Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Kollox huwa possibbli li jitkompla jekk nużaw ... kemm it-tfal u anke l-ġenituri qed jifhmu' Il-gazzetta ILLUM iżżur l-iskola San Anton biex tara b'għajnejha kif qed topera l-iskola bil-miżuri u l-protokolli li ġew implimentati biex l-iskola setgħet tiftaħ mill-ġdid il-bibien tagħha għall-istudenti. Kellhom biżżejjed klassijiet? X'qed isir għall-homework? Hemm min mhux jibgħat lit-tfal? YENDRICK CIOFFI Mijiet ta' studenti rritornaw lura wara l-bankijiet tal-iskola, din id- darba mbiegħda aktar mis-soltu minn xulxin filwaqt li oħrajn se jkunu qed jirritornaw fil-klassijiet fil-jiem li ġejjin biex hekk taqbad ir-ritmu s-sena skolastika 2020/21. Fil-bidu ta' sena skolastika ġdida, il-gazzetta ILLUM żaret l-Iskola San Anton biex tiem aħjar kif qed jiġu segwiti l-protokolli mħabbra mill-awtoritajiet tas- saħħa u anke biex tara l-miżuri li implimentat din l-iskola biex tilqa' lill-istudenti f 'ambjent sigur għalihom, l-edukaturi u l-istaff kollu kemm hu. Il-gazzetta ILLUM ma setgħetx tidħol fl-iskola, anke għax fl- iskejjel ma jista' jidħol ħadd għajr l-edukaturi, l-istudenti u l-istaff. Għalhekk, l-ILLUM iltaqgħet fuq barra ma' Denise Zammit (Chief Operations Officer), Maria Pia Galea (Head of Admissions, Communications & Development), Bernardette Stivala (Kap tal-ewwel snin), Erica Spiteri (Kap tal-Juniors, minn Year 3 sa 5) u Etienne Ebejer (Kap tal-aħħar snin). Denise Zammit spjegat kif minnufih malli ngħalqu l-iskejjel, f 'Marzu li għadda, twaqqaf Kumitat apposta, magħmul mill-persuni msemmija hawn fuq, flimkien mal- Kap tal-Iskola, Dr Sandro Spiteri, biex bdew il-preparamenti għal meta l-iskejjel kienu se jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom. Fil-fatt, tista' tgħid, li l-Iskola San Anton kienet diġà ħasbet fuq diversi miżuri qabel ma' dawn tħabbru mill-awtoritajiet tas-saħħa u kienet f 'pożizzjoni li timplimentahom minnufih. Iżda din l-Iskola ħasbet u nediet ukoll inizjattivi oħra, fosthom kampanja ta' edukazzjoni biex l-istudenti u anke l-edukaturi jimu mhux biss aħjar x'inhu l-Covid-19, imma anke l-miżuri ta' mitigazzjoni li huma bżonjużi biex tkun ikkontrollata l-imxija. Fost oħrajn, l-iskola San Anton għandha Mascot, żrinġ jismu Kory, li mhux biss jeduka lill-istudenti dwar il-Covid-19 iżda kull filgħodu jilqagħhom, jgħin fit-teħid tat- temperatura u jassigura li kulħadd ikun liebes il-maskra, kemm l-istudenti u anke l-edukaturi. Apparti għall-istudenti, sar kors estensiv għall-għalliema kollha biex mhux biss jimu din in-normalità l-ġdida fil-klassijiet u kif se taffettwa t-tagħlim u l-operat tagħhom, imma biex ikunu mħejjija tajjeb sabiex jgħinu lill-istudenti jsegwu r-regoli. Kif irnexxielhom jakkomodaw lill-istudenti kollha fil-klassijiet? Zammit u anke l-uffiċjali l-oħra tal-iskola, spjegaw mal-gazzetta ILLUM kif bħal kwalunkwe skola oħra, l-akbar sfida kienu klassijiet li issa kellhom jiċċeknu minħabba li bejn bank u ieħor trid tinżamm id-distanza soċjali. Anke jekk kien hemm bżonn aktar klassijiet, l-iskola rnexxielha takkomoda lill-istudenti kollha, jiġifieri 1,300 tifel u tifla, li fil-jiem li ġejjin se jkunu daħlu kollha. Zammit spjegat kif, fost oħrajn, l-iskola għamlet użu mill-klassijiet pre-fabricated anke għax dawn ikunu attrezzati b'dak kollu meħtieġ inkluż arja kkundizzjonata. Fil-fatt, uħud minn dawn il-klassijiet pre- fabricated għenu biex setgħu ġew estiżi xi klassijiet. Bernardette Stivala, li tieħu ħsieb l-ewwel snin tal-iskola, spjegat kif diversi klassijiet f 'din l-iskola għandhom bieb ukoll għal btieħi u għaldaqstant, dawn il-klassijiet pre- fabricated setgħu jitpoġġew b'tali mod li l-klassijiet tkabbru, filwaqt li xorta waħda tinżamm id-distanza soċjali. Fuq kollox, ħadu ħsieb li anke fil- klassijiet, minkejja dawn il-miżuri, jinżamm ambjent sabiħ għall- istudenti. Ovvjament l-iskola, kompliet tispjega Denise Zammit, kellha tinvesti biex setgħet tibni anke klassijiet oħra bil-gypsum, dejjem biex iżżid l-għadd tal-klassijiet. Apparti minn hekk, l-iskola ħejjiet klinika oħra biex issa għandha tnejn u għalhekk tkun tista' tirrispetta aħjar is-sistema tal-bubbles (biex ma jkunx hemm ħafna taħlit bejn l-istudenti) waqt li tħejjiet ukoll kamra għall-iżolament, f 'każ li jkun hemm xi studenti ma jifilħux. "Mhux għax l-iskola tagħna imma ħdimna ħafna. Kellna feedback tajjeb ħafna mill- ġenituri. Ħafna qalulna li għandhom moħħhom mistrieħ, kburin li jibagħtu lit-tfal fl- iskola tagħna u konvinti li qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex ikun hawn ambjent sigur għal kulħadd," kompliet tgħidilna Stivala. Kory, il-Mascot tal-iskola li qed jgħin lit-tfal isegwu r-regolamenti tal-Covid-19 jilqa' lill-istudenti fil-bieb tal-iskola Il-klassijiet pre-fabricated li qed jintużaw bħala estensjoni tal-klassijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020