Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Il-proprjetà f 'San Lawrenz, Għawdex, li Nicholas Monsarrat xtara u mar jgħix fiha fl-aħħar tas-sittinijiet Residenza f ' Għawdex tal-awtur rinomat Ingliż, Nicholas Monsarrat, u Palazzino fiż-Żejtun, ingħataw status ta' protezzjoni ta' Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dan minħabba s-sinifikat arkitettoniku, storiku u soċjali tagħhom. Il-proċess biex dawn il-proprjetajiet jiġu skedati sar b'kollaborazzjoni mas- sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Il-proprjetà f 'San Lawrenz, Għawdex, li Nicholas Monsarrat xtara u mar jgħix fiha fl-aħħar tas-sittinijiet, tinkludi żewġ binjiet vernakulari , kull waħda mibnija madwar l-bitħa ta' quddiem. Għalkemm il-proprjetà, mibnijja fuq żewġ sulari, ġiet riabilitata,il-karatteristiċi taż-żewġ strutturi għadu dak oriġinali. Fuq wara ta' din il-proprjetà hemm ġnien kif ukoll ċistreni taħt l-art. F'din il- proprjetà insibu diversi karatteristiċi vernakulari, bħal loġġoġ madwar il-bitħa, terrazzin tas-setaħ u taraġ tal-ġebel. Monserrat, li kien rumanzier Ingliż popolari magħruf għar-rumanz, e Cruel Sea, xtara il-propjetà fl-1968, fl-aħħar jum tal-vaganza ta' ġimgħa f 'Għawdex. Fl-1973, Monsarrat kiteb il-ktieb "e Kappillan of Malta" f 'din il-proprjetà, li għalih huwa magħruf sew f 'Malta. Nicholas Monsarrat miet, f 'Awwissu tal-1979. Fiż-Żejtun, l-Awtorità skedat ukoll palazzino fi Triq Luqa Briffa. Dan jinsab fiż-żona ta' konservazzjoni urbana u juri stil arkitettoniku neoklassiku b'faċċata simetrika u elevata. Il-loġġ dekorattiv tal-ħadid, maħdum fuq il-bieb prinċipali, għandu l-inizjali 'D'u 'Z', li jalludi s-sidien oriġinali tiegħu, il-familji Testaferrata u Zamitello. Il-faċċata hija kkaratterizzata minn parapet li hu rinfurzat b' żewġ kolonni. Il-bieb ewlieni jinsab bejn iż-żewġ kolonni u huwa akkumpanjat minn twieqi tradizzjonali tal-injam, li fuqhom hemm xogħol dekorattiv tal-ġebel. Internament, il-proprjetà turi karatteristiċi tradizzjonali li jikkonsistu fi gwarniċi madwar il-bibien, arkitravi u pilastri dekorattivi tul it-taraġ tal-anima, forom gavda u soqfa tradizzjonali li fihom t-travi tal-injam u ċangaturi tal-ġebel. Il-biċċa l-kbira tal-kmamar huma mibnija madwar bitħa li twassal għal ġnien formali estensiv li għandu grada elaborata u mżejjna, li twassal għal Triq il-Ħall. Dan il-ġnien neoklassiku għandu passaġġ tradizzjonali u huwa msebbaħ b'kolonni tul il-wisa' tal-ġnien. Il-proprjetà għandha wkoll barumbara żgħira fuq il-bejt, kif ukoll aċċess mill- kantina għal air-raid shelter. Biex tara r-reġistru tal-proprjetajiet skedati milll-Awtorità żur is-sit www. pa.org.mt. Tiġi skedata l-eks residenza f'Għawdex ta' awtur Brittaniku rinomat Fiż-Żejtun, l-Awtorità skedat ukoll palazzino fi Triq Luqa Briffa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020