Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa kienet iddominata minn diskussjoni u dibattitu dwar ehim potenzjali SOFA bejn Malta u l-Istati Uniti. L-ewwelnett dan il-ehim jirregola u jagħti ċerti drittijiet u privileġġi lill-mil- itar Amerikan u kuntratturi Amerikani f 'pajjiżna. Wieħed minn dawn il-privileġġi huwa li dawn jibdew jaqgħu - sakemm ma jkunx hemm negozjati li jwasslu għall- kuntrarju - taħt ġurisdizzjoni Amerikana. Dan ikun ifisser li jekk membru tal- militar Amerikan jwettaq reat f 'pajjiżna huwa jiffaċċja ġustizzja fl-Istati Uniti u mhux f 'pajjiżna, li allura tfisser illi dik il- persuna ssir bħal entità barranija minnha nnifisha lilhinn mil-liġijiet Maltin. Is-SOFA huwa wkoll ehim li jxejjer, bħall-bandiera ħadra għall-militar Amerikan li dan huwa pajjiż li jilqgħu u li qed jagħtih dan il-ehim bħala privileġġ. U huwa privileġġ għaliex persuna minn pajjiż ieħor jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni Maltija mhux ta' pajjiżu. Naturalment wieħed ma jafx x'qed jiġi nnegozjat u allura din il-gazzetta se tistenna tali negozjati jsiru u jitħabbru, jekk wara kollox jitħabbru. Pero wieħed jeħtieġ jistaqsi: Jekk huwa veru li dawn huma xi forma ta' negozjati minħabba l-eżitu ta' rapport, huwa prezz għoli wisq li qed inħallsu jew le? U jekk huwa, nittamaw, li qed niġġieldu kull kantuniera biex Malta tippriserva kemm jista' jkun id-dritt li jkollha sovranità mhux biss fuq l-art tagħha, imma fuq dawk li jidħlu fil-pajjiż. Huwa importanti wkoll li wieħed jara kif dan il-ehim ħadem f 'pajjiżi oħrajn - bħal Korea ta' Isfel per eżempju u jekk dan it-tip ta' ehim wassalx għal ċerti abbużi fil-konfront tal-poplu Sud Korean innifsu. Naturalment ehim bħal dan huwa wkoll esebizzjoni pubblika tal-ħbiberija ta' Malta mal-Amerikani. U dan huwa tajjeb sakemm niakru li Malta mhux mal-Amerikani biss għandha tkun ħabiba, imma wkoll ma' dawk il-pajjiżi li ma jarawx lill-Amerikani f 'dawl sabiħ. Huwa proprju għalhekk li qabel l-1987 - bi qbil bejn Gvern Laburista u Oppożizzjoni Nazzjonalista - iddaħħlet fil-Kostituzzjoni l-kunċett tan-newtralità li għandu jibqa' rispettat fir-realtajiet tal- lum. Malta m'għandhiex tkun newtrali quddiem sistemi despotiċi, dittatorjati u Gvernijiet li jkissru lil pajjiżhom. Ma nistgħux inkunu newtrali quddiem stat jew gvern li huwa theddida terroristika. Imma tajjeb nistaqsu: Huwa pass għaqli li nagħtu privileġġ lil pajjiż ħabib fuq ieħor? Fir-rigward tal-Moneyval - jekk huwa vera li qed isiru xi forma ta' negozjati dwar l-eżitu ta' dan ir-rapport - din il- gazzetta ssibha stramba ferm li rapport ta' dan it-tip jiġi negozjat. Jew għandek problema jew m'għandekx ta' ħasil ta' flus. Jiġifieri kieku dan huwa minnu u Malta ssabbat saqajha kontra s-SOFA nsiru aktar maħmuġin u korrotti? Ikun ehim stramb ħafna kieku jkun hekk u għalkemm wieħed jiem illi l-Gvern jixtieq illi kemm jista' jkun jevita milli jkollu rapport ħażin, illum ġiet favurina u għada ma tkunx u nispiċċaw inlaqtu xi rapport negattiv għax ma nnegozjajnix. Toqgħod tgħid hux! Kulħadd ramihom il-prinċipji llum! M'għad fadal ħadd sew fil-politika - kollox 'u iva issa nirranġaw' - saħansitra fuq aspetti serji bħal reati serji tal-ħasil tal-flus! Naturalment din il-gazzetta tawgura li jkollna ċertifikat pożittiv mill-Moneyval, għaliex mod ieħor huwa ħażin ħafna għall-investiment, għax-xogħol u għal isem pajjiżna. Nibqgħu iżda nistaqsu: Huwa prezz għoli wisq dak li nħallsu jekk jintlaħaq xi forma ta' ehim fir-rigward tas-SOFA? SOFA: Prezz għoli wisq jew le?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020