Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam magħna ħsibijietu rigward il-kontroversja li għadha għaddejja minnha l-awtriċi J. K. Rowling. Qabelxejn jirreferi għall-kummenti ta' solidarjetà li esprimiet il-ħassieba u teorista tal-ġeneru Judith Butler, b'mod partikulari b'referenza għall-kampanji ta' mibegħda li ttellgħu kontra Rowling. Jesprimi qbil qawwi mal-veduti tagħha rigward il-faqar intellettwali li spiss jikkaġunaw il-midja soċjali. Saliba jidentifika wkoll bosta episodji reċenti fejn persuni dissidenti — kemm f'pajjiżna u kemm lil hinn minnu — sfaw fil-mira ta' din il-kultura tal-kanċellazzjoni, spiss terġa' u tgħid permezz tal-midja soċjali. Jagħlaq billi jissuġġerixxi li każi bħal ta' Rowling kapaċi juruna li ormaj il-faqar intwellettwali u l-kultura tal-kanċellazzjoni ma jinsabux biss f'pajjiżna. ħafna individwi, fosthom persuni b'xeħta akkademika, għadhom isibuha bi tqila jiddjalogaw ma' persuni oħrajn b'ideat diverġenti, iżjed u iżjed jekk il-persuni inkwistjoni jkunu jappartienu lill-kampi ideoloġiċi tagħhom stess. Il-każ Li Tkisser Sewwi u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 huma biss żewġ eżempji, minn fost bosta oħrajn mill- istorja reċenti, li jissuġġerixxu li minkejja d-diskors kollu li jsir rigward it-tisħiħ ta' soċjetà miuħa msejsa fuq il-libertà tal- fehma u tal-kelma, bosta xorta għadhom jippreferu l-wens tal-kumpanni milli t-tisrim tad-dissidenti. Dawk illi bħali kemm-il darba tkellmu dwar il-kwalitajiet inqas tajbin ta' Daphne Caruana Galizia — biex ma nsemmux ukoll ċerti nies illi bħali wkoll għandhom xi riżervi raġunati dwar dak l-aspett jew l-ieħor tal-pandemija COVID-19 — dwar dan żgur jafu xi ħaġa wkoll. Mill-it illi segwejt, il-kampanja politika li għadu jmexxi minn fuq l-internet l-poeta Antoine Cassar sfat ukoll fil-mira ta' messaġġi ta' mibegħda u t'assassinju tal-karattru mingħand talin illi minnhom forsi tistenna xi daqsxejn aħjar. Aħjar ma nsemmu xejn dwar dawk li ħarġu għonqhom favur l-abort. Jidhirli li dan ukoll jixhed bil-kbir iż-żminijiet antintellettwali li tkellmet dwarhom Judith Butler. Jekk dan mhux faqar intellettwali, mela ma nafx x'inhu. Madankollu għandu mnejn każi bħal ta' Rowling, Peterson, Pinker u oħrajn jistgħu wkoll jagħtuna xi nikta sabar u faraġ. Jekk xejn, kapaċi jiħulna għajnejna dwar il- fatt illi l-faqar u l-medjokrità intellettwali li jissempliċizzaw u jibbanalizzaw kollox, il-battibekki frivoli u bla fini, iċ-ċertezzi epistemoloġiċi mill-għarfien uman u l-bqija, m'humiex — jew inkella ormaj żgur m'għadhomx — biss karatteristiċi intrinsiċi u indiġeni ta' pajjiżna. Bħalma darba snin ilu kkummenta Immanuel Mifsud waqt programm televiżiv fuq ix-xandir nazzjonali: abbli fl- aħħar mill-aħħar mhemm xejn Only-in- Malta, lanqas fil-modi kif ġieli nilqgħu lill- ħassieba, lill-kittieba u lill-iskulari tagħna. Judith Butler

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020