Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Liam Fox Il-bżonn ta' iktar involviment min-nisa, għan-nisa Liam Fox hu l-kandidat nominat mill-Gvern Ingliż għall-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija għall-Kummerċ M eta l-maġġoranza tan-nies jaħsbu fil-kummerċ, probab- bilment li l-ħsieb tagħhom ma jmurx immedjatament fuq il-ġeneru bħala kwistjoni ewlenija. Iżda x'jista jkun iktar kontro- produttiv milli nfallu li nużaw it-talenti, innovazzjoni u kreattività ta' nofs il- popolazzjoni dinjija? Bħala bniedem li tħarriġt u pprattikajt bħala tabib mediku, kont imdorri li nofs il-kollegi tiegħi, jew iktar, ikunu nisa. Madankollu, f 'ħafna partijiet tad-dinja, in-nisa huma esklużi mhux biss mill- professjonijiet imma wkoll mid-dinja tax-xoghol. Allura, kif nistgħu nitrattaw din il- kwistjoni? Jien, flimkien ma' oħrajn, spiss tkellimna dwar il-fatt li s-sistema regolamentarja li tiggverna l-kummerċ dinji fl-aħħar tletin sena għenet lil iktar minn biljun persuna biex joħorġu mill- faqar estrem. Ħadd ma jista' jinnega li din hi kisba straordinarja u ma nieqaf qatt intenniha. Fl-2016, McKinsey stima li l-ħolqien ta' iktar opportunitajiet biex in-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, inkluż f 'setturi dominati mill-esportazzjoni, jista' jwassal biex l-ekonomija globali tikber bi $12-il triljun sal-2025. Iżda minkejja l-progress reali li qed isir, in-nisa jkomplu jiffaċċjaw sfidi sproporzjonati biex jaċċessaw opportunitajiet ta' kummerċ u swieq minħabba attitudnijiet diskriminatorji, kundizzjonijiet ħżiena u fastidju, kif ukoll aċċess mhux ekwu. Għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Meta nħarsu madwarna u ninnutaw iż-żieda fil-livell ta' azzjonijiet unilaterali u protezzjoniżmu, nirrealizzaw li l-kisbiet notevoli li saru fl-aħħar tliet deċenni huma mhedda u dawk l-iktar affettwati se jkunu n-nisa. Nafu wkoll li impatt negattiv fuq it- tqassim tal-ġid jista' jkollu effetti wiesgħa. It-tisħiħ ekonomiku tan-nisa permezz tal- kummerċ jista' u lagħab rwol kruċjali biex tinħoloq stabbilità politika u allura anke kundizzjonijiet għal progress ekonomiku iktar wiesgħa. Din hi xi ħaġa li taffettwa lilna lkoll, aħna fejn aħna. Fid-dawl ta' dan għandna bżonn urġenti li niżguraw li n-nisa nvoluti fix- xena tal-kummerċ jistennew li r-regoli jiġu segwiti. B'hekk nattiraw iktar nisa minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, waqt li nkomplu niffinanzjaw id-diversi programmi eżistenti li għandhom l-għan li jassistuhom biex jidħlu fil-kummerċ b'diversi modi. Madankollu, dawk fostna li aħna direttament involuti fil-kummerċ għandna nassiguraw li jkun hemm stabbiltà f 'dak li hu mistenni mis-swieq li jistgħu jaċċessaw u l-mod ta' kif jista' jsir dan. Ma nemminx li din hi kwistjoni li tolqot biss lin-nisa minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. F'pajjiżi żvilppati, iż-żieda fil-protezzjoniżmu se jwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur. Nafu wkoll li meta l-ekonomija tbatti, it-telf tal-impjieg jolqot l-iżjed lil xogħol fuq bażi temporanja jew part time, fejn wieħed isib predominanza ta' nisa. Dan ifisser li żieda fil-protezzjoniżmu u t-tfixkil tal-abbiltà li wieħed javvanza r-regoli li jirregolaw il-kummerċ kif ukoll l-applikazzjoni ta' regoli eżistenti, jhedded mhux biss lilna lkoll imma fuq kollox lin- nisa b'mod partikolari. Biex nattiraw iktar nisa fid-dinja tal- kummerċ, irridu nimplimentaw tibdil fuq kull livell. Niem b'mod sħiħ li li qed isir l-argument li wasal iż-żmien biex l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikollha Direttur Ġenerali mara, bil- konsegwenzi kollha li din jista' jkollha fuq l-applikazzjoni tiegħi għal din il-kariga. Ovvjament nemmen li għandi l-kwalifiċi u ħiliet neċessarji għal din il-kandidatura; jekk le, kien ikun diffiċli għalija li napplika. Fi żmien meta l-isfidi għall- WTO huma iktar politiċi milli tekniċi, jidhirli li r-risposta ġusta għandha tkun li din il-kariga tiġi okkupata minn persuna li hi l-ewwelnett midħla tal-politika imbagħad teknokratika. Fl-istess waqt naċċetta li għandna bżonn iktar nisa fil-quċċata tat-tmexxija tas-sistemi tan- negozju u, jekk mara tintagħżel bħala l-aqwa kandidat għal dan ix-xogħol, jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni. Li hu żgur hu li, jekk irridu li l-organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikollha rwol importanti biex mal-biljun persuna oħra jinħarġu mill-faqar estrem, irridu iktar sehem tan-nisa, għan-nisa. Dan mhux biss diskors min-naħa tiegħi, iżda qed inwiegħed li jekk nintagħżel jien, mill-inqas nofs il-persuni f 'pożizzjonijiet għolja jkunu nisa. Nittama li b'dan il-messaġġ tiegħi qed nuri kemm hi importanti l-kwistjoni tal- ġeneru fix-xena tal-kummerċ. Jirriżulta li, meta tħares fil-fond tal- kwistjoni, il-ġeneru hu fattur dinamiku prinċipali u wieħed li dawk kollha fit-tmexxija tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ iridu jindirizzaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020