Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558
16 letteratura IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Daż-żminijiet antintellettwali tagħna Ħsibijiet dwar il-kultura tal-kanċellazzjoni Qrajt bi pjaċir dan l-aħħar ittra li dehret daqs ġimgħa ilu fil-ġurnal Brittaniku e Sunday Times dwar il-kontroversji li qajmet f 'dawn l-aħħar xhur il-kittieba Joanne Rowling (J. K. Rowling) bil- kummenti tagħha rigward il-persuni transgender. Bi kważi sittin firmatarju mid-dinja tal-letteratura u tal-ispettaklu, l-ittra kkundannat l-abbuż kontinwu li qiegħda ġġarrab Rowling fuq il-midja soċjali. Fl-istess ġimgħa ma' dawn ingħaqdu wkoll — minkejja li mhux bilfors jaqablu magħha sa barra — diversi kollegi li ħadmu magħha, l-iżjed mill- industrija taċ-ċinema. Innotajt b'interess ukoll il-kummenti reċenti li għaddiet il-ħassieba u t-teorista tal-ġeneru Judith Butler f 'intervista li saritilha mir-rivista e New Statesman rigward il-mod kif żvolġa dan id-dibattitu. Minn banda għax stennejt illi aktarx Butler kienet ser toffri kundanna kemxejn iktar iebsa fir-rigward tal-fehmiet ta' Rowling. B'xorti tajba dan ma ġarax: anzi, minkejja n-nuqqas ta' qbil mistenni rigward il- kwistjoni, Butler saħansitra esprimiet il- fehma li hu x'inhu Rowling ma kellha qatt tisfa' vittma ta' abbuż, fastidju jew kampanji ta' mibegħda. Matul din l-intervista — f 'kumment tassew f 'waqtu — Butler interpretat din l-atmosfera ostili u tossika bħal sintomu ewlieni taż- "żminijiet antintellettwali" li qegħdin ngħixu fihom. Butler tidentifika wkoll l-għaġġla fil- ħsieb u fir-rispons illi minnhom infushom iħeġġu l-mezzi tal-midja soċjali bħala wieħed mill-fenomeni ewlenin illi qiegħed joħnoq id-dibattittu meqjus, saħansitra fl- isfera politika. Jidhirli li argument talment validu bħal dan jixraqlu analiżi separata li aktarx fil-biċċa l-kbira tmur lil hinn mill- finijiet ta' paġna letterarja. Bħalma diġà minn xi daqqiet aċċennajt qabel f 'din is- sensiela, f 'dan ir-rigward jenħtieġ jitqiesu bosta fatturi li spiss ifakkruna fihom il- proponenti tal-minimaliżmu diġitali: it- trijonf traġiku tal-immaġni fuq il-kelma, il-preferenza spiss qerrieda tal-konċiżjoni fil-kitba, l-effetti qerrieqa tal-kmamar tal-eki diġitali, il-miżinformazzjoni, id- diżinformazzjoni, l-eċċess dejjem jikber ta' kull xorta ta' tagħrif illi spiss ikompli jisromna milli jgħarrfna, il-fenomenu ċiber-ontoloġiku "jiena-nittajpja-mela- neżisti", il-frammentazzjoni tal-ħin. Fi kwistjonijiet bħal din ta' Rowling ma assolutament ma nistgħux inħallu barra dawn il-fatturi, l-iżjed meta nqisu li bosta minn dawn isawru l-isfond u l-ambjent illi fihom jiżvolġu u jikkundizzjonaw il-modi li bihom nipproċessaw l-informazzjoni. Għaldaqstant nemmen illi Butler, bħal bosta ħassieba tat-teknoloġija oħrajn, f 'dar-rigward laqtet il-musmar fuq rasu. M'iniex konvint illi dejjem għamlet l-istess fit-teoriji tagħha dwar il-ġeneru, b'mod speċjali f 'dan il-każ. Naqbel bis-sħiħ ma' ċerti rimarki, it li xejn m'oħrajn. Niġu f 'dan, insibni xi it jew wisq fl-istess qagħda kwantu l-fehmiet ta' Rowling. Bosta persuni u organizzazzjonijiet akkużaw lill- awtriċi b'veduti transfobiċi u fi żvilupp saljenti minnhom, saħansitra, Rowling ħasset li kellha tirritorna lura premju prestiġġjuż imwaqqaf biex jirrikonoxxi ħidmiet notevoli favur il-bidla soċjali, sewwasew ir-Robert F. Kennedy Human Rights (RFKHR) Award. Hu x'inhu, jidhirli li it li xejn ifid li jsiru kummenti fil-qosor dwar il-merti u n-nuqqasijiet li jista' jkollhom l-argumenti li ressqet Rowling sabiex tiddefendi l-pożizzjoni tagħha — u lil nfisha — mill- ħamba nobis illi ġibdet lejha. Ngħid biss li d-difiża tagħha tissuġġerixxi li bosta mill- opinjonijiet tagħha aktarx tnisslu minn ċerti trawmi personali li ġarrbet, fosthom bosta episodji ta' vjolenza domestika u sesswali matul l-ewwel żwieġ tagħha. Għadd illi primavista forsi mhux lakemm issib konnessjoni bejn dawn it-tnejn, f 'wieħed mill-argumenti ċentrali tagħha twissi li ċerta laxkezza żejda fil-mod kif nimu u nattribwixxu l-ġeneru fi żmienna jista' jagħti lok għall-vjolenza fuq in-nisa. Tistgħu taqraw id-difiża tagħha, li tgħodd mat-3,600 kelma, fis-sit uffiċjali tagħha. Minn banda, il-każ ta' Rowling ġibidli l-attenzjoni mhux l-iżjed minħabba l-għagħa li qajjem. Dan mhux xi każ ġdid. Hekk jew hekk, kwistjonijiet bħal dawn kulma jmur qegħdin isiru iktar komuni u — f 'ambjent akkademiku pjuttost insulari li sar jisħaq dejjem iżjed fuq il-korrettezza politika akkost ta' kollox — it li xejn hemm x'jindika li fil-ġejjieni qrib ser ibattu. Biss biss daqs sena u nofs ilu, pirkażu, wara ħafna pressjoni l-Università ta' Cambridge ħassret żjara ta' xahrejn fil-Fakultà tad- Divinità lill-psikologu Kanadiż proprju minħabba l-fehmiet tiegħu dwar il-ġeneru. Psikologu Kanadiż ieħor, din id-darba Steven Pinker, din is-sena għadda minn burraxka simili, għad illi b'xorti tajba sab l-appoġġ sħiħ tas-Soċjetà Lingwistika tal- Amerika. Mill-banda l-oħra eżempji ta' attitudni bħal din — illum magħrufa bħala l-kultura tal-kanċellament — jibqgħu jolqtuni għax ifakkruni bil-kbir f 'diversi ġrajjiet li rajna u għadna naraw illum f 'pajjiżna, anke fi ċrieki intellettwali u letterarji. Nerġa' ntenni illi f 'dan kollu ma hemm xejn daqstant ġdid. Ċerti attentati ta' ċensura — u għar minn hekk ċerti kampanji ta' kanċellament — ilhom magħna snin twal. Jidhirli wkoll illi baqgħu magħna sa-lum: minkejja l-avvanzi soċjali u politiċi li nkisbu tul is-snin, donnu J. K. Rowling