Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Is-sovranità tagħna mhijiex għall-bejgħ H awn sinjali u indikazzjonijiet konfliġġenti dwar x'inhu għad- dej bejn Malta u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq negozjati dwar kundizzjonijiet li jirregolaw il-preżenza ta' militari Amerikani fuq teritorju Malti. Dak li hu magħruf bħala Status of Forces Agreement (SOFA). Il-preżenza f 'Malta tas-Segretarju tad-Difiża Amerikan Mark Esper iktar kmieni din il-ġimgħa jindika mhux biss li t-taħdidiet huma għaddejjin, imma fuq kollox li huma fi stadju kritiku. Uffiċjalment ħadd ma jaf iktar minn hekk, ħlief dawk li għandhom idejhom fil-bor- ma! Billi hemm skiet kważi perfett – silenzju stampa – dwar il-materja, hu naturali li bħalissa għaddejja ħafna spekulazzjoni dwwar dak li għaddej. L-Istati Uniti ilha s-snin turi xewqa għal ehim SOFA mal-Gvern Malti, imma kull Gvern ripetutament qagħad lura. L-indikazzjonijiet illum huma l-possibiltà ta' inistenza Amerikana għal rabta bejn ehim u l-proċess tal-Moneyval dwar l-osservanza ta' standards internazzjonali li jirregolaw il-ħasil tal-flus. Kemm ir-rappreżentanti tal-Gvern Malti kif ukoll dawk tal-Gvern Amerikan jiċħdu li hemm din ir-rabta. Imma fin-nuqqas ta' informazzjoni iktar konkreta nistgħu nkunu nafu biss matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Jekk il-Gvernijiet humiex ser iħokku dahar xulxin ikun magħruf diplomatikament, kif jiġri ħafna drabi bejn l-istati fil-maniġġi internazzjonali globali, kontinwament. Fil-politika internazzjonali m'hemmx ħbieb, hemm biss interessi. Ir-relazzjonijiet diplomatiċi kontinwament ifittxu l-aħjar mod kif jaġevolaw dawn l-interessi. L-Istati Uniti tal-Amerika qed tfittex u tħares l-interessi tagħha meta tipprova issib mod kif tasal għal ehim SOFA li jirregola l-preżenza ta' militari Amerikani fuq territorju Malti. Din hi l-politika internazzjonali. Hu magħruf li Malta tablet l-assistenza tal-Istati Uniti biex tegħleb il-pressjoni internazzjonali dwar il-proċess tal- Moneyval li jirregola jekk il-pajjiż huwiex qiegħed miexi sewwa dwar il-ħasil tal-flus fuq territorju Malti. Id-diċeriji jindikaw li l-Istati Uniti lesta tgħin, imma għal din l-għajnuna hemm prezz: il-ehim li ilhom jixtiequ. Din hi opportunità li mhux la kemm terġa' titfaċċa. Kif nafu: ħadd ma jagħmel xejn għal xejn. Ftehim SOFA jistabilixxi l-qafas li fih il- militar Amerikan jopera f 'pajjiżi barranin. Ftehim ta' din ix-xorta jistabilixxi jekk u kif il-liġijiet ta' Malta japplikawx għall- militar Amerikan u għall-ħidma tagħhom, inkluż kull apparat (inkluż il-flotta navali) li jistgħu jġibu magħhom. Ftehim ta' din ix-xorta - meta jkun innegozjat - jista' jwassal għal konċessjonijiet u eċċezzjonijiet b'mod li mhux il-liġi Maltija kollha tkun tapplika għall-mistednin tal- Gvern ta' Robert Abela. Dan kollu jwassal għal mistoqsija bażika: il-Gvern Malti qed jikkunsidra proposta tal-Istati Uniti li jkun hawn il-militar Amerikan jopera minn territorju Malti? Ma għandi l-ebda dubju li it huma l-Maltin li jaqblu ma proposta bħal din, jekk teżisti. Tul is-snin fil-pajjiż żviluppa kunsens nazzjonali li m'hawnx post għall-militar ta' pajjiżi barranin fuq artna. Nistgħu allura naslu għall-konklużjoni li l-Gvern Malti qed ikun rikattat: Ftehim SOFA jekk trid l-għajnuna dwar il-proċess Moneyval! Sfortunatament ma tantx nistgħu naslu għal konklużjoni differenti. Iktar kmieni din il-ġimgħa, Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku (li fi żmien qasir ser jingħaqdu f 'partit wieħed) għamlu sejħa biex l-abbozz ta' ehim mal-Amerikani jkun ippubblikat immedjatament. Dan hu meħtieġ biex ikun jista' jsir skrutinju pubbliku: Dan hu obbligu demokratiku bażiku. Nazzarda ngħid li l-idea innifisha tal- ehim hi oggezzjonabbli fil-prinċipju u dan billi tmur kontra I-prinċipji bażiċi fil-Kostituzzjoni Maltija: mhux aċċettabbli li jkollna l-militar ta' pajjiż ieħor f 'artna. Anke d-dettalji tal-ehim huma inkwetanti: Dawn jistgħu jinkludu l-preżenza ta' elementi tas-Sitt Flotta Amerikana bl-elementi nukleari tagħha, li jkun opposti bil-qawwa mis-soċjetà ċivili. Jekk Malta, kif inhu xieraq, tirriuta ehim mal-Amerikani, jibqa' l-pendenza tal-Moneyval li tista' twassal għal miżuri li jkollhom impatt negattiv fuq is-settur finanzjarju f 'Malta. Robert Abela xorta jibqgħalu l-obbligu li jħoll l-egħeqiedi li rabtu bihom il-predeċessur tiegħu u ta' madwaru u dan mingħajr għajnuna Amerikana. L-għajnuna Amerikana għandha prezz għoli li Malta m'għandhiex tħallas. Is- sovranità tagħna mhiex għall-bejgħ. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Nistgħu allura naslu għall- konklużjoni li l-Gvern Malti qed ikun rikattat: Ftehim SOFA jekk trid l-għajnuna dwar il-proċess Moneyval! Sfortunatament ma tantx nistgħu naslu għal konklużjoni differenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020