Il-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet spontanji mingħajr ma jaħsibhom u imbagħad ikollu jirtira minnhom. Din hi l-konsegwenza tan- nuqqas ta' ħsieb u tas-superfiċjalita'. Kull deċiżjoni trid tkun mibnija fuq prinċipji Għadha friska l-mod kif il-Gvern kera malajr malajr bastimenti tat-turisti tal- Captain Morgan u ħalla lill-immigranti hemm mingħajr ma kien jaf x'se jagħmel bil-konsegwenza li kellu jirtira minn kull dikjarazzjoni li kien għamel qabel. Gvern li wera nuqqas ta' serjeta' u pjanar fit-tul. F'din l-issue tant sensittiva u li tista' tqanqal tant emozzjonijiet, inkluż b'konsegwenzi iridu nitilqu minn punt ta' prinċipju. Imbagħad ikun il-prinċipji li jigwida l-azzjonijiet li nieħdu. Il-pożizzjoni għalija hi ċara: hemm bżonn li jkollna sistema li tkun ġusta u ħanina ma' min għandu bżonn protezzjoni, imma soda ma min m'għandux bżonn protezzjoni u allura dawn għandhom jinbagħtu lura b'mod sigur u sistema li tkun ħarxa mat-traffikanti tal- innoċenti. Min jabbuża min-nies innoċenti, li jkunu qed jittama f 'futur aħjar u allura jabbuża minnhom billi jittraffikahom isir isib id ħarxa fil-konfront tiegħu. L-abbuż u l-isfruttament m'għandux jiġi tollerat. F'din l-issue hemm bżonn li nwarrbu l-estremi. Fuq naħa l-fruntieri tagħna m'għandhomx ikun bla kontroll u fuq in- naħa l-oħra hu mill-aktar kundannabbli li jkun hemm min jgħid "ħalluhom jgħerqu." Għandna nfittxu ir-raġuni, u politika mibnija fuq il-valuri. Kull pajjiż għandu jkun responsabbli L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq prinċipji u valuri fosthom tas-solidarjeta' u għalhekk trid tassigura li kulħadd iġor parti mill-piż u r-responsabbilita' tal-immigrazzjoni. Bil-proposti l-ġodda r-regolament magħruf bħala ta' Dublin se jitneħħa kompletament. Dan hu dak li ilna naħdmu għalih fil- Parlament Ewropew. Dan ir-regolament kien qed ipoġġi piż kbir fuq pajjiżna u pajjiżi Mediterranji fejn hemm aċċess għall-immigranti li jkunu qed jiġu traffikati. Issa qed jiġi rikonoxxut li kull stat membru għandu responsabbilita' fejn tidħol l-immigrazzjoni. Din ir-responsabbilita' mhix biss ta' dawk il-pajjiżi fejn jidħlu l-immigranti iżda ta' kulħadd. Dan hu pass kbir 'il quddiem fejn għandha tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-pajjiżi membri. B'dawn l-inizjattivi l-ġodda l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi wkoll mekkaniżmu ġdid li pajjiżi li ma jieħdux immigranti jerfgħu responsabbilità. Fil-mument, 60% tal-persuni li suppost jintbagħtu lura, ma jintbagħtux. Il-liġijiet il-ġodda jipprovdu responsabbilita' fuq il-pajjiżi membri kollha biex immigranti li m'għandhomx dritt jibqgħu fl-Ewropa, jintbagħtu lura b'mod magħġel; iżda dawk li jeħtieġu protezzjoni u jfittxu l-ażil jingħataw dan l-istatus b'mod ġust u adekwat. Jekk pajjiż ma jieħux immigranti, irid jipprovdi mezzi kif min m'għandux dritt għall-protezzjoni jintbagħat lura. Dan hu żvilupp ġdid li jfisser li pajjiżi oħra jkunu jistgħu jieħdu l-piż finanzjarju, dipomatiku, loġistiku u organizzativ biex min m'għandux dritt per eżempju jibqa' Malta jintbagħat lura b'mezzi li jrid jipprovdi pajjiż ieħor. Aktar diskussjonijiet fejn il-Gvern Malti jikkonvinċi Dak li qed tipproponi l-Kummissjoni hu pass 'il quddiem, imma mhux perfett. Hemm affarijiet li għadhom m'humiex ċari għal kollox. Jeħtieġ li naraw x'se jsir fuq dak il-pajjiż li jibqgħu isostnu li kollox għandu jibqa' kif inhu. Hemm bżonn li l-affarijiet ikunu aktar ċari fejn jidħlu l-proċeduri li jtaffu l-piż minn fuq Malta u pajjiżi bħalna. Hemm bżonn miżuri li jipprevenu l-abbużi. Il-Gvern irid jaħdem, isostni l-pożizzjoni ta' Malta, ikun konsistenti u jikkonvinċi. Hemm bżonn ħidma ma taqta' xejn. Din hi opportunita' ta' inizjattivi ġodda li l-Gvern irid jibni fuqhom biex jittieħdu deċiżjonijiet li jgħinu lil Malta, bi dritt. Daqstant ieħor bi dritt il-Maltin u l-Għawdxin jistennew li l-Gvern jikkonvinċi biex id-deċiżjonijiet jirriflettu l-bżonnijiet ta' pajjiżna. Il-Gvern għandu jdur dawra madwaru stess. Il-Gvern ma jikkonvinċix meta l-MEPs laburisti stess jimxu għal riħhom minn xulxin u jimxu kontra xulxin. Qażba tixxejjer mar-riħ jeħodha r-riħ u tegħleb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020