Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 sostenibbli ... ħarisna lejn karozzi fiċ-ċentru ma jidħlux' appartamenti oħra għall-akkomodazzjoni soċjali. 'Nieħdu ħsieb mhux biss l-ambjent ta' barra imma dak li jolqot direttament lir-residenti' "Komponent ewlieni ta' dan il-proġett kien li nirriġeneraw mhux biss l-ambjent ta' barra imma anke dak li jolqot direttament lir-residenti," saħaq Cauchi. Fil-fatt bħalissa qed jiġu rrestawrati l-gallarijiet kollha taż-żona ta' fuq il-Blata (li jagħtu għal fuq il-Port ta' Marsamxett), il-kunvent tal-Karmelitani u anke l-blokok kollha ta' Pjazza Mattia Preti, fejn se jsir xogħol mhux biss fuq il-faċċati tagħhom, iżda anke fil-komun. "Kull fejn ikollna l-opportunità, lil dawn ir-residenti qed ninstallawlhom il-lis," kompla Cauchi. Ix-xogħlijiet se jkunu qed ikomplu wkoll fl-appartamenti ta' Triq il-Funtana (ħdejn Sant'Iermu), fejn fost oħrajn se jkunu qed jinbidlu l-pontijiet li minn fuqhom ir- residenti jidħlu fl-appartament, biex hekk ikunu aktar jaqblu maż-żona u jitneħħew l-arkati kbar tal-ġebel li joħolqu dell kbir fit- triq u jikkawżaw ħsara fuq is-swar. 'Inutli nirrestawraw is-swar u l-bini ... irridu nniżlu n-nies f'din in-naħa tal-Belt' It-tielet aspett huwa dak ekonomiku. Fi kliem Cauchi, inutli jiġu rrestawrati binijiet storiċi u jinħoloq ambjent sabiħ, jekk imbagħad ma jinżlux nies u turisti lejn din iż-żona tal-Kapitali. Għalhekk, il-pjan huwa li jsir xogħol fuq it-triq ta' ħdejn il-baħar u biex ikun hemm aċċess, permezz ta' li, minn fejn tieqaf il- lanċa ta' Tas-Sliema għal dak magħruf bħala Peacock Garden, viċin Pjazza Mattia Preti. "Meta qed iżżid dawn il-faċilitajiet, qed tagħmilha wkoll faċli għal Maltin u t-turisti biex jidħlu l-Belt mingħajr il-karozza u anke jilħqu din il-parti sabiħa tal-Belt," kompla jispjega Cauchi. Fil-fatt, sal-aħħar tas-sena, mistennija tkun imnedija App avvanzata ħafna biex turist li niżel fl-inħawi ta' Marsamxett ikun jista' jużaha biex tiggwidawh fl-inħawi fejn mhux biss jisma' u jaqra imma anke jara filmati dwar l-istorja tal-post. "Jekk għaddej minn quddiem il-Knisja tal-Karmnu u sibtha magħluqa, permezz tal- App tista' tagħmel tour virtali tagħha. Jekk turist qiegħed quddiem il-Baviera, qed jara filmati dwar dak li kien jiġri fiż-żona," insista Cauchi. "Parti kbira mill-istorja seħħet f 'din il-parti tal-Belt. Hemm potenzjal li ma kienx sfruttat." Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, wieħed se jkun ukoll jista' jinnota dwal ġodda li se jagħtu d-dinjità li din iż-żona. Fost oħrajn se jkunu qed jinxtegħlu l-koppli tal-Knisja tal- Karmnu, tal-Pilar u ta' Santu Wistin. "Kumplimentari magħhom hemm sistema ta' dwal avvanzata li se tixgħel is-swar, it-triq u anke l-bini storiku fiż-żona ta' Marsamxett," saħaq Cauchi. Hemm proġetti oħra ppjanati għal din iż-żona, fosthom proġett li se jkun qed itella' n-nies fuq il-kampnar tas-Santwarju tal-Karmnu u anke proġett għal Pjazza Indipendenza fejn anke jekk mhux se jitneħħa l-parkeġġ, il-pjazza se tkun pavimentata. "Din iż-żona se tkun riġenerata totalment. Sal-aħħar tas-sena se jkunu lesti ħafna mill- proġetti. Xogħol ieħor fuq il-bini se jkun lest is-sena d-dieħla biex imbagħad isiru l-aħħar xogħlijiet fuq il-pjazez u t-toroq pedonali fejn apparti servizzi ġodda se jiġu ppavimentati mill-ġdid," kompla Cauchi. Investiment qawwi fil-Belt Valletta u lilhinn...anke fl-Imsidau L-ILLUM staqsiet lil Cauchi kemm kien dan l-investiment kollu li sar fl-aħħar snin fil-Belt Valletta, bil-Kap Eżekuttiv tal-GHRC jisħaq li kien wieħed kbir. Spjega kif biss biss, il-Proġett tad-Daħla tal- Belt se jkun sar b'investiment ta' madwar €90 miljun. Fuq Marsamxett, apparti €24 miljun f 'Fondi Ewropej, kienu allokati madwar €15- il miljun ta' fondi lokali. Lilhinn mill-Belt Valletta, Cauchi spjega kif se jsir xogħol ta' riġenerazzjoni fuq ix-xatt tal- Imsida u anke tal-Pietà. "Kollha proġetti sbieħ, għandhom sfidi enormi. Imma anke jekk xi drabi x-xogħlijiet joħolqu inkonvenjent, dejjem bqajt impressjonat bil-koperazzjoni li sibna mir- residenti," insista Cauchi. Kien hawn li fakkar lir-residenti illi wara li l-GHRC tlesti l-proġetti, ir-responsabbilità hija f 'idejhom biex jieħdu ħsieb l-ambjent li fih huma jgħixu. Mill-kirjiet għall-immaniġjar tat- traffiku fil-Belt ... sfidi li jridu jiġu indirizzati Ma' Cauchi tkellimna wkoll dwar il-fatt li anke jekk dawn il-proġetti qed jiġġeneraw u jagħtu ambjent ġdid u dinjituż lil dawn il- lokalitajiet storiċi, il-valur tal-proprjetajiet u l-kirjiet kull ma jmur qed jiżdied u r-residenti qed jonqsu. "Din waħda mill-affarijiet li toħloq xettiċiżmu fir-residenti. Jieħdu gost jaraw li wara snin minsija, iż-żona tagħhom qed tingħata l-importanza imma jibżgħu li l-progress se jġib miegħu diffikultajiet," saħaq Cauchi. "Hija sitwazzjoni reali. Anke fil-Kottonera. Niem li r-residenti huma mħassba. Trid tiġi indirizzata." Sfida oħra li fi kliem Cauchi trid tiġi indirizzata, anke biex tikkumplimenta x-xogħol li qed isir, huwa l-immaniġjar tat- traffiku fil-Belt. "Hemm pjanijiet li ma' entitajiet oħra ħarisna lejhom," qal Cauchi. Spjega kif Transport Malta qed tħares lejn servizz bil- baħar li jkollu aktar minn waqfa waħda biex jilħaq postijiet differenti. "L-ammont ta' traffiku li jidħol il-Belt mhuwiex sostenibbli, fosthom anke minħabba s-saħħa tar-residenti Beltin. Ftit huma konxji dwar dan," kompla Cauchi. Saħaq li l-GHRC ħarset lejn mudelli implimentati fi bliet oħra Ewropej fejn karozzi fiċ-ċentru tagħhom ma jidħlux. "Għalfejn bliet metropolitani bħal dawn jagħmluha u aħna mhux kapaċi nagħmluha f 'Belt żgħira? Nemmen li r-residenti għandhom ikollhom aċċess imma rridu nassiguraw li jkunu vera residenti," insista Cauchi. "Wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lejn dan il-mudell. Ma nistgħux ma nagħtux kasha. Ma jagħmilx sens li aħna nonfqu miljuni u mbagħad jgħaddilek vann jew trakk u jqaċċatlek niċċa jew ikissirlek bankina. Ma nistax niem għaliex meta nkunu msiefra nimxu kilometri biex naraw pjazza jew nieklu f 'ristorant u meta nidħlu l-Belt irridu nipparkjaw wara r-ristorant." Kien hawn li Cauchi temm jisħaq li jeħtieġ jittieħdu d-deċiżjonijiet li anke jekk illum jistgħu joqorsu fil-laħam il-ħaj, se jħallu l-frott fi it snin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020