Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 fil-vojt? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-Patt biex jassisti r-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni tagħhom jew imexxi djalogu ta' politika ma' pajjiżi mhux tal-UE f 'isem Stat Membru ieħor biex jiffaċilita l-identifikazzjoni u r-ritorn. Jekk dawn il-persuni ma jkunux irritornaw fi żmien tmien xhur, dawn jiġu trasferiti għat-territorju tal-Istat Membru 'sponsor' biex il- proċedura ta' ritorn tintemm minn hemm. Dan ifisser, li jekk pereżempju l-Polonja tkun responsabbli mir- ritorn ta' persuni li jinsabu Malta biex ikunu rritornati fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, jekk ma jirnexxilux jagħmel dan fi żmien tmien xhur, l-istess persuni jiġu rrilokati għall-Polonja biex il- proċess ikun jista' jkompli minn hemm. X'jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet oħra ta' solidarjetà? Apparti dawk imsemmija aktar qabel, stati membri jistgħu jagħżlu kontribuzzjonijiet oħra biex jgħinu lill-pajjiżi l-aktar milquta u biex jgħinu fil-ġestjoni ta' persuni li jkunu qed jitolbu l-ażil. Fost dawn, pajjiż jista' jagħżel li jgħin pajjiż ieħor fit-tisħiħ ta' infrastruttura biex tkun imsaħħa l-kapaċità ta' akkoljenza. L-assistenza tista' tkun ukoll waħda finanzjarja jew inkella materjali jew mezzi ta' trasport għall-operazzjonijiet ta' ritorn. Imma kif se tkun ikkalkulata l-kwota ġusta tal-kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà għal kull stat membru? Il-gwida li se tkun qed tintuża biex tiġi kkalkulata l-kwota ġusta tal-kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà għal kull Stat Membru se tkun ibbażata fuq żewġ kriterji: • Id-daqs tal-popolazzjoni, u • Il-Prodott Domestiku Gross ta' kull stat membru. "Din il-gwida ta' tqassim sempliċi hija kkumplimentata minn elementi ta' flessibbiltà maħsuba biex iqisu l-isforzi li l-Istati Membri jkunu għamlu fil-passat u jirriflettu l-għadd ta' applikazzjonijiet għall- ażil li jirċievu," jgħid ukoll il-Patt. Regolament ġdid dwar l-Iscreening tal-Immigranti Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi wkoll limitu ta' ħamest ijiem li fihom għandu jsir l-iscreening tal-immigranti rregolari kollha. Bħalissa, l-uniku ħaġa li ssir hija li jittieħdu l-marki tas-swaba u jsir ir- reġistrazzjoni ta' dawk li qed jitolbu l-ażil. Madanakollu, issa l-Kummissjoni Ewropea qed titlob ukoll verifika il- verifiki tas-saħħa u s-sigurtà ta' kull persuna. Meta jintemm dan l-iscreening, kull persuna tkun diretta lejn il-proċedura li tapplika għalija, jiġifieri ażil jew ritorn, fil-fruntiera jew le (kif spjegat aktar qabel). X'jgħid il-Patt dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ? Il-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jitkellem ukoll dwar it-tiix u s-salvataġġ. "Il-Patt jirrikonoxxi l-ispeċifiċità tat-tiix u s-salvataġġ fuq il-baħar – li huwa obbligu legali. Filwaqt li t-tiix u s-salvataġġ u l-iżbark huma r-responsabbiltà tal-istati kostali, il-ġestjoni tal-migrazzjoni hija responsabbiltà tal-UE kollha kemm hi," jgħid ċar u tond il-Patt. Fil-fatt, l-għan tal-Kummissjoni huwa li ssolvi l-kwistjonijiet li jinqalgħu kontinwament bejn stati membri u anke l-bastimenti tal- NGOs li jsalvaw l-immigranti billi twiegħed rilokazzjoni wara l-iżbark. "Ir-rakkomandazzjoni tfakkar ukoll fl-obbligu skont id-dritt internazzjonali li jiġi żgurat l-iżbark rapidu fl-eqreb port tas- sikurezza," jisħaq il-Patt. Il-Kummissjoni se tkun qed toħloq dak li qed jissejjaħ "Grupp ta' Kuntatt Ewropew" tal-Istati Membri dwar it-tiix u s-salvataġġ, bil-għan li tissaħħaħ il- koperazzjoni, jinqasam l-għarfien u anke l-aħjar prattiki f 'dan il- qasam. Minkejja dan kollu, il-Patt jonqos milli jipprovdi kwoti obbligatorji għar-rilokazzjoni. Dak li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea hu żvilupp importanti. Hu pass 'il quddiem imma mhux perfett. Qed jiġu proposti inizjattivi ta' solidarjetà li jkomplu jibnu fuq dak li ġie deċiż fil-Parlament Ewropew u jkomplu jibnu fuq il-liġi li nnegozjat is- sena li għaddiet li permezz tagħha jiġu impjegati 10,000 gwardjan biex iħarsu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. Il-proposti jagħmluha ċara kif pajjiżi għandhom jerfgħu r-responsabbilità ta' rilokazzjoni u ritorn biex immigranti li m'għandhomx dritt jibqgħu fl-Ewropa jmorru lura b'mod sigur. Bħalissa 60% ta' dawk li jidħlu fl- Unjoni Ewropea m'għandhomx dritt għall-protezzjoni. Dak li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea mhux il-konkluzjoni ta' proċess. Issa jridu jsiru negozjati li fihom jipparteċipaw il-pajjiżi kollha Hemm affarijiet li għadhom m'humiex ċari għal kollox. Jeħtieġ li naraw x'se jsir fuq dak il- pajjiż li jibqgħu isostnu li kollox għandu jibqa' kif inhu. Hemm bżonn li l-affarijiet ikunu aktar ċari fejn jidħlu l-proċeduri li jtaffu l-piż minn fuq Malta u pajjiżi bħalna. Hemm bżonn miżuri li jipprevenu l-abbużi. L-immigrazzjoni qegħda fuq l-aġenda Ewropea. Il-Gvern irid jaħdem, isostni l-pożizzjoni ta' Malta, ikun konsistenti u jikkonvinċi. Hemm bżonn ħidma ma taqta' xejn. Din hi opportunita' ta' inizjattivi ġodda li l-Gvern irid jibni fuqhom biex jittieħdu deċiżjonijiet li jgħinu lil Malta, bi dritt. Bis-saħħa tal-ħidma tad- delegazzjoni Laburista u l-Gvern Malti, il-Kummissjoni Ewropea (KE) qed tirrikonoxxi li Malta qed tiffaċċja piż sproporzjonat fejn tidħol l-immigrazzjoni rregolari. Għall-ewwel darba l-Kummissjoni Ewropea qed tagħraf li d-dħul illegali ta' nies f 'pajjiż wieħed, huwa dħul illegali fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Imma l-kliem mhux biżżejjed. Mid- diskors irridu ngħaddu għall-fatti. Ir-riżultat u l-impatt tal-Patt dwar l-immigrazzjoni fuq Malta nistgħu nkejluh biss meta dak li qed jiġi propost jiġi tradott f 'leġiżlazzjoni. Bħalissa għad fadal ħafna mistoqsijiet li għad irid jiġu ċċarati. Fost l-oħrajn il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li, dawk il-pajjiżi li ma jiħdux sehem fir-rilokazzjoni iridu jgħinu billi jirritornaw immigranti li mhumiex intitolati għall-protezzjoni. Imma għadu mhux ċar dan kif se jaħdem bl-eżatt u kemm se jkun effettiv. F'dan il-Patt mhux qed naraw rilokazzjoni mandatorja, miżura li jekk ma tiġix introdotta ma tkunx qed tingħata għajnuna tanġibbli lill-pajjizi li qegħdin fuq il-fruntiera. Fl-aħħar mill-aħħar jien irrid Patt li jgħin lil pajjiżi bħal Malta u mhux iħalluna fl-istess sitwazzjoni. 'Irrid Patt li jgħin lil pajjiżi bħal Malta u mhux iħalluna fl-istess sitwazzjoni 'Pass 'il quddiem imma mhux perfett' Roberta Metsola Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020