Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 nużaw il-mezzi li hemm bżonn u nikkoperaw jifhmu' It-tindif qiegħed jingħata prijorità... Zammit kompliet tispjega li t-tindif fl-iskola qiegħed jingħata prijorità u biex dan iseħħ, mhux biss kellu jiżdied l-istaff imma anke tinbidel is-sistema. It-tindif tal-iskola qiegħed isir filgħaxijiet, meta jkun telaq kulħadd. Wara li jsir it-tindif ta' kull klassi, din qed tiġi ffumigata, kif qed isir f 'kull spazju tal-iskola. Fil-fatt, kontinwament isir ukoll it-tindif tal-ġugarelli, fil-każ tal- istudenti żgħar ħafna u anke apparat li jintuża fil-klassijiet u labs. Ħafna minn dan l-apparat kellu jitnaqqas ukoll u qed jintuża dak biss li huwa essenzjali għat-tagħlim. "Il-fumigazzjoni hija sigura għat- tfal. Ma tużax kimiċi perikolużi u mhijiex tossika. L-iskola ġiet iċċertifikata," insistiet Zammit. Kif qed jidħlu t-tfal fl-iskola? Kif qed jinżammu l-bubbles? "Aħna rridu li nżommu l-virus 'il barra mill-iskola," kompliet Zammit u għalhekk li ġew implimentati miżuri oħra. Fost dawn, kull min jidħol l-iskola qed titteħidlu t-temperatura u jingħata sticker biex titwaħħal mal-ħwejjeġ. Din qed tinbidel kuljum. "Dan il-proċess qed isir kull filgħodu," kompliet Zammit. L-iskola qed tuża wkoll tliet entraturi, waħda għall-kbar, oħra għall-klassijiet tan-nofs u oħra għat-tfal iż-żgħar. Apparti minn hekk, l-istudenti qed jaslu u jitilqu f 'ħinijiet differenti, jiġifieri bejn is-7:30am u d-9:00am u bejn is- 1:30pm u t-3:30pm. Żdiedu wkoll is-supervisions, inkluż fil-breaks, biex ikun assigurat li anke f 'dawn il-ħinijiet, l-istudenti jżommu mal-bubbles tagħhom. Fil-fatt, anke għall-breaks, il- klassijiet qed joħorġu minn bibien differenti biex imorru fiż-żoni fil- btieħi li huma indikati għalihom. "Aħna għandna l-vantaġġ li l-iskola kbira u għandna ħafna spazji miuħa," saħqet Zammit. Biex jonqos il-kuntatt bejn l-istudenti, kemm l-assemblies, il-quddies u anke l-laqgħat mal- istudenti qed isiru onlajn. Ftit huma l-istudenti li mhux jintbagħtu l-iskola Mistoqsija kemm hemm ġenituri li għażlu li ma jibagħtux lit-tfal l-iskola, l-edukaturi spjegaw kif huma 4.7% biss tal-istudenti li mhux qed imorru fiżikament fil- klassijiet. Dawn l-istudenti qed jingħataw il-lezzjonijiet tagħhom mid-dar biex ma jitħallewx jitilfu mill- materjal. "Huma it ħafna. Il-ġenituri ħassew li l-iskola hija sigura," spjegat Denise. Fil-fatt, Maria Pia Galea saħqet kif tul is-sajf kollu, il-Kap tal-iskola żamm kuntatt kontinwu mal- ġenituri fejn ġew infurmati b'dak kollu li kien għaddej l-iskola biex tkun imħejjija tajjeb. "Dan għen ħafna għax ma kienx hemm inċertezza fost il-ġenituri," insistiet. U x'qed isir għall-homework? Spjegaw ukoll il-passi li qed jittieħdu mhux biss biex jiġu mislufa kotba mil-librerija imma anke biex jinġabar ix-xogħol li l-istudenti jagħtu lit-tfal. Zammit spjegat kif kemm qabel jinħarġu u wara li jidħlu lura, il- kotba jinżammu fi 'kwarantina' għal 72 siegħa. L-istudenti jagħmlu l-ordni tagħhom b'mod onlajn u l-kotba jitwaslulhom direttament fil-klassijiet. Bernardette Stivala spjegat kif għat-tfal żgħar (Year 1 u 2), l-iskola għandha sistema ta' kotba onlajn. Din is-sena, dan is-servizz ġie estiż biex anke l-istudenti tal-kinder 2 jkunu jistgħu jaċċessaw il-kotba onlajn. Fejn jidħol homework, l-istudenti ż-żgħar it li xejn ikollhom għax ix- xogħol ta' kitba jsir fl-iskola stess biex id-dar jiffukaw aktar fuq il- qari. Fil-każ tas-snin aktar avvanzati, tkellimna ma' Etienne Ebejer li insistiet li fejn possibbli, dan qed isir onlajn biex ma jkunx hemm bżonn karti jew pitazzi li jgħaddu minn id għall-oħra. Ovvjament ġieli jkun hemm bżonn it-tqassim ta' karti għal xogħol fl-iskola, speċjalment fejn jidħlu testijiet. F'każi bħal dawn, l-għalliema qed jipprintjaw il-karti tlett ijiem qabel. Qabel iqassmu x-xogħol, qed jaħslu jdejhom bis-sanitisers u meta jiġbru lura l-karti, qabel jikkoreġu, jħalluhom tlett ijiem oħra. "Il-bqija tax-xogħol qed isir onlajn." 'Kemm jista' jkun qed nużaw l-ispazji fuq barra...' Minkejja l-użu tal-pre-fabricated classrooms, l-iskola San Anton fadlilha ħafna spazju fuq barra u kif tagħmel dejjem, din is-sena rat kif se timmassimizza l-użu tal-btieħi barra biex fihom ikun jista' jsir it- tagħlim. Fil-fatt, ġew installati tined fissi u anke żoni għad-dell bil-għan li ċertu lezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru fuq barra, fosthom il-PE u t-tagħlim tal-mużika, id-drama u l-arti. "Aħna dejjem kellna l-filsofija li nużaw l-ispazji ta' barra biex nagħlmu, anke għal-lezzjonijiet bħall-Ingliż u l-Matematika u din is-sena żidna aktar," kompliet tispjegalna. "Aħna kważi nqattgħu aktar ħin barra milli fil-klassijiet. Għalina normali. Bil-Covid għandna opportunità biex inżidu t-tagħlim fuq barra." 'It-tfal qed jikkoperaw ħafna ... ma tara lil ħadd mhux bil- maskra' "Ovvjament din hija sistema ġdida għall-istudenti u l-ġenituri. Fl-ewwel jiem tal- iskola kellna sessjonijiet ta' orjentazzjoni għall-istudenti fejn spjegajna kollox. Beħsiebna wkoll li nagħmlu sessjoni oħra mal-ġenituri wkoll," kompliet tispjega Ebejer. "Kollox huwa possibbli li jitkompla jekk nużaw il-mezzi li hemm bżonn." Qalet li anke jekk din hija sena diffiċli għall-istudenti, kif wara kollox hija għal kulħadd, anke huma qed jifhmu. Fil-fatt, ħafna mis-servizzi li normalment toffri l-iskola, din is-sena ma kinux possibbli. Il- canteen jinsab magħluq u anke l-attivitajiet extra-kurrikulari li jsiru wara l-ħin tal-iskola kellhom jitnaqqsu. Attivitajiet bħal tisjir u dawk tal-IT mhux qed isiru u l-iskola żammet biss ftit sports, li jista' jsir barra, skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. "L-istudenti qed jifhmu u qed jikkoperaw ħafna. Ovvjament trid tinforza u turihom li qed timmoniterja. Ma tarax tfal bil-maskra taħt imneħirhom," insistiet. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM, anke jekk mill-bogħod, setgħet tara lill-istudenti waqt il- lezzjonijiet tagħhom. Kollha kienu bil-maskra u ma' qaddhom pouch li fih, fost affarijiet oħra, qed iżommu sanitiser u anke maskra oħra. Waħda mil-lezzjonijiet tal- arti li qed issir f 'wieħed mill- ispazju miftuħ tal-iskola Il-posters li jinsabu mifruxa madwar l-iskola kollha biex jgħinu lill-istudenti jsegwi l-miżurif 'wieħed mi